<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-127/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0127</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:377">EU:C:2019:377</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190508">8.5.2019</DATE> – Kawża C‑127/18</HT></P><P>A-PACK CZ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 90 u 273</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, mid-debitur, tas-somma dovuta lil persuna taxxabbli abbażi ta’ tranżazzjoni suġġetta għall-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Valur taxxabbli –Tnaqqis</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑127/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20180216">16 ta’ Frar 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">A–PACK CZ s. r. o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Odvolací finanční ředitelství,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.–C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, C. Toader, A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, kap ta’ diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20190109">9 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal A‑PACK CZ s. r. o., minn R. Cholenský u F. Hejl, advokáti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Odvolací finanční ředitelství, minn T. Rozehnal, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u O. Serdula, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna kif ukoll A. Kramarczyk – Szaładzińska, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Salyková u J. Jokubauskaitė kif ukoll minn R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità tal-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn A–PACK CZ s. r. o. u l-Odvolací finanční ředitelství (id-Direttorat tal-Finanzi kompetenti fil-qasam tal-appell, ir-Repubblika Ċeka) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jaġġusta l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imħallsa għal krediti mhux imħallsa u kkunsidrati li ma jistgħux jinġabru lura minħabba l-insolvenza tad-debitur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra kif imsemmi fl-Artikoli 74 sa 77, l-ammont taxxabbli għandu jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, għall-provvista, mill-konsumatur jew parti terza, inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tal-provvista.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 90 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="090.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni, ċaħda jew nuqqas ta’ pagament totali jew parzjali, jew fejn il-prezz hu mnaqqas wara li l-provvista tkun saret, l-ammont taxxabbli għandu jiġi ridott għaldaqstant skont kondizzjonijet li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="090.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 273 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.</ALINEA><ALINEA>L-għażla skont l-ewwel paragrafu ma tistax tintuża biex timponi obbligi tal-fatturazzjoni addizzjonali aktar minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-dritt li ssir rettifika tal-ammont tat-taxxa f’każ ta’ krediti fuq id-debituri fi proċedura ta’ insolvenza ġie introdott fil-Liġi Nru 235/2004 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud bil-Liġi Nru 47/2011 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li l-espożizzjoni tal-motivi tagħha tindika:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Dan huwa mod kif tingħata possibbiltà li jinbidel l-ammont tat-taxxa tal-output fil-każ ta’ dejn ta’ debituri (xerrejja) li jkunu suġġetti għal proċedura ta’ insolvenza, u dan minħaabba l-evoluzzjoni negattiva tas-sitwazzjoni ekonomika. Din il-proposta tirreaġixxi attivament għas-sitwazzjoni ekonomika u tikkostitwixxi miżura ta’ ġlieda kontra l-kriżi bl-għan li jiġu megħjuna l-impriżi li l-cash-flow tagħhom jitnaqqas minħabba d-dejn li mhux imħallas minn impriżi f’insolvenza.</P><P>Minħabba l-konsegwenza tal-kriżi finanzjarja mondjali, hemm iktar u iktar impriżi li jinsabu fi proċedura ta’ falliment u li ma għandhomx f’pożizzjoni li jiffaċċjaw l-obbligi tagħhom fil-konfront tal-kredituri tagħhom (fornituri). Diversi fornituri (kredituri) ma għadhomx f’pożizzjoni li jirkupraw it-totalità tal-krediti li għandhom max-xerrejja (debituri). Din iċ-ċirkustanza għandha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ impriżi li sa issa kienu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>vijabbli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P><P>Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, il-kreditur (fornitur) ser ikollu għalhekk id-dritt li jibdel l-ammont tat-taxxa tal-output jekk ix-xerrej (debitur) ma jkunx ħallsu għall-oġġetti kkunsinnati jew għas-servizz ipprovdut, u jekk tinbeda proċedura ta’ insolvenza mibdija kontra x-xerrej. […]</P><P>Il-proposta hija totalment konformi mal-Artikoli 90 u 185 tad-[Direttiva 2006/112]. Leġiżlazzjoni simili hija applikabbli ġewwa tal-inqas 12-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Din l-iskema hija implimentata, taħt forom differenti, fl-Istati Membri segwenti: il-Belġju, il-Lussemburgu, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Portugall, l-Irlanda, l-Awstrija, l-Italja, il-Greċja, il-Latvja u l-Gran Brittanja.