|
2.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1112/2010
tal-1 ta' Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 793/2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta' Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 408/2009 (2) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 793/2006 u b’mod partikolari l-Artikolu 46 a li jispeċifika li volum minimu ta' 15 % ta' ħalib frisk tal-baqra li għandu jiġi inkorporat fil-ħalib UHT rikostitwit u maħsub għall-konsum lokali fil-Madejra, instab li l-ħalib frisk kollu li ġie prodott lokalment huwa użat b’mod sħiħ mill-industrija lokali tal-ġobon. Sabiex jiġi evitat kull tfixkil għall-bilanċ ekonomiku li hu diġà stabbilit u biex ikun żgurat li l-ħalib frisk prodott lokalment ikun jista’ jiġi proċessat fi prodotti b’valur miżjud għoli, jidher li huwa xieraq li jiġi eliminat l-obbligu ta' rata minima ta' inkorporazzjoni. |
|
(2) |
B’kunsiderazzjoni għall-emenda għall-Artikolu 19(4), tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 permezz tar-Regolament (UE) Nru 641/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li mill-1 ta' Jannar 2010 neħħiet l-obbligu tal-Kummissjoni, li tiġi stabbilita rata ta' inkorporazzjoni għall-ħalib frisk prodott lokalment, jeħtieġ li minn din id-data jitneħħa wkoll l-Artikolu 46 a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2006 (4). |
|
(3) |
B’riżultat ta' dan, ir-Regolament (KE) Nru 793/2006 għandu jiġi emendat. |
|
(4) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 793/2006 huwa b’dan emendat kif ġej: l-Artikolu 46 a huwa mħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 123, 19.5.2009, p. 62.