<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-371/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0371</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:674">EU:C:2021:674</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210902">2.9.2021</DATE> – Kawża C‑371/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Peek &amp; Cloppenburg</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2005/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Prattiki kummerċjali żleali</KEYWORD><KEYWORD>Prattiki kummerċjali meqjusa li huma żleali fi kwalunkwe ċirkustanza</KEYWORD><KEYWORD>Prattiki kummerċjali qarrieqa</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I</KEYWORD><KEYWORD>Azzjonijiet ta’ reklamar</KEYWORD><KEYWORD>Użu ta’ kontenut editorjali fil-media għall-promozzjoni ta’ prodott</KEYWORD><KEYWORD>Promozzjoni ffinanzjata mill-kummerċjant innifsu</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ ‘finanzjament’</KEYWORD><KEYWORD>Promozzjoni tal-bejgħ tal-prodotti ta’ min jirreklama u tal-kumpannija editriċi tal-media</KEYWORD><KEYWORD><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Rapport pubbliċitarju<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑371/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20200807">7 ta’ Awwissu 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Peek &amp; Cloppenburg KG</HT>, irrappreżentata legalment minn Peek &amp; Cloppenburg Düsseldorf Komplementär BV</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Peek &amp; Cloppenburg KG</HT>, irrappreżentata legalment minn Van Graaf Management GmbH</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, C. Toader (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Peek &amp; Cloppenburg KG, legalment irrappreżentata minn Peek &amp; Cloppenburg Düsseldorf Komplementär B.V., minn A. Auler, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Peek &amp; Cloppenburg KG, legalment irrappreżentata minn Van Graaf Management GmbH, minn A. Renck u M. Petersenn, Rechtsanwälte,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér kif ukoll minn Z. Biró-Tóth, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u N. Ruiz García, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210624">24 ta’ Ġunju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE> dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 149, p. 22</REF.DOC.OJ>, Korriġendum fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="86" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 114, p. 86</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Peek &amp; Cloppenburg KG, irrappreżentata legalment minn Peek &amp; Cloppenburg Düsseldorf Komplementär B. V. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>P&amp;C Düsseldorf<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u Peek &amp; Cloppenburg KG, irrappreżentata legalment minn Van Graaf Management GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>P&amp;C Hamburg<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kumpanniji ġuridikament u ekonomikament indipendenti, dwar in-natura żleali ta’ operazzjoni promozzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-premessi 6 u 17 tad-Direttiva 2005/29:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(6)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva […] tapprossima l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali, inkluż ir-reklamar żleali, li jagħmel ħsara b’mod dirett lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi u b’hekk jagħmel ħsara b’mod indirett lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri leġittimi. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, din id-Direttiva tħares lil konsumaturi mill-konsegwenzi ta’ prattiċi kummerċjali żleali bħal dawn fejn ikunu sostanzjali iżda tagħraf li f’ċerti każijiet l-impatt fuq il-konsumatur jista’ jkun negliġibbli. Hija la tkopri u lanqas tolqot il-liġijiet nazzjonali dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara biss lill-interessi ekonomiċi ta’ kompetituri jew li huma konnessi ma’ xi transazzjoni bejn kummerċjanti; b’kont sħiħ meħud tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jkunu jistgħu jirregolaw prattiċi bħal dawn, b’konformità mal-liġi Komunitarja, jekk jagħżlu li jagħmlu dan.