2.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/892

tat-28 ta’ April 2023

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-426/21, jenħtieġ li titħassar entrata waħda mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2013/255/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)   ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

L-entrata li ġejja titħassar mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

“36.

Nizar AL-ASSAD”.