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 44(3) tal-Liġi dwar il-VAT, li jirrigwarda r-rettifika tal-ammont tat-taxxa relatata mad-dejn fuq debituri li huma s-suġġetti tal-proċedura ta’ insolvenza jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-kreditur jista’ jirrettifika l-ammont tat-taxxa tal-output l-iktar kmieni matul is-sena fiskali li matula ġew issoddisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Ma tistax issir rettifika […] fl-ipoteżi fejn id-debitur ma jkunx għadu persuna taxxabbli.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>A–PACK CZ hija kumpannija Ċeka, suġġetta għall-VAT, fejn waħda mill-kumpanniji klijenti tagħha Delpharmea Nutraceuticals, a.s., kienet suġġetta għal proċedura ta’ insolvenza mibdija fis-<DATE ISO="20090527">27 ta’ Mejju 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-dikjarazzjoni fiskali tagħha għar-raba’ trimestru tas-sena fiskali 2011, A‑PACK CZ talbet il-ħlas lura tal-ammont ta’ <FT TYPE="NUMBER">539822</FT> koruna Ċeka (CZK) (bejn wieħed u ieħor EUR <FT TYPE="NUMBER">21000</FT>) minħabba, b’mod partikolari, rettifika tal-ammont tal-VAT minħabba krediti mhux imħallsa ta’ din il-kumpannija, għall-kunsinni ta’ oġġetti u ta’ provvista ta’ servizzi matul il-perijodu mit-<DATE ISO="20081030">30 ta’ Ottubru 2008</DATE> sat-<DATE ISO="20090202">2 ta’ Frar 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120417">17 ta’ April 2012</DATE>, il-Finanční úřad pro Prahu 9 (l-Uffiċċju tal-Finanzi ta’ Praga 9, ir-Repubblika Ċeka) illimita l-ammont mitlub minn A–PACK CZ għal CZK <FT TYPE="NUMBER">41211</FT> (bejn wieħed u ieħor EUR <FT TYPE="NUMBER">1600</FT>), minħabba li l-Artikolu 44(3) tal-Liġi dwar il-VAT ma kienx jippermetti li ssir rettifika tal-ammont tat-taxxa jekk id-debitur ma jibqax persuna taxxabbli, li kien il-każ ta’ Delpharmea Nutraceuticals sa mit-<DATE ISO="20111103">3 ta’ Novembru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>A–PACK CZ ippreżentat appell amministrattiv kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Odvolací finanční ředitelství (id-Direttorat tal-Finanzi kompetenti fil-qasam tal-appell), li ċaħditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>A-PACK CZ adixxiet lill-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka) b’talba għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni ta’ ċaħda, li din il-qorti ċaħdet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li A-PACK CZ adixxiet lill-qorti tar-rinviju, in-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka), b’appell kontra din l-aħħar deċiżjoni ta’ ċaħda. Hija ssostni li l-kundizzjoni dwar l-istatus bħala persuna taxxabbli tad-debitur, prevista fl-Artikolu 44(3) tal-Liġi dwar il-VAT mhux biss hija kuntrarja għall-Artikolu 90 tad-Direttiva 2006/112, iżda tikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-Istat li hija pprojbita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-argumenti ta’ A-PACK CZ dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat ma jistgħux jintlaqgħu. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjoni relatata maż-żamma tan-natura ta’ persuna taxxabbli tad-debitur, prevista fl-Artikolu 44(3) tal-Liġi dwar il-VAT, jidhrilha li hija kuntrarja għall-Artikolu 90 tad-Direttiva 2006/112, peress li dan jista’ jrendi impossibbli l-aġġustament tal-valur taxxabbli tal-persuna taxxabbli kreditur, mingħajr ma dan ikun iġġustifikat mill-inċertezza relatata man-natura definittiva tan-nuqqas ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li n-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-Kunsill [2006/112] jista’ jiġi interpretat, fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu, permezz ta’ leġiżlazzjoni derogatorja, kundizzjonijiet li, għal ċerti każijiet, jeskludu tnaqqis tal-ammont taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas parzjali jew totali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lil persuna taxxabbli għall-VAT tikkorreġi l-ammont tal-VAT jekk ġiet suġġetta għall-obbligu li tiddikjara t-taxxa minħabba li pprovdiet provvista taxxabbli lil persuna taxxabbli oħra li ma ħalsietx, jew ħalset biss parzjalment, il-provvista u li sussegwentement waqfet milli tkun persuna taxxabbli tmur kontra l-għan tal-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill [2006/112]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li jaqbel li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 90 tad-Direttiva 2006/112, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-persuna taxxabbli ma tistax tirrettifika l-valur taxxabbli għall-VAT, f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, mid-debitur