1973D0391 — MT — 01.01.1995 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-3 ta' Diċembru 1973

fuq proċeduri ta' konsultazzjoni u informazzjoni f'materji ta' assigurazzjoni ta' kreditu, garanziji ta' kreditu u krediti finanzjarji

(73/391/KEE)

(ĠU L 346, 17.12.1973, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tas-27 ta' Lulju 1976

  L 223

25

16.8.1976


Emendat bi:

 A1

  L 302

23

15.11.1985

►A2

  C 241

21

29.8.1994



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-3 ta' Diċembru 1973

fuq proċeduri ta' konsultazzjoni u informazzjoni f'materji ta' assigurazzjoni ta' kreditu, garanziji ta' kreditu u krediti finanzjarji

(73/391/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Billi, b'Deċiżjoni tas-27 ta' Settembru 1960 ( 1 ), il-Kunsill stabbilixxa Grupp ta' Kordinazzjoni tal-Politika għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu, il-Garanziji tal-Kreditu u Krediti Finanzjarji;

Billi, b'Deċiżjoni tas-26 ta' Jannar 1965 ( 2 ), il-Kunsill waqqaf proċedura ta' konsultazzjoni f'materji ta' assigurazzjoni ta' kreditu, garanziji ta' kreditu u krediti finanzjarji;

Billi huwa konsiljabbli li, fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' din il-proċedura ta' konsultazzjoni, isiru ċerti emendi għaliha,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:



Artikolu 1

Id-disposizzjonijiet ta' l-Anness għandhom jgħoddu mill-1 ta' Jannar 1974.

Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jinbiddlu ma' dawk adottati qabel mill-Kunsill fir-rigward tal-proċedura għal konsultazzjoni f'materji ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu, garanziji tal-kreditu u krediti finanzjarji.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

KONSULTAZZJONI U PROĊEDURI TA' INFORMAZZJONI F'MATERJI TA' ASSIGURAZZJONI TA' KREDITU, GARANZIJI TA' KREDITU U KREDITI FINANZJARJI

TITOLU I

PROĊEDURA ĠENERALI



Taqsima I

Skop

Artikolu 1

Għandha ssir konsultazzjoni skond il-proċedura preskritta fit-Taqsima II meta jkun propost – mill-Istat, kull organizzazzjoni ta' l-Istat jew kull korp ieħor għall-assigurazzjoni tal-kreditu jew tal-finanzi – biex jingħataw jew ikunu garantiti, għal kollox jew parzjalment, krediti ta' esportazzjoni, sħaħ jew parzjali:

— marbuta ma' l-esportazzjonijiet tal-merkanzija jew servizzi

— li ma jkunux skond in-normi elenkati fl-Anness I jew minn kull norma oħra adottata mill-Istati Membri.

Artikolu 2

Il-proċedura ta' konsultazzjoni għandha tgħodd:

— jekk tikkonċerna krediti tal-fornitur jew krediti finanzjarji

— jekk dawn il-krediti jiffurmaw is-suġġett ta' kuntratti individwali jew arranġamenti ta' kreditu globali kif deskritt fl-Artikolu 3

— kemm jekk il-krediti huma purament privati jew huma patroċinati għal kollox jew parzjalment, minn fondi pubbliċi.

Krediti misti li jikkombinaw fondi pubbliċi u privati u arranġamenti ta' kreditu privat globali flimkien ma' sussidji ta' l-imgħax ta' fond pubbliku għandhom għall-finijiet ta' din il-proċedura jkun ikkunsidrati bħala krediti pubbliċi.

Artikolu 3

1.  “Arranġament ta' kreditu globali” għandu jfisser kull ftehim jew stqarrija, f'kull forma li jkun, fejn l-intenzjoni li jkunu garantiti l-krediti tal-fornitur jew finanzjarji jew biex jinfetħu krediti finanzjarji, sa limitu speċifikat u aċċertabbli, u fir-rigward ta' serje konnessa ta' negozji, tkun mgħarrfa f'pajjiż terz jew lill-esportaturi jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

Il-proċedura ta' konsultazzjoni għandha tkun applikabbli għal dawn l-arranġamenti globali ukoll meta n-natura tat-transazzjonijiet ma kinetx speċifikata u l-ebda impenn formali ma jkun sar, mingħajr preġudizzju għad-dritt li jkun hemm deċiżjoni fuq kull kuntratt partikolari.