</TXT></NP></ITEM></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Hu kunsiljabbli li dawk il-prattiċi kummerċjali li huma f’kull ċirkustanza żleali għandhom jiġu identifikati sabiex tiġi provduta ċertezza legali akbar. L-Anness I għalhekk fih lista sħiħa ta’ dawn il-prattiċi kollha. Dawn huma biss il-prattiċi kummerċjali li jistgħu jiġu meqjusa żleali, mingħajr l-eżami ta’ kull każ għalih fid-dawl tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 sa 9. Il-lista tista’ tiġi modifikata biss b’reviżjoni tad-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 2(b) tal-imsemmija direttiva, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>kummerċjant<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fi prattiċi kummerċjali koperti minn din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. L-Artikolu 2(d) tal-istess direttiva jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2005/29 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Fl-Anness I tinsab lista ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. L-istess lista waħdanija għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista tiġi modifikata biss permezz ta’ revizjoni tad-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness I ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Prattiċi Kummerċjali li f’kull ċirkostanza huma kkunsidrati żleali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, isemmi, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[p]rattiċi kummerċjali żleali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fl-ewwel sentenza tal-punt 11 tiegħu, il-fatt li dak li jkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>juża kontenut editorjali fil-medja sabiex jippromwovi prodott fejn huwa jkun ħallas għall-promozzjoni tiegħu mingħajr ma jagħmel dan ċar fil-kontenut jew permezz ta’ immaġini u ħsejjes identifikabbli b’mod ċar mill-konsumatur. (<HT TYPE="ITALIC">advertorial</HT> [rapport pubbliċitarju]). […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Gesetz gegen den unlauteren Wettbewerb (il-Liġi Kontra l-Kompetizzjoni Żleali), tat‑<DATE ISO="20040703">3 ta’ Lulju 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 1414), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (BGBl. 2010 I, p. 254) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>UWG<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), hija intiża, b’mod partikolari, li tittrasponi fid-dritt Ġermaniż id-Direttiva 2005/29. L-Artikolu 3 tal-UWG u l-anness ta’ din il-liġi għandhom lista ta’ prattiċi kummerċjali li jitqiesu li huma żleali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-UWG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Projbizzjoni ta’ Prattiki Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prattiki kummerċjali żleali huma illegali.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-reklamar indirizzat lejn il-konsumaturi msemmija fl-anness mehmuż mal-liġi preżenti għadhom illegali. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-punt 11 tal-anness tal-UWG isemmi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>l-użu, imħallas minn impriża, ta’ kontenut editorjali sabiex jippromwovi prodott, mingħajr ma din ir-rabta ma’ din l-impriża tirriżulta b’mod ċar mill-kontenut jew mill-preżentazzjoni viżwali jew awdjo kkonċernat (rapport pubbliċitarju)<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>P&amp;C Düsseldorf u P&amp;C Hamburg huma żewġ kumpanniji ġuridikament u ekonomikament indipendenti minn xulxin li t-tnejn jeżerċitaw l-attività ta’ bejgħ bl-imnut ta’ ħwejjeġ taħt l-isem kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Peek &amp; Cloppenburg<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, permezz ta’ diversi sussidjarji. Ftehim konkluż bejn żewġ kumpanniji jipprevedi li dawn jaqsmu s-suq Ġermaniż f’żewġ żoni ekonomiċi u li kull waħda minn dawn topera ħwienet tal-ħwejjeġ f’żona waħda biss. L-imsemmija kumpanniji jiżguraw il-promozzjoni tal-kummerċ tal-ħwejjeġ tagħhom b’mod separat u indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Marzu 2011, P&amp;C Düsseldorf nediet operazzjoni promozzjonali ta’ portata nazzjonali fir-rivista tal-moda Grazia, permezz tal-pubblikazzjoni ta’ artiklu fuq żewġ paġni, li kien jistieden lill-qarrejja, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Operazzjoni