Brussell, 11.8.2021

COM(2021) 468 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra







Deċiżjoni Nru .../2021 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ

ta’ xx.xx.xxxx

li temenda l-Appendiċi XVII-3 (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni), l-Appendiċi XVII-4 (Regoli applikabbli għas-servizzi postali u tal-kurrier) u l-Appendiċi XVII-5 (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) tal-Anness XVII tal-Ftehim ta Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikoli 465(3) u l-Artikolu 11 tal-Anness XVII,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)Il-Preambolu u l-Artikolu 1(2)(d) tal-Ftehim jaffermaw ix-xewqa tal-Partijiet li jappoġġaw il-proċess ta’ riforma fl-Ukrajna, inkluż permezz tal-approssimazzjoni leġiżlattiva, u b’hekk jikkontribwixxu għal aktar integrazzjoni ekonomika u għall-approfondiment tal-assoċjazzjoni politika.

(3)Fl-Artikoli 114, 124 u 138 tal-Ftehim, il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Ukrajna ma’ dik tal-Unjoni Ewropea għas-setturi tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi postali u tal-kurrier, u s-servizzi tat-trasport internazzjonali marittimu. L-Ukrajna għandha tiżgura li l-liġijiet eżistenti u l-leġiżlazzjoni ġejjiena tagħha gradwalment isiru kompatibbli mal-acquis tal-UE. Approssimazzjoni bħal din se testendi gradwalment għall-elementi kollha tal-acquis tal-UE msemmija fl-Anness XVII tal-Ftehim.

(4)L-acquis tal-UE elenkat fl-Appendiċi XVII-3 (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni), fl-Appendiċi XVII-4 (Regoli applikabbli għas-servizzi postali u tal-kurrier) u fl-Appendiċi XVII-5 (Regoli applikabbli għat-transport internazzjonali marittimu) tal-Anness XVII evolva sostanzjalment mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim. Jenħtieġ li din l-evoluzzjoni tkun riflessa fl-Appendiċijiet tal-Ftehim imsemmija.

(5)F’konformità mal-Artikolu 4(2) tal-Anness XVII, ladarba l-Ukrajna tqis li att legali partikolari tal-UE jkun ġie promulgat u implimentat kif xieraq, jenħtieġ li l-Ukrajna tippreżenta t-tabella/(i) tat-traspożizzjoni rilevanti, flimkien ma’ traduzzjoni uffiċjali bl-Ingliż tal-att legali ta’ implimentazzjoni Ukren, lill-ko-segretarju tal-UE tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ sabiex jipproċedi bil-valutazzjoni pprovduta fl-Appendiċi XVII-6.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.L-Appendiċi XVII-3 (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII tal-Ftehim huwa b’dan sostitwit bl-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.L-Appendiċi XVII-4 (Regoli applikabbli għas-servizzi postali u tal-kurrier) tal-Anness XVII tal-Ftehim huwa b’dan sostitwit bl-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

3.L-Appendiċi XVII-5 (Regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali marittimu) tal-Anness XVII tal-Ftehim huwa b’dan sostitwit bl-Anness 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ġiet stabbilita bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ukren u bl-Ungeriż, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, ….

Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni

fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ

Il-President

Is-segretarji

ANNESS 1

APPENDIĊI XVII-3

REGOLI APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TAT-TELEKOMUNIKAZZJONI

Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-atti tal-UE li ġejjin għandhom ikunu applikabbli skont id-dispożizzjonijiet dwar l-adattamenti orizzontali stipulati fl-Appendiċi XVII-1, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

Dispożizzjonijiet applikabbli li għandhom jiġu adottati:

A.Politika Ewropea ġenerali dwar il-komunikazzjoni elettronika

Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

–teħid ta’ miżuri leġiżlattivi, tekniċi u organizzattivi xierqa u proporzjonati, filwaqt li jitqies il-qafas tal-miżuri ppreżentati fi “Iċ-ċibersigurtà tan-networks tal-5G: Sett ta’ għodod tal-UE ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji” ippubblikat wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/534 tas-26 ta’ Marzu 2019 (C (2019) 2335), f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni xierqa tar-riskji li joħolqu għas-sigurtà tan-networks u tas-servizzi.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi

–implimentazzjoni tal-Artikoli 2-6 tar-Regolament (UE) 2015/2120.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru  2025.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

–monitoraġġ ta’ kompetizzjoni ġusta fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, partikolarment fir-rigward ta’ prezzijiet orjentati lejn l-ispejjeż għas-servizzi.

