|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2924 |
20.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M11968 — BANK J SAFRA SARASIN / SAXO BANK)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2924)
1.
Fit-8 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bank J. Safra Sarasin AG (“BJSS”, l-Iżvizzera), kompletament proprjetà ta’ J. Safra Sarasin Holding AG (“JSSH”, l-Iżvizzera) u fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollat minn JS International Holdings Limited (“JS International”, il-Bahamas), |
|
— |
Saxo Bank A/S (“Saxo Bank”, id-Danimarka), ikkontrollat minn Geely Financials Denmark A/S (“Geely”, id-Danimarka). |
BJSS akkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Saxo Bank.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
BJSS huwa bank privat Svizzeru b’servizz sħiħ li jappartjeni għall-grupp bankarju J. Safra Sarasin, li jispeċjalizza fis-servizzi bankarji privati u fil-ġestjoni tal-ġid u tal-assi b’operazzjonijiet madwar l-Ewropa, l-Asja, il-Lvant Nofsani, l-Amerka Latina u l-Karibew. |
|
— |
Saxo Bank huwa fornitur Daniż ta’ servizzi ta’ senserija diġitali bl-imnut u pjattaformi online ta’ negozjar u investiment b’diversi assi lill-klijenti madwar id-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11968 — BANK J SAFRA SARASIN / SAXO BANK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2924/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)