|
6.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/702
tal-5 ta’ Mejju 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tintura tal-mulleina kbira bħala addittiv tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tintura tal-mulleina kbira. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tintura tal-mulleina kbira bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. |
|
(4) |
L-applikant talab li t-tintura tal-mulleina kbira tiġi awtorizzata ukoll għall-użu fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li ma jkunx permess l-użu tat-tintura tal-mulleina kbira fl-ilma tax-xorb. |
|
(5) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-12 ta’ Novembru 2019 (2) u tal-24 ta’ Ġunju 2021 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, it-tintura tal-mulleina kbira ma għandhiex effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumaturi jew l-ambjent. Madankollu, ma setgħet issir l-ebda konklużjoni għall-annimali li jgħixu fit-tul (annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux l-ikel, żwiemel u annimali għar-riproduzzjoni). L-Awtorità kkonkludiet ukoll li fin-nuqqas ta’ data, it-tintura tal-mulleina kbira jenħtieġ li titqies bħala irritant tal-ġilda/tal-għajnejn jew sensitizzatur tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li peress li t-tintura tal-mulleina kbira hija rikonoxxuta bħala aromatizzant tal-ikel, u li l-funzjoni tagħha fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, għaldaqstant ma hemmx bżonn li jkun hemm iktar provi tal-effikaċja tagħha. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tat-tintura tal-mulleina kbira turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu tas-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Il-fatt li t-tintura tal-mulleina kbira mhijiex awtorizzata għall-użu bħala aromatizzant fl-ilma tax-xorb, ma jipprekludix l-użu tagħha fl-għalf kompost li jingħata permezz tal-ilma. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2019;17(12):5910.
(3) EFSA Journal 2021;19(7):6711.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||
|
2b475(m)-t |
— |
Tintura tal-mulleina kbira |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tintura tal-mulleina kbira dderivata minn Verbascum thapsus L. |
Tiġieġ tas-simna |
|
— |
50 |
|
is-26 ta’ Mejju 2032 |
||||||||
|
Għamla likwida |
Dundjani tas-simna |
||||||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva |
Ħnieżer tas-simna |
||||||||||||||||
|
Tintura tal-mulleina kbira dderivata minn Verbascum thapsus L. kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1). |
Għoġġiela tas-simna Ħrief u gidjien tas-simna |
||||||||||||||||
|
Materja niexfa: ≤ 3 % Solvent (ilma/etanol): ≤ 97,5 % Irmied: ≤ 0,3 % Awkubina: ≤ 0,006 % |
Salmonidi, għajr għal skopijiet ta’ riproduzzjoni |
||||||||||||||||
|
Polifenoli: ≤ 0,22 % Flavonojdi totali (ekwivalenti ta’ aċidu kloroġeniku): ≤ 0,10 % |
Fniek tas-simna |
||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (2) Għall-karatterizzazzjoni tat-tintura tal-mulleina kbira:
|
|
||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007).
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports