52010PC0129

Proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-kunsill li tawtorizza lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi biex japplika miżuri ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (Il-verżjoni Olandiża biss hija awtentika) /* KUMM/2010/0129 finali - NLE 2010/0071 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 6.4.2010

KUMM(2010)129 finali

2010/0071 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi biex japplika miżuri ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(Il-verżjoni Olandiża biss hija awtentika)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Skont l-Artikolu 395 tad-direttiva 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (minn hawn 'il quddiem 'id-direttiva dwar il-vat'), il-Kunsill, li jkun qed jaġixxi unanimament fuq proposta mill-kummissjoni, jista' jawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru li jintroduċi miżuri speċjali għal deroga mid-dispożizzjonijet ta' din id-direttiva, sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ġbir tal-vat jew sabiex jipprevjeni ċerti tipi ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa. Permezz ta’ ittra rreġistrata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fid-29 ta’ Jannar 2010, il-Pajjiżi l-Baxxi talab awtorizzazzjoni biex japplika miżura ta’ deroga fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti, kif mogħtija qabel għal perjodu limitat mid-Deċiżjoni 2007/740/KE. Skont l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra b’ittra li ġġib id-data tal-25 ta’ Frar 2010 bit-talba li saret mill-Pajjiżi l-Baxxi. Permezz ta' ittra ddatata t-2 ta' Marzu 2010, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Pajjiżi l-Baxxi li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba. |

120 | Kuntest ġenerali Il-miżura mitluba, jiġifieri mekkaniżmu ta’ ħlas riversibbi hija essenzjalment meqjusa bħala miżura biex twaqqaf ċerti tipi ta’ evażjoni tat-taxxa fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti. Is-sottokuntratturi fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti xi drabi huma kumpaniji żgħar, li spiss urew li huma negozji tranżitorji, li huma ta’ diffikultà għall-amministrazzjoni fiskali biex tikkontrollahom u mezzi għall-evażjoni fiskali. Tip komuni ta’ evażjoni huwa n-nuqqas ta’ ħlas ta’ vat b'fattura mis-sottokuntratturi, li sussegwentament ma jkunux jistgħu jiġu segwiti. Dawn iżda jħallu l-klijent (kuntrattur) b’fattura valida għal tnaqqis tat-taxxa. id-Deċiżjoni tawtorizza lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi biex japplika skema fl-industrija ta’ ħwejjeġ lesti, biex taqleb l-obbligu tal-ħlas tal-vat lill-awtoritajiet fiskali mis-sottokuntrattur għal fuq l-intrapriża tal-ħwejjeġ (il-kuntrattur). F'dan il-kuntest, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/740/KE kienet tawtorizza lill-Pajjiżi l-Baxxi li japplika l-iskema li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-Vat, sal-31 ta' Diċembru 2009. Biex ikun ivvalutat l-impatt fuq il-miżura ta' deroga min-naħa l-waħda u l-fatturi l-oħra min-naħa l-oħra, dik id-deċiżjoni kienet tinkludi l-obbligi għall-Pajjiżi l-Baxxi li jissottometti rapport dwar l-effikaċja tal-miżura u dwar l-evidenza possibbli ta' riallokazzjoni ta' sottokuntratturi fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti lil stati membri oħra. Minn dan ir-rapport jidher li l-miżura ta' deroga, flimkien mal-iżviluppi dwar is-swieq internazzjonali, wasslet għal titjib konsiderevoli fis-sitwazzjoni ta' frodi fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti fil-Pajjiż l-Baxxi. l-għadd ta' kumpaniji li jikkwalifikaw għal miżura ta' deroga qed jonqos b'mod kostanti, is-suq qed jistabbilizza ruħu u l-livell ta' superviżjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa qed dejjem jiżdied. Skont il-Pajjiżi l-Baxxi, deċiżjoni dwar jekk il-miżura ta' deroga għandhiex tiġi abolita għandha tittieħed fi stadju ulterjuri, probabbli fl-2011, u wara li jkunu kkonsultati l-partijiet interessati l-oħra bħal ma huma l-ispettorat għall-impjiegi u l-entità responsabbli mill-assigurazzjoni soċjali. Għalhekk għandu jkun neċessarju l-limitu tal-miżura ta' deroga sal-aħħar tal-2012. f'każ li l-Pajjiżi l-Baxxi jkompli jikkunsidra li hu meħtieġ li jestendi b'mod ulterjuri l-miżura ta' deroga, għandu jintbagħat rapport ġdid ta' valutazzjoni, flimkien mat-talba għad-deroga, sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2012. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 li tawtorizza lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi biex ikompli japplika miżura speċjali li huma derogati mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/740/KE, ĠU l 300, 17.11.2007, p. 71). |