qarrejja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, għal serata ta’ xiri privat, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Grazia StyleNight by Peek &amp; Cloppenburg<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fuq l-isfond ta’ immaġini fejn il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Peek &amp; Cloppenburg<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jinqraw b’ittri illuminati fuq il-faċċata tal-ħwienet irrappreżentati, kien indikat kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Serata għall-Grazia-Girls kollha: Innavigaw magħna fit-tempju tal-moda wara x-xogħol! Bil-crémant u stilista personali. Kif tista’ ssir V.I.S. (Very important Shopper)? Għaġġlu u rreġistraw!<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Kien ippreċiżat li jeżistu żewġ kumpanniji indipendenti bl-isem ta’ Peek &amp; Cloppenburg u li din kienet tirrigwarda, f’dan il-każ, reklam ta’ P&amp;C Düsseldorf. Dawn l-immaġini kienu qegħdin jippreżentaw prodotti kkummerċjalizzati minn din tal-aħħar fil-kuntest ta’ dan l-avveniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>P&amp;C Hamburg ressqet rikors quddiem il-Landgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Hamburg, il-Ġermanja) intiż li jipprojbixxi lil P&amp;C Düsseldorf milli juri, bħala kompetitriċi, avviżi pubbliċitarji li ma kinux identifikabbli bħala tali, kif ukoll sabiex tikkundanna lil din tal-aħħar tikkomunika ċerta informazzjoni u tikkundannaha tikkumpensa d-dannu sostnut minnha minħabba din l-operazzjoni promozzjonali. Insostenn ta’ dan ir-rikors, P&amp;C Hamburg sostniet li avviż bħal dak ippubblikat fir-rivista Grazia kien imur kontra l-projbizzjoni ta’ kontenut editorjali previst fl-Artikolu 3(3) tal-UWG, moqri flimkien mal-punt 11 tal-anness ta’ din.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Landgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Hamburg) laqgħet dan ir-rikors. L-appell ta’ P&amp;C Düsseldorf kontra d-deċiżjoni tal-Landgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Hamburg) ġie miċħud mill-Oberlandesgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Hamburg, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), il-qorti tar-rinviju, ġiet adita fl-appell bil-kawża prinċipali minn P&amp;C Düsseldorf. Din il-qorti tirrileva li s-soluzzjoni għal din it-tilwima tiddependi mill-interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29, trasposta fid-dritt Ġermaniż permezz tal-Artikolu 3(3) tal-UWG, moqri flimkien mal-punt 11 tal-anness ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, tqum il-kwistjoni dwar jekk il-pubblikazzjoni tal-kontenut editorjali li tħabbar l-operazzjoni promozzjonali tistax titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>rapport pubbliċitarju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 3(3) tal-UWG, sa fejn P&amp;C Düsseldorf u l-kumpannija editriċi tar-rivista Grazia qasmu l-ispejjeż relatati ma’ din l-operazzjoni u jekk P&amp;C Düsseldorf qegħditx għad-dispożizzjoni tar-rivista u mingħajr ħlas l-immaġini użati fl-artiklu li dehru fin-numru kkonċernat ta’ din ir-rivista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li diversi kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I ta’ din id-direttiva huma ssodisfatti. Fil-fatt, skont din il-qorti, l-artiklu li ħabbar is-serata ta’ xiri privat, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Grazia StyleNight by Peek &amp; Cloppenburg<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>prattika kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ta’ P&amp;C Düsseldorf. Dan l-artiklu kellu kontenut editorjali. Il-pubblikazzjoni ta’ dan il-kontenut editorjali intuża għall-finijiet ta’ promozzjoni għall-bejgħ ta’ prodotti ta’ P&amp;C Düsseldorf. Fl-aħħar, ir-rabta bejn din il-promozzjoni u l-finanzjament tagħha ma’ dan il-kummerċjant ma tirriżultax b’mod ċar biżżejjed lill-qarrej tal-imsemmi artiklu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kwistjoni jekk setax jitqies, f’dan il-każ, li P&amp;C Düsseldorf <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>iffinanzjat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> il-promozzjoni tal-bejgħ tal-prodotti tagħha bl-użu tal-imsemmi kontenut editorjali, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tirrileva li P&amp;C Düsseldorf irrikonoxxiet li organizzat is-serati ta’ xiri privat flimkien mal-kumpannija editriċi tar-rivista Grazia u li l-ispejjeż u n-nefqa ġew sostnuti minn dawn it-tnejn. Barra minn hekk, P&amp;C Düsseldorf qiegħdet lill-ħwienet u lill-persunal tagħha għad-dispożizzjoni għall-organizzazzjoni tal-operazzjoni promozzjonali kkonċernata, u ttrasferixxiet mingħajr ħlas lill-kumpannija editriċi tar-rivista Grazia d-drittijiet ta’ użu marbuta mal-immaġini ppubblikati fl-artiklu li deher fin-numru kkonċernat ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmija qorti tistaqsi, minn naħa, jekk P&amp;C Düsseldorf tistax tkun meqjusa bħala li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ffinanzjat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29, din l-operazzjoni promozzjonali jew jekk tali kunċett jimplikax li l-kummerċjant ikkonċernat iħallas somma flus bħala korrispettiv għall-użu ta’ kontenut editorjali fil-media għall-promozzjoni tal-bejgħ tal-prodotti tiegħu. Għalkemm, skont l-istess qorti, jeżistu diversi elementi favur interpretazzjoni stretta tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ffinanzjat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-ewwel sentenza ta’ dan il-punt 11, li jgħid li din il-kelma tkopri biss servizzi ta’ natura finanzjarja, din l-interpretazzjoni ma hijiex daqstant ċara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Paragun ta’ verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ din l-ewwel sentenza tal-punt 11 ma jippermettix li jiġi eskluż li din il-kelma tkopri wkoll servizzi oħra minbarra dawk ta’ servizzi ta’ natura finanzjarja. L-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tippermetti lill-konsumatur jidentifika n-natura promozzjonali ta’ tali kontenut, li jifhem in-natura kummerċjali tal-messaġġ ikkonċernat sabiex jirreaġixxi għalih b’mod xieraq, u dan indipendentement mill-fatt li l-promozzjoni tkun iffinanzjata mill-kummerċjant bil-ħlas ta’ somma flus jew b’mod ieħor. Din l-interpretazzjoni hija wkoll ikkorroborata mill-għan usa’ tal-Artikolu 1 tagħha, li jiġi żgurat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar jekk l-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 teħtieġx li l-kummerċjant ikkonċernat ikun ipprovda lill-kumpannija editriċi tal-media vantaġġ f’valur patrimonjali bħala korrispettiv għall-użu tal-kontenut editorjali u, fl-affermattiv, jekk tali kundizzjoni tiġix issodisfatta fil-każ fejn, bħal f’dan il-każ,<?PAGE NO="6"?> il-pubblikazzjoni kkonċernata tirrigwarda operazzjoni promozzjonali organizzata b’mod konġunt minn dan il-kummerċjant u din il-kumpannija editriċi tal-media, sabiex tiżgura l-promozzjoni tal-bejgħ tal-prodotti ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn naħa, jista’ jitqies li servizzi eventwali pprovduti mill-kummerċjant ikkonċernat kienu jirrigwardaw biss l-organizzazzjoni tal-operazzjoni promozzjonali fiha nnifisha, u mhux ir-reklam ippubblikat fir-rivista li tirrigwarda. Min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ tali rabta bejn dawn il-provvisti u dan ir-reklam tista’ tiġi rrikonoxxuta meta wieħed iqis li din l-operazzjoni promozzjonali u l-imsemmija reklam jifformaw ħaġa waħda inseparabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, skont il-qorti tar-rinviju, it-tqegħid għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas lill-kumpannija editriċi tal-media minn P&amp;C Düsseldorf tad-drittijiet ta’ użu tal-immaġini riprodotti fil-kontenut editorjali kkonċernat jista’ jikkostitwixxi servizz ta’ valur patrimonjali pprovdut bħala korrispettiv għar-reklam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1)</NO.P><TXT>Azzjoni għall-promozzjoni tal-bejgħ hija <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>mħallsa<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> fis-sens tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva [2005/29] biss fil-każ fejn, għall-użu ta’ kontenut editorjali fil-media għall-finijiet ta’ promozzjoni tal-bejgħ, jingħata korrispettiv fi flus, jew inkella l-kunċett ta’ ‘ħlas’ ikopri kull tip ta’ korrispettiv, indipendentement minn jekk jikkonsistix fi flus, f’oġġetti jew f’servizzi jew f’elementi oħra b’valur patrimonjali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva [2005/29] tippreżupponi li l-kummerċjant jipprovdi lill-kumpannija ta’ media b’benefiċċju ta’ valur monetarju bħala korrispettiv għall-użu ta’ kontenut editorjali u, jekk iva, tali korrispettiv jeżisti wkoll fil-każ fejn il-kumpannija ta’ media tirrapporta dwar operazzjoni promozzjonali organizzata b’mod konġunt mal-kummerċjant, li fil-kuntest tagħha dan tal-aħħar ikun ipprovda drittijiet fuq l-immaġni lill-kumpannija ta’ media għall-finijiet ta’ dan ir-rapport, iż-żewġ impriżi ikunu kkontribwixxew fl-ispejjeż u x-xogħol tal-operazzjoni promozzjonali, u din isservi sabiex tippromwovi l-bejgħ tal-prodotti taż-żewġ impriżi?