European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4122

27.7.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1837 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1853 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà ta' navigazzjoni fil-Lvant Nofsani

(C/2026/4122)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1837 (2), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1853 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar kif ukoll l-azzjonijiet tal-Iran li jdgħajfu l-libertà ta' navigazzjoni fil-Lvant Nofsani.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 u fir-Regolament (UE) 2023/1529.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1529, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3a tar-Regolament).

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel l- 1 ta' Frar 2027 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 u l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2023/1529.

L-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20.

(2)   ĠU L, 2026/1837, 27.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1837/oj.

(3)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1.

(4)   ĠU L, 2026/1853, 27.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1853/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4122/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)