tagħha, ta’ somma dovuta abbażi ta’ tranżazzjoni suġġetta għal din it-taxxa, jekk l-imsemmi debitur ma jkunx għadu suġġett għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Abbażi ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112, li jirrigwarda l-każijiet ta’ annullament, ta’ xoljiment, ta’ riżoluzzjoni, ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali jew ta’ tnaqqis fil-prezz wara l-mument li sseħħ it-tranżazzjoni li tat lok għall-ħlas tat-taxxa, jobbliga lill-Istati Membri li jnaqqsu l-valur taxxabbli u, għaldaqstant, l-ammont tal-VAT dovut mill-persuna taxxabbli kull darba li, wara l-konklużjoni ta’ tranżazzjoni, parti mill-korrispettiv jew il-korrispettiv kollu ma jinġabarx mill-persuna taxxabbli. Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi l-espressjoni ta’ prinċipju fundamentali tad-Direttiva 2006/112 li jipprovdi li l-valur taxxabbli għandu jkun ikkostitwit mill-korrispettiv realment miġbur u li l-korollarju tiegħu huwa li l-amministrazzjoni<?PAGE NO="5"?> fiskali ma tistax tiġbor bħala VAT ammont li jkun superjuri għal dak miġbur mill-persuna taxxabbli (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181206">6 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Tratave</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-672/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:989">EU:C:2018:989</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 90(2) ta’ din id-direttiva jippermetti lill-Istati Membri li jidderogaw minn din ir-regola f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz tat-tranżazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, din il-possibbiltà ta’ deroga f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, hija bbażata fuq l-idea li n-nuqqas ta’ ħlas tal-korrispettiv jista’, f’ċerti ċirkustanzi u minħabba s-sitwazzjoni ġuridika eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat, tkun diffiċli li tiġi vverifikata jew tkun biss provviżorja (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970703">3 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Goldsmiths</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:339">EU:C:1997:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Di Maura</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑246/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:887">EU:C:2017:887</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>T-2</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑396/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:109">EU:C:2018:109</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eżerċizzju ta’ tali possibbiltà ta’ deroga għandu jiġi ġġustifikat sabiex il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tagħha ma jfixklux l-għan ta’ armonizzazzjoni fiskali intiż mid-Direttiva 2006/112 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970703">3 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Goldsmiths</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-330/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:339">EU:C:1997:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Di Maura</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-246/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:887">EU:C:2017:887</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>T-2</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-396/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:109">EU:C:2018:109</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u li ma jistax jiġi permess lil dawn tal-aħħar li jeskludu purament u sempliċement it-tnaqqis tal-valur taxxabbli għall-VAT f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Di Maura</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑246/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:887">EU:C:2017:887</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkonfermata minn interpretazzjoni teleoloġika tal-Artikolu 90(2) tad-Direttiva 2006/112. Fil-fatt, għalkemm huwa rilevanti li l-Istati Membri jistgħu jiġġieldu l-inċertezza inerenti għan-natura definittiva tan-nuqqas ta’ ħlas ta’ fattura, tali fakultà ta’ deroga ma tistax tiġi estiża lil hinn minn din l-inċertezza, u b’mod partikolari mill-kwistjoni dwar jekk dan it-tnaqqis tal-valur taxxabbli jistax ma jsirx fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Di Maura</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-246/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:887">EU:C:2017:887</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>T-2</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-396/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:109">EU:C:2018:109</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, li tiġi ammessa l-possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu kull tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT imur kontra l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, li minnu jirriżulta b’mod partikolari li, fil-kwalità tiegħu ta’ dak li jiġbor it-taxxi f’isem l-Istat, l-imprenditur għandu jinħeles kompletament mill-piż tat-taxxa dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu li huma stess huma suġġetti għall-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Di Maura</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑246/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:887">EU:C:2017:887</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, rekwiżit bħal dak previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta r-rettifika tal-valur taxxabbli għall-impożizzjoni tal-VAT għall-fatt li d-debitur ikun għandu suġġett għall-VAT, ma jistax jiġi ġġustifikat mill-bżonn li tittieħed inkunsiderazzjoni l-inċertezza fir-rigward tan-natura definittiva tan-nuqqas ta’ ħlas inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrilevat, essenzjalment, il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-fatt li d-debitur ma għadux persuna taxxabbli, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, jikkostitwixxi, pjuttost, għall-kuntrarju, element ta’ natura li jikkorrabora n-natura definittiva tan-nuqqas ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk, kif isostni l-Gvern Ċek fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, filwaqt li rrefera b’mod partikolari għall-punt 33 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Kraft Foods Polska</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-588/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:40">EU:C:2012:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tali rekwiżit jista’ madankollu jiġi kkunsidrat konformi mal-Artikolu 90(2) tad-Direttiva 2006/112, sa fejn għandu l-għanijiet li jiġi ggarantit il-ġbir eżatt tal-VAT, li tiġi eliminata l-frodi u li jiġi eliminat ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali, għandu jiġi rrilevat li tali għanijiet ma<?PAGE NO="6"?> jippermettux li jmorru kontra l-finalità kif ukoll il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u li tiġi ġġustifikata deroga għall-Artikolu 90(1) ta’ din id-direttiva għal raġunijiet differenti minn dawk relatati mal-inċerezzi fir-rigward tan-nuqqas ta’ ħlas jew tan-natura definittiva ta’ dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għalkemm l-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112, invokat ukoll mir-Repubblika Ċeka insostenn tal-interpretazzjoni tagħha, jippermetti lill-Istati Membri li jipprevedu l-obbligi li huma jqisu neċessarji sabiex jiġi żgurat il-ġbir eżatt tal-VAT u sabiex tiġi evitata l-frodi, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li tali miżuri jistgħu, fil-prinċipju, jidderogaw għall-osservanza tar-regoli dwar il-valur taxxabbli biss fil-limiti strettament neċessarji sabiex jintlaħaq dan l-għan speċifiku, peress li għandhom jaffettwaw l-inqas possibbli l-għanijiet u l-prinċipji tad-Direttiva 2006/112 u li ma jistgħux jintużaw b’tali mod li jikkontestaw in-newtralità tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181206">6 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Tratave</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-672/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:989">EU:C:2018:989</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), li jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT implimentata mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li l-awtorizzazzjoni sabiex kreditur taxxabbli, bħal A-PACK CZ, inaqqas il-valur taxxabbli tal-VAT meta jkun ikkonfrontat b’sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-kreditu tiegħu minn debitur insolventi u li fil-frattemp ma jkunx għadu persuna taxxabbli tippreżenta riskju partikolari ta’ frodi jew ta’ evażjoni fiskali. Barra minn hekk, il-fatt li tiġi eskluża kull possibbiltà ta’ tnaqqis ta’ dan il-valur taxxabbli f’ipoteżi bħal din, u li tali kreditur taxxabbli jkollu jġorr il-piż tal-oneru ta’ ammont tal-VAT li ma jkunx irċieva fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu, imur lil hinn, fi kwalunkwe każ, mil-limiti strettament neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li jippreċedi, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 90 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-persuna taxxabbli ma tistax tirrettifika l-valur taxxabbli għall-VAT, f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, mid-debitur tagħha, ta’ somma dovuta abbażi ta’ tranżazzjoni suġġetta għal din it-taxxa, jekk l-imsemmi debitur ma jkunx għadu suġġett għall-VAT.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-persuna taxxabbli ma tistax tirrettifika l-valur taxxabbli għall-VAT, f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, mid-debitur tagħha, ta’ somma dovuta abbażi ta’ tranżazzjoni suġġetta għal din it-taxxa, jekk l-imsemmi debitur ma jkunx għadu suġġett għall-VAT.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>