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-kundizzjoni ta’ finanzjament prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri kull forma ta’ servizz tal-kummerċjant kkonċernat u kull vantaġġ ekonomiku pprovdut minn dan tal-aħħar fid-dawl tal-pubblikazzjoni ta’ artiklu u jekk, fl-affermattiv, tali servizz għandux jiġi pprovdut b’korrispettiv dirett għal din il-pubblikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi ppreċiżat li l-fatt li ż-żewġ partijiet fil-kawża prinċipali, P&amp;C Düsseldorf u P&amp;C Hamburg, żewġ kumpanniji ta’ bejgħ tal-ħwejjeġ, huma kummerċjanti, ma jipprekludix l-applikazzjoni, f’dan il-każ, tad-Direttiva 2005/29. Fil-fatt, huma biss esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, hekk kif jirriżulta mill-premessa 6 tagħha, il-liġijiet nazzjonali<?PAGE NO="7"?> dwar il-prattiki kummerċjali żleali li jippreġudikaw biss l-interessi ekonomiċi ta’ kompetituri jew li jikkonċernaw tranżazzjoni bejn kummerċjanti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Köck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:14">EU:C:2013:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, il-projbizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>rapporti pubbliċitarji<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, prevista fid-Direttiva 2005/29 u trasposta fid-dritt Ġermaniż, hija intiża sabiex iżżomm il-fiduċja tal-konsumatur fin-newtralità tal-kontenut editorjali u sabiex tevita r-reklamar moħbi, kemm fl-interess tal-konsumatur kif ukoll f’dak tal-kompetituri eventwali ta’ min jirreklama.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Konsegwentement, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 32 u 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, meta l-kundizzjonijiet ta’ prattika kummerċjali żleali jkunu ssodisfatti, din id-direttiva ma teskludix il-possibbiltà għal kummerċjant kompetitur ta’ min jirreklama milli jikkontesta tali prattika quddiem il-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, sabiex jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29, l-aġir ikkonċernat għandu jikkostitwixxi prattiki kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 2(d) ta’ din id-direttiva. Dan ikun il-każ meta dan l-aġir li joriġina minn kummerċjant, jaqa’ fil-kuntest tal-istrateġija kummerċjali tiegħu u jkun intiż direttament għall-promozzjoni, għall-bejgħ jew għall-provvista tal-prodotti jew tas-servizzi tiegħu lill-konsumatur (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>RLvS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:669">EU:C:2013:669</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-pubblikazzjoni tal-artiklu kkonċernat kienet tirrigwarda reklam dwar operazzjoni promozzjonali li kienet tagħmel parti mill-kuntest tal-istrateġija ta’ bejgħ ta’ ħwejjeġ u ta’ fedeltà tal-klijenti ta’ P&amp;C Düsseldorf. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 23 u 24 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-fatt li din il-pubblikazzjoni kienet tikkonċerna operazzjoni promozzjonali organizzata b’kooperazzjoni mal-kumpannija editriċi tal-media kkonċernata, li kienet intiża wkoll sabiex tippromwovi l-bejgħ ta’ din tal-aħħar, ma tistax titqiegħed inkwistjoni n-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>prattika kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ta’ din l-operazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(d) tal-imsemmija direttiva, attribwibbli lil P&amp;C Düsseldorf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>rapport pubbliċitarju<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29, ta’ pubblikazzjoni li tirrigwarda tali