141 | Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-unjoni Mhux applikabbli. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

219 | Mhux rilevanti. |

Ġbir u użu tal-kompetenza |

229 | Ma kienx hemm bżonn ta’ esperti esterni. |

230 | Valutazzjoni tal-impatt Id-Deċiżjoni proposta għandha l-għan li tiġġieled kontra l-evażjoni potenzjali tal-vat fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti u għalhekk għandha impatt ekonomiku potenzjalment pożittiv. Madankollu, minħabba l-ambitu ristrett tad-deroga u l-applikazzjoni limitata fiż-żmien, fi kwalunkwe każ l-impatt se jkun limitat. |

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju tal-azzjoni proposta L-awtorizzazzjoni lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi biex japplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-direttiva tal-Vat fir-rigward l-użu ta' mekkaniżmu ta' ħlas riversibbli għal ċerti tranżazzjonijiet fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti. |

310 | Bażi legali L-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-Vat. |

329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva dwar il-Vat, Stat Membru li jixtieq idaħħal miżuri ta' deroga mill-imsemmja Direttiva għandu jikseb awtorizzazzjoni mill-Kunsill, li tieħu l-forma ta' Deċiżjoni tal-Kunsill. Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. |

331 | Id-Deċiżjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni konċessa lil stat membru wara talba li għamel hu stess u ma tikkostitwixxi l-ebda obbligu. |

332 | Minħabba l-ambitu ristrett ħafna tad-deroga, il-miżura speċjali hija proporzjonata mal-għan li għandu jintlaħaq. |

Għażla ta’ strumenti |

342 | Skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva dwar il-Vat, deroga mir-regoli komuni tal-vat hija possibbli biss bl-awtorizzazzjoni tal-Kunsill waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-kummissjoni. Barra minn hekk, Deċiżjoni tal-Kunsill hija l-iktar strument adattat ladarba tista' tiġi indirizzata lill-Istati Membri individwali. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

409 | Il-proposta m’għandhiex implikazzjonijiet fuq il-baġit tal-Komunità. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/terminazzjoni awtomatika |

533 | Il-proposta tinkludi klawżola ta’ tmiem awtomatiku wara l-għeluq tal-perjodu ffissat. |

E-3837 |

2010/0071 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi biex japplika miżuri ta' deroga mill-Artikoli 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(Il-verżjoni Olandiża biss hija awtentika)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud[1], u partikolarment l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1. Permezz ta’ ittra rreġistrata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fl-29 ta’ Jannar 2010, ir-Renju tal-Pajjiż l-Baxxi talab awtorizzazzjoni biex japplika miżuri fiskali speċjali fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti, kif awtorizzat qabel għal perjodu limitat mid-Deċiżjoni 2007/740/KE[2].

2. Bi qbil mal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra b’ittra li ġġib id-data tal-25 ta’ Frar 2010 bit-talba li saret mill-Pajjiżi l-Baxxi. B’ittra datata t-2 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju tal-Pajjiż l-Baxxi li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra t-talba.

