|
23.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 23/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9699 – Mitsubishi Corporation/Eneco Groep)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 23/12)
1.
Fis-16 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun), |
|
— |
Eneco Groep N.V. (“Eneco”, in-Netherlands). |
MC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Eneco kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
MC hija kumpanija dinjija ta’ kummerċ integrat li tiżviluppa u tħaddem negozji f’varjetà ta’ industriji. MC (permezz tas-sussidjarji tagħha) hija attiva fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ parks eoliċi, il-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriċità u fil-kummerċ tal-elettriċità fiż-ŻEE, |
|
— |
Eneco hija attiva fil-produzzjoni u l-ħażna tal-elettriċità minn riżorsi (sostenibbli), inkluża l-enerġija mir-riħ, ix-xemx u l-ilma u l-bijoenerġija, il-provvista tal-elettriċità u l-gass lil klijenti privati u fin-negozju, u l-provvista ta’ servizzi anċillari. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9699 — Mitsubishi Corporation/Eneco Groep
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).