Id-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta’ servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kundizzjonali.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn (2) mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”).

Id-Direttiva tkopri s-servizzi kollha tas-soċjetà tal-informazzjoni, kemm bejn negozju u ieħor u kemm bejn negozju u konsumatur, jiġifieri kwalunkwe servizz li normalment jingħata għal rimunerazzjoni, mill-bogħod, permezz ta’ mezzi elettroniċi u fuq talba individwali ta’ reċipjent tas-servizz.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin (3) mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2021.

B.Qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju

Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea

–analiżi skont il-politika u l-qafas legali stipulati mid-Deċiżjoni 676/2002/KE u adozzjoni ta’ politika u regolamenti li jiżguraw id-disponibbiltà armonizzata u l-użu effiċjenti tal-ispettru.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-medda ta’ frekwenzi 790-862 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded [baned] ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE tal-5 ta’ Novembru 2012 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded tal-frekwenzi 1920-1980 MHz u 2110-2170 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2500-2690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/235 tal-24 ta’ Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2008/411/KE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-medda ta’ frekwenzi 3400-3800 MHz.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1538 tal-11 ta’ Ottubru 2018 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mit-tagħmir għal meded qosra fil-baned tal-frekwenzi ta’ 874-876 MHz u 915-921 MHz.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/276/UE tat-2 ta’ Mejju 2014 dwar l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5875 - 5905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/513/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta’ frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers inklużi n-Networks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta’ Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers inklużi n-Networks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2017/1483 tat-8 ta’ Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/804/KE.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE tal-11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE tat-8 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE tat-30 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE tat-23 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/KE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE tal-1 ta’ Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2077 tal-10 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta’ Jannar 2005 dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE tat-8 ta’ Lulju 2004 dwar l-armonizzazzjoni ta’ spektrum tar-radju fil-medda ta’ 79 GHz għall-użu ta’ tagħmir awtomotiv tar-Radar ta’ Medda Qasira fil-Komunità.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE tal-14 ta’ Frar 2007 dwar l-użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2010-2025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta’ Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi 1452-1492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/687 tat-28 ta’ April 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi 694-790 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili u għal użu nazzjonali flessibbli fl-Unjoni.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2317 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/654/UE, biex tiġi ssimplifikata l-operazzjoni tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/191 tal-1 ta’ Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/166/UE, biex tintroduċi teknoloġiji u meded ta’ frekwenza ġodda għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/637 tal-20 ta’ April 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tekniċi rilevanti għall-internet tal-oġġetti.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/661 tas-26 ta’ April 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/750 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 1452-1492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni fir-rigward tal-estensjoni tagħha fil-baned tal-frekwenzi armonizzati 1427-1452 MHz u 1492-1517 MHz.

Id-Deċiżjoni 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju, daħlet fis-seħħ fl-10.4.2012.

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/899 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni, daħlet fis-seħħ fl-14.6.2017.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/785 tal-14 ta’ Mejju 2019 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet fl-atti ta’ hawn fuq relatati mal-“Qafas Regolatorju għall-politika tal-ispettur tar-radju” għandhom jiġu implimentati għall-ispettru disponibbli sat-30 ta’ Diċembru 2022.

C.Identifikazzjoni elettronika, awtentikazzjoni u servizzi fiduċjarji

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/806 tat-22 ta’ Mejju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-għamla tal-marka ta’ fiduċja tal-UE għas-servizzi fiduċjarji kkwalifikati.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta’ fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet marbutin mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta’ April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem u siġilli skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/296 tal-24 ta’ Frar 2015 li tistabbilixxi arranġamenti proċedurali għal kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 12(7) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1501 tat-8 ta’ Settembru 2015 dwar il-qafas tal-interoperabbiltà skont l-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502 tat-8 ta’ Settembru 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri minimi għal-livelli ta’ assigurazzjoni għall-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1984 tat-3 ta’ Novembru 2015 li tiddefinixxi ċ-ċirkustanzi, il-formati u l-proċeduri tan-notifika skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet fl-atti ta’ hawn fuq relatati ma’ “Identifikazzjoni elettronika, awtentikazzjoni u servizzi fiduċjarji” għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2021.

ANNESS 2

APPENDIĊI XVII-4

REGOLI APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI POSTALI U TAL-KURRIER

Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-atti tal-UE li ġejjin għandhom ikunu applikabbli skont id-dispożizzjonijiet dwar l-adattamenti orizzontali stipulati fl-Appendiċi XVII-1, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

Dispożizzjonijiet applikabbli li għandhom jiġu adottati:

Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz.

