|
14.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8828 — Gauselmann/NOVOMATIC/Spielbank Bad Neuenahr/Spielbank Mainz JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 325/09)
1.
Fis-7 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Gauselmann Spielbanken Beteiligungs GmbH (“Gauselmann”, il-Ġermanja); |
|
— |
NOVOMATIC Spielbanken Holding Deutschland GmbH (“NOVOMATIC”, il-Ġermanja); |
|
— |
Spielbank Bad Neuenahr GmbH & Co. KG (“Spielbank Bad Neuenahr”, il-Ġermanja); |
|
— |
Spielbank Mainz GmbH & Co. KG and Spielbank Mainz Beteiligungsgesellschaft mbH (together “Spielbank Mainz”, il-Ġermanja); |
Gauselmann, NOVOMATIC u Spielbank Bad Neuenahr jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Spielbank Mainz permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Gauselmann: parti mill-grupp Gauselmann. Il-grupp Gauselmann jiżviluppa u jimmanifattura magni tal-logħob għall-każinos u s-swali tal-logħob, kif ukoll logħob relatat, software għall-gaming u sistemi tal-gaming. Barra minn hekk, Gauselmann jopera każinòs u swali tal-logħob fil-Ġermanja u barra mill-pajjiż. Gauselmann huwa wkoll involut fl-imħatri sportivi u fil-gaming fuq l-Internet. Gauselmann għandu s-sede tan-negozju tiegħu f’Espelkamp, il-Ġermanja;
— għal NOVOMATIC: parti min-Novomatic Group, fornitur globali ta’ tekonoloġija tal-gaming b’sede f’Gumpoldskirchen, l-Awstrija. Il-grupp Novomatic jipproduċi u jbiegħ teknoloġija u tagħmir tal-gaming u jopera kumpaniji involuti fil-gaming u l-logħob tal-azzard;
— għal Spielbank Bad Neuenahr: jopera tliet każinos f’Rhineland-Pfalz, li jinsabu f’Bad Neuenahr-Ahrweiler, Bad Dürkheim u Nürburg. Fit-tliet postijiet kollha, Spielbank Bad Neuenahr joffri logħob live (logħob tal-mejda, bħal Roulette, Black Jack u Poker) kif ukoll magni tal-logħob. Barra minn hekk, Spielbank Bad Neuenahr jopera t-tliet każinos ta’ Spielbank Mainz flimkien ma’ NOVOMATIC;
— għal Spielbank Mainz: jopera każinos fi tliet postijiet f’Bad Ems, Mainz u Trier. Fit-tliet postijiet kollha, Spielbank Mainz joffri logħob live (logħob tal-mejda, bħal Roulette, Black Jack u Poker) kif ukoll magni tal-logħob.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8828 — Gauselmann/NOVOMATIC/Spielbank Bad Neuenahr/Spielbank Mainz JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 122964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).