12004V208

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU III - POLITIKA F'OQSMA OĦRA - Sezzjoni 1 - Impjieg - Artikolu III-208

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0092 - 0092


Artikolu III-208

Il-Kunsill għandu, b'maġġoranza sempliċi, jadotta deċiżjoni Ewropea li tistabbilixxi Kumitat ta' l-Impjiegi bi status konsultattiv sabiex jippromwovi kordinazzjoni bejn Stati Membri dwar politika ta' l-impjiegi u tas-suq tax-xogħol. Għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Ix-xogħol tal-Kumitat għandu jkun:

a) li jikkontrolla s-sitwazzjoni fil-qasam ta' l-impjiegi u tal-politika dwar l-impjiegi fl-Unjoni u fl-Istati Membri;

b) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu III-344, li jifformula opinjonijiet fuq it-talba jew tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, u li jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-proċeduri tal-Kunsill previsti fl-Artikolu III-206.

Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, l-Kumitat għandu jikkonsulta mas-sħab soċjali.

Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri tal-Kumitat.

--------------------------------------------------