3. L-arranġament għandu jawtorizza lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi biex japplika skema fl-industrija ta’ ħwejjeġ lesti, biex taqleb l-obbligu tal-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet fiskali mis-sottokuntrattur għal fuq l-intrapriża tal-ħwejjeġ (il-kuntrattur).

4. Dawn l-arranġamenti urew fil-passat li huma miżura effettiva ta’ prevenzjoni f’settur li fih il-ġbir tal-VAT huwa diffiċli minħabba l-problemi ta’ identifikar jew sorveljanza tal-attivitajiet tas-sottokuntratturi. Il-miżura mitluba għalhekk għandha titqies bħala miżura biex twaqqaf ċerti tipi ta’ evażjoni u evitar tat-taxxa fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti.

5. Il-pajjiż li fih issir il-manifattura tal-ħwejjeġ lesti jkun jiddependi minn spejjeż baxxi ta' xogħol u s-sottokuntratturi jkunu jistgħu jiċċaqilqu b'mod faċli minn pajjiż għall-ieħor. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2007/740/KE talbet lill-Pajjiż l-Baxxi biex jissorvelja u jivvaluta l-impatt ta' dawn il-fatturi fuq l-effettività tad-deroga u biex jissottometti rapport lill-Kummissjoni sal-31 ta' Lulju 2009.

6. Dan ir-rapport kien jindika li s-sitwazzjoni dwar il-frodi tjiebet b'mod konsiderevoli u li l-għadd ta' intrapriżi tal-ħwejjeġ lesti li kienu jikkwalifikaw għal proċedura ta' ħlas riversibbli taħt id-Deċiżjoni 2007/740/KE naqas b'ritmu mgħaġġel b'riżultat tal-miżura ta' deroga u l-iżvilupp tas-swieq internazzjonali. Konsegwentement, fil-Pajjiżi l-Baxxi qed terġa' tinkiseb l-istabilità fis-settur tal-ħwejjeġ lesti.

7. Sabiex jintemm dak il-proċess, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi talab li l-miżura terġa' tkun estiża għall-perjodu limitat u ħabbret, fl-istess waqt, li fl-2011 trid tittieħed deċiżjoni finali dwar l-abolizzjoni possibli tal-miżura. Hu għalhekk xieraq li tingħata d-deroga sal-31 ta' Diċembru 2012.

8. F'każ li r-Renju tal-Pajjiż l-Baxxi jerġa' jikkunsidra estensjoni oħra tal-miżura ta' deroga wara l-2012, għandu jintbagħat rapport ġdid ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni flimkien ma' talba ta' estensjoni mhux aktar tard mill-1 ta' April 2012.

9. Id-deroga ma għandhiex ikollha effett ħażin fuq ir-riżorsi tal-Komunitajiet Ewropej stess li jiġu mit-taxxa tal-valur miżjud u lanqas ma teffettwa l-ammont tal-VAT impost fl-aħħar stadju tal-konsum.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ir-Renju tal-Pajjiż l-Baxxi huwa hawnhekk awtorizzat li japplika skema sal-31 ta’ Diċembru 2012 fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti, biex jaqleb l-obbligi tas-sottokuntratturi tal-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet fiskali, mis-sottokuntrattur għal fuq l-intrapriżi tal-ħwejjeġ (il-kuntrattur).

Artikolu 2

Kwalunkwe talba possibbli biex tiġi estiża l-miżura wara l-2012 għandha tkun akkumpanjata bis-sottomissjoni ta' rapport lill-Kummissjoni u kwalunkwe evidenza oħra ta' riallokazzjoni ta' sottokuntratturi fl-industrija tal-ħwejjeġ lesti, u jrid jintbagħat sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 347, 11.12.2006, p.1 Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/138/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 92)

[2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 li tawtorizza lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi biex ikompli japplika miżura speċjali li huma derogati mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, (ĠU L 300, 17.11.2007, p. 71)