21.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/24


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10828 — CVC / NORDIC CAPITAL / CARY GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 280/07)

1.   

Fit-13 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu),

—

Nordic Capital XI Limited (“Nordic Capital”, Jersey),

—

Cary Group Holding AB (publ) (“Cary Group”, l-Iżvezja).

CVC u Nordic Capital se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Cary Group fit-totalità tagħha.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-29 ta’ Ġunju 2022.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Għal CVC: investiment ta’ ekwità privata,

—

Għal Nordic Capital: grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata b’enfasi partikolari fuq il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija u l-pagamenti, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi industrijali u n-negozji u l-prodotti tal-konsumatur,

—

Għal Cary Group: servizzi ta’ tiswija u sostituzzjoni tal-ħġieġ tal-vetturi bi preżenza lokali fl-Iżvezja, in-Norveġja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Lussemburgu, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:

M.10828 — CVC / NORDIC CAPITAL / CARY GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.