operazzjoni promozzjonali fir-rivista tal-moda tal-kumpannija editriċi tal-media msieħba, peress li huwa paċifiku li P&amp;C Düsseldorf ma ħallsitx somma flus lil din il-kumpannija editriċi tal-media bħala korrispettiv għal din il-pubblikazzjoni. B’mod iktar partikolari, din il-qorti tistaqsi dwar jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>finanzjament<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandux jinftiehem bħala li jkopri l-ħlasijiet ta’ somom ta’ flus, jew jekk dan il-kunċett jinkludix kull vantaġġ ta’ valur patrimonjali mogħti mill-kummerċjant li jirreklama lill-kumpannija editriċi tal-media kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2005/29 twettaq armonizzazzjoni kompleta fil-livell tal-Unjoni tar-regoli dwar il-prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi u tistabbilixxi, fl-Anness I tagħha, lista eżawrjenti ta’ 31 prattika kummerċjali li, skont l-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva, huma meqjusa żleali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>f’kull ċirkostanza<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Konsegwentement, hekk kif tippreċiża espressament il-premessa 17 tal-imsemmija direttiva, dawn il-prattiki kummerċjali biss jistgħu jitqiesu li huma żleali mingħajr ma jkunu suġġetti għal evalwazzjoni każ b’każ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 tal-istess direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑421/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2064">EU:C:2014:2064</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>B’hekk, b’applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29, jiġi kklassifikat bħala prattika kummerċjali żleali fi kwalunkwe ċirkustanza l-fatt li kummerċjant jippromwovi prodott billi juża kontenut editorjali fil-media, mingħajr ma jagħmel dan ċar fil-kontenut jew permezz ta’ immaġini u ħsejjes identifikabbli b’mod ċar mill-konsumatur li huwa jkun iffinanzja l-imsemmi kontenut, prattika komunement magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>rapport pubbliċitarju<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, għandu jitqies, għal dak li jirrigwarda l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li għalkemm f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-direttiva, bħall-verżjoni Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>pagando<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>), Ġermaniża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>bezahlt<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>), Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>paid for<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>), Olandiża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>betaald<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>) jew ukoll dik Pollakka (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>zapłacił<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>), huma użati kliem li jissuġġerixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>ħlasijiet<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens ta’ ħlas ta’ somom ta’ flus, waqt li oħrajn, bħall-verżjoni Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>financer<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>), jew Taljana (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>i costi di tale promozione siano stati sostenuti<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>), huma użati kliem iktar ġeneriċi, li jippermettu li tiġi inkluża fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>finanzjament<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kull forma ta’ korrispettiv li għandu valur patrimonjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, hija ġurisprudenza stabbilita li n-neċessità ta’ applikazzjoni u ta’ interpretazzjoni uniformi ta’ att tad-dritt tal-Unjoni teskludi li dan jitqies b’mod iżolat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>4finance</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑515/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:211">EU:C:2014:211</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, dispożizzjoni għandha tiġi interpretata mhux biss skont il-kliem tagħha, iżda wkoll skont il-kuntest tagħha kif ukoll