|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2322 |
20.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2322
tad-9 ta’ Ottubru 2026
dwar il-konklużjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għas-servizzi tal-GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal- Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 189, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/442 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għas-servizzi tal-GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fis-26 ta’ Marzu 2026, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(2) |
Minn perspettiva ġeopolitika, il-parteċipazzjoni tan-Norveġja fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u l-aċċess tan-Norveġja għas-servizzi tal-GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, ser tikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-rwol tal-Ewropa bħala attur dinji u tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali kif definita fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa. Ftehim man-Norveġja ser isaħħaħ il-pożizzjoni strateġika tal-Unjoni li hija objettiv tal-Istrateġija Spazjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża. |
|
(3) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għas-servizzi tal-GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura huwa b’dan approvat (3) (4).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
S. HARRIS
(1) Approvazzjoni tas-26 ta’ Marzu 2026 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/442 tas-17 ta’ Frar 2026 dwar l-iffirmar, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġjali jistabbilixxi r-regoli tal-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għas-servizzi tal-GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura (ĠU L, 2026/442, 3.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/442/oj).
(3) It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2026/2323, 20.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2026/2323/oj.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2322/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)