Id-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji.

Id-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji.

Ir-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini *.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1263 tal-20 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi l-forom għat-tressiq ta’ informazzjoni minn fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti skont ir-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet fl-atti hawn fuq li huma relatati mas-servizzi postali u ta’ kurrier għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2021, minbarra l-atti mmarkati b’(*), li għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2024.

ANNESS 3

APPENDIĊI XVII-5

REGOLI APPLIKABBLI GĦAT-TRASPORT INTERNAZZJONALI MARITTIMU

Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-atti tal-UE li ġejjin għandhom ikunu applikabbli skont id-dispożizzjonijiet dwar l-adattamenti orizzontali stipulati fl-Appendiċi XVII-1, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

Dispożizzjonijiet applikabbli li għandhom jiġu adottati:

A.Sigurtà marittima - L-istat tal-bandiera / soċjetajiet ta’ klassifika

Id-Direttiva Nru 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi.

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/111/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2009/15/KE fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli.

Ir-Regolament (KE) 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri.

Ir-Rettifika għar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) ta’ ċerti Kodiċijiet u emendi relatati f’ċerti konvenzjonijiet u protokolli.

Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijeit fl-atti ta’ hawn fuq relatati mas-“Sigurtà marittima – L-istat tal-bandiera/soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni” għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2021.

B.Stat tal-Port

Id-Direttiva Nru 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port.

Ir-Rettifika għad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port.

Id-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port.

Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 tal-20 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispezzjonijiet estiżi tal-bastimenti.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta’ Stat tal-bandiera.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2012 tal-14 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 802/2010 fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji *.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet fl-atti ta’ hawn fuq relatati mal-“Istat tal-Port” għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2021, minbarra l-atti mmarkati b’(*), li għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2022

C.Monitoraġġ tat-traffiku

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE.

Id-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità.

Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE tat-23 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/100/UE tat-28 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità.

(a)Regoli tekniċi u operattivi

— Vapuri tal-passiġġieri

Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE tal-1 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà [sikurezza] għal vapuri tal-passiġġieri.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri.

Id-Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta' Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Id-Direttiva Nru 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE tat-18 ta’ Frar 2005 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro.

— Tankers taż-żejt

Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed **.

Bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa

Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b’ sigurtà ta’ bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa.

—Ekwipaġġ

Id-Direttiva Nru 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara.

Id-Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara.

(b)Ambjent

Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE *.

Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament.

Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru tal-2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet fl-atti ta’ hawn fuq relatati mal-“Monitoraġġ tat-traffiku” għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2021, ħlief għall-atti mmarkati b’(*), li għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2023, u l-atti mmarkati b’(**), li għandhom isegwu l-iskeda ta’ żmien għat-tneħħija gradwali tat-tankers b’buq wieħed skont l-iskeda kif speċifikat fil-Konvenzjoni MARPOL.

D.Kundizzjonijiet tekniċi

Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE.

Ir-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2010/65/UE għandha tiġi implimentata sal-31 ta’ Diċembru 2021, u d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) 2019/1239 sal-15 ta’ Awwissu 2025.

E.Il-kundizzjonijiet soċjali

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti *.

Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 2003 li jadatta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE id-dispożizzjonijiet dwar kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha stabbiliti fi strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE.

Id-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-Direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, bil-ħsieb li jiġu simplifikati u razzjonalizzati r-rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) - Anness: Il-Ftehim Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-baħħara, ħlief il-Klawżola 16.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE.

Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet fejn għandhom x’jaqsmu s-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord vapuri li jidħlu f’portijiet Komunitarji.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet fl-atti ta’ hawn fuq relatati mal-“Kundizzjonijiet soċjali” għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2021, minbarra l-atti mmarkati b’(*), li għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2023.

F.Is-sigurtà marittima

Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet.

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet.

2009/83/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2009 li temenda r-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-Iskema tal-IMO ta’ Numru tal-Identifikazzjoni Uniku għall-Kumpaniji u s-Sidien Irreġistrati.

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet fl-atti ta’ hawn fuq relatati mas-“Sigurtà marittima”, minbarra dawk li jikkonċernaw l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2021.

G.Servizzi Portwarji

Ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet.

L-iskeda taż-żmien: id-dispożizzjonijiet fl-att ta’ hawn fuq relatati mas-“Servizzi portwarji” għandhom jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2024.