l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210610">10 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>KRONE – Verlag</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑65/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:471">EU:C:2021:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 2005/29, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li din hija kkaratterizzata minn kamp ta’ applikazzjoni materjali partikolarment wiesa’, li huwa estiż għal kull prattika kummerċjali li jkollha rabta diretta mal-promozzjoni, mal-bejgħ jew mal-provvista ta’ prodott lill-konsumaturi u tidħol fil-kuntest tal‑istrateġija kummerċjali ta’ operatur (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Plus Warenhandelsgesellschaft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑304/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:12">EU:C:2010:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, l-għan imfittex minn din id-direttiva huwa b’mod partikolari li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi kontra prattiki kummerċjali żleali u huwa bbażat fuq il-fatt li, meta mqabbel ma’ kummerċjant, il-konsumatur jinsab f’pożizzjoni ta’ inferjorità, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-livell ta’ informazzjoni, peress li ma jistax jiġi miċħud li teżisti asimetrija sinjifikattiva ta’ informazzjoni u kompetenzi bejn dawn il-partijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Purely Creative <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑428/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:651">EU:C:2012:651</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190612">12 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Orange Polska</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑628/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:480">EU:C:2019:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, fil-kuntest tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tal-imsemmija direttiva, din il-protezzjoni tikkonkretizza ruħha fil-qasam tal-istampa miktuba u tal-media ta’ informazzjoni oħra, sa fejn dan il-punt jimponi fuq l-impriżi li jirreklamaw obbligu li jindikaw b’mod ċar li huma jkunu qegħdin jiffinanzjaw kontenut editorjali fil-media meta dan il-kontenut ikun intiż li jippromwovi prodott jew servizz ta’ dawn il-kummerċjanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>RLvS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:669">EU:C:2013:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 ġie kkonċepit b’mod partikolari sabiex jiżgura li kull pubblikazzjoni li fuqha l-kummerċjant ikkonċernat ikun eżerċita influwenza fl-interess kummerċjali tiegħu tiġi indikata u magħrufa b’mod ċar bħala tali mill-konsumatur. F’dan il-kuntest, il-forma konkreta tal-finanzjament,<?PAGE NO="9"?> kemm jekk ikun il-ħlas ta’ somma flus jew kull korrispettiv ieħor li għandu valur patrimonjali huwa irrilevanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-fiduċja tal-qarrejja fin-newtralità tal-istampa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 60 tal-konklużjonijiet tiegħu, interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>finanzjament<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fis-sens li din teżiġi l-ħlas ta’ somma flus ma tikkorrispondix mar-realtà tal-prattika ġurnalistika u ta’ reklamar u fil-biċċa l-kbira ċċaħħad lil din id-dispożizzjoni mill-effett utli tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Dan l-approċċ huwa kkorroborat mir-rapport tal-Parlament Ewropew tad‑<DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29 [2013/2116(INI] (A 7-0474/2014). Fil-fatt, fil-punt 16 ta’ dan ir-rapport, il-Parlament talab lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva 2005/29, b’mod partikolari fir-rigward tar-reklamar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>moħbi<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> fuq l-internet permezz tax-xandir ta’ kummenti fuq networks soċjali, forums jew bloggs, li jidhru li joriġinaw minn konsumaturi stess meta fir-realtà jkunu messaġġi ta’ natura pubbliċitarja jew kummerċjali, direttament jew indirettament iġġenerati jew iffinanzjati minn atturi ekonomiċi, u jinsistu fuq l-effetti dannużi ta’ tali prattiki fuq il-fiduċja tal-konsumaturi u l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ pubblikazzjoni f’rivista dwar operazzjoni promozzjonali organizzata minn kummerċjant f’kollaborazzjoni mal-kumpannija editriċi tal-media kkonċernati, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk din l-operazzjoni fiha nnifisha kinitx, għall-inqas parzjalment, iffinanzjata mill-kummerċjant, fis-sens li dan tal-aħħar ta vantaġġ, fil-forma tal-ħlas ta’ somma flus, ta’ oġġetti, ta’ servizzi jew ta’ kull vantaġġ patrimonjali ieħor, għal din l-operazzjoni, ta’ natura li tinfluwenza l-kontenut ta’ din il-pubblikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-formulazzjoni tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 jirriżulta li l-finanzjament, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jkopri l-promozzjoni tal-prodott permezz ta’ kontenut editorjali fil-media, li jimplika rabta ċerta, fis-sens ta’ korrispettiv, bejn il-vantaġġ patrimonjali pprovdut mill-kummerċjant ikkonċernat u dan il-kontenut editorjali. Tali interpretazzjoni hija kkonfermata mill-għan tal-imsemmija dispożizzjoni, li huwa, kif jirriżulta mill-punti 40 u 41 ta’ din is-sentenza, li jipproteġi lill-konsumatur mir-reklamar moħbi, jiġifieri kontra l-kontenut editorjali li għalih il-kummerċjanti li jirreklamaw ikunu pprovdew vantaġġi mingħajr ma indikawhom, u li jippreservaw il-fiduċja tal-qarrejja fin-newtralità tal-istampa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, it-tqegħid għad-dispożizzjoni mingħajr, favur il-kumpannija editriċi tal-media mill-kummerċjant ikkonċernat, ta’ immaġini protetti mid-drittijiet tal-awtur jista’ jikkostitwixxi finanzjament dirett ta’ din il-pubblikazzjoni, sa fejn dawn l-immaġini jirrappreżentaw dehra tal-bini u tal-prodotti kkummerċjalizzati minn dan il-kummerċjant fil-kuntest tal-operazzjoni promozzjonali kkonċernata. Fil-fatt, dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni għandu valur patrimonjali u huwa intiż li jippromwovi l-bejgħ tal-prodotti tal-imsemmi kummerċjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 ma tipprevedi ebda regola dwar l-ammont minimu tal-valur tal-finanzjament jew il-proporzjon ta’ dan il-finanzjament fuq l-ispiża totali tal-operazzjoni promozzjonali kkonċernata, u ma jeskludix li l-kumpannija editriċi tal-media tbati hija stess parti mill-ispejjeż tal-pubblikazzjoni fl-interess tagħha stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet l-oħra tal-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li tingħata risposta lid-domandi magħmula li l-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-promozzjoni ta’ prodott permezz tal-pubblikazzjoni ta’ kontenut editorjali huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>ffinanzjat<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> minn kummerċjant, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta dan il-kummerċjant jipprovdi korrispettiv li għandu valur patrimonjali għal din il-pubblikazzjoni, kemm jekk din tkun taħt il-forma ta’ ħlas ta’ somma flus jew taħt kull forma oħra, meta teżisti rabta ċerta bejn il-finanzjament hekk mogħti mill-imsemmi kummerċjant u l-imsemmija pubblikazzjoni. Dan huwa b’mod partikolari l-każ fir-rigward tat-tqegħid għad-dispożizzjoni mill-istess kummerċjant ta’ immaġini protetti mid-drittijiet tal-awtur, li fuqhom huma viżibbli l-bini kummerċjali u l-prodotti kkummerċjalizzati minnu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE> dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-promozzjoni ta’ prodott permezz tal-pubblikazzjoni ta’ kontenut editorjali huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>ffinanzjat<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> minn kummerċjant, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta dan il-kummerċjant jipprovdi korrispettiv li għandu valur patrimonjali għal din il-pubblikazzjoni, kemm jekk din tkun taħt il-forma ta’ ħlas ta’ somma flus jew taħt kull forma oħra, meta teżisti rabta ċerta bejn il-finanzjament hekk mogħti mill-imsemmi kummerċjant u l-imsemmija pubblikazzjoni. Dan huwa b’mod partikolari l-każ fir-rigward tat-tqegħid għad-dispożizzjoni mill-istess kummerċjant ta’ immaġini protetti mid-drittijiet tal-awtur, li fuqhom huma viżibbli l-bini kummerċjali u l-prodotti kkummerċjalizzati minnu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>