2.  Jekk, matul konsultazzjoni fuq l-għoti ta' arranġament globali- kemm jekk pubbliku jew privat fin-natura – Stat Membru jew il-Kummissjoni għandhom jitolbu konsultazzjoni orali u jekk matul din il-konsultazzjoni orali ►A2  tmienja ◄ Stati Membri jitolbu li xi wħud mill-kuntratti individwali jew kollha jitħallsu minn dan l-arranġament globali jikkostitwixxu s-soġġett ta' konsultazzjonijiet minn qabel, il-konsultazzjonijiet għandhom ikunu applikabbli għal dawn il-kuntratti.

3.  Kull Stat Membru li jkun ta arranġament globali għandu, wara data sussegwenti għal dak, u kull sitt xhur wara, jagħti notifika ta' l-użu li sar ta' l-arranġament.



Taqsima II

Proċedura

Artikolu 4

Fil-każ ta' kuntratt individwali, l-Istat Membru li jibda l-konsultazzjonijiet għandu jforni l-informazzjoni li ġejja:

(a) pajjiż tad-destinazzjoni;

(b) fejn sar in-negozju jew, fin-nuqqas ta' dak, l-indirizz ta' l-uffiċċju ewlieni tal-parti kontraenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni;

(ċ) karatteristiċi tan-negozju:

— natura tan-negozju: tip ta' materjal u numru approssimattiv ta' oġġetti li ser ikunu forniti,

— klassifikazzjoni tal-valur skond l-iskala mogħtija fl-Anness 2,

— jekk ix-xerrejja jew kull garanti huma pubbliċi jew privati,

— jekk in-negozju jitqiegħed għall-offerti internazzjonali, id-data ta' l-għeluq biex jitbagħtu l-offerti;

(d) il-kondizzjonijiet ta' kreditu prinċipali mitlub mir-riċevent propost;

(e) il-kondizzjonijiet ta' kreditu li jipproponu li joffru l-awtoritajiet tal-pajjiż li jesporta:

— perċentwal pagabbli fuq kreditu,

— tul taż-żmien tal-kreditu u meta jibda (eż kull konsenja, l-aħħar konsenja, kummissjonar),

— rata ta' ħlas lura,

— Meta l-ħlas lura ma jsirx b'rati indaqs f'intervalli regolari bejn il-punt tal-bidu u l-waqfien tal-kreditu, dettalji eżatti kif dan għandu jsir (perċentwal ta' kull rata u d-data eżatta tal-ħlas),

— ammont ta' sussidju ta' l-imgħax effettiv, fejn dan ikun differenti minn dak riċevibbli skond is-sistema normali; rata ta' l-imgħax jekk il-kreditu għandu jingħata minn fondi pubbliċi,

— spejjeż ta' assigurazzjoni tal-kreditu, meta dawn huma differenti minn dawk pagabbli skond is-sistema normali,

— skop u kondizzjonijiet ta' kull sostenn għan-nefqa lokali;

(f) raġunijiet preċiżi kwotati biex ma jkunux applikati, jew biex ikun hemm differenza minn, in-normi pprovduti fl-Artikolu 1. Meta jeżistu, iċ-ċirkostanzi li ġejjin għandhom ikunu speċifikati: kreditu ta' l-għajnuna; kompetizzjoni minn pajjiż terz (bl-indikazzjoni jekk appoġġat jew le); in-negozju għandu jkun imħallas lill-arranġament globali li kien is-suġġett ta' konsultazzjoni minn qabel.

Artikolu 5

Fil-każ ta' arranġamenti globali tal-kreditu, l-Istati Membri li jibdew il-konsultazzjoni għandhom ifornu l-informazzjoni li ġejja:

(a) pajjiż ta' destinazzjoni;

(b) limitu ta' l-arranġament tal-kreditu globali;

(ċ) skop tal-kreditu:

— jekk magħruf, il-post fejn għandu jsir in-negozju,

— tip tal-materjal, li l-fornitura tiegħu, hija kontemplata

— jekk min jissellef jew xi garanti humiex pubbliċi jew privati;

(d) kondizzjonijiet tal-kreditu skond l-Artikolu 4(e) u l-ħtiġiet ta' l-eliġibbiltà għall-kuntratti individwali (eż. termini biex isir il-ħlas mill-arranġament ta' kreditu globali, prezzijiet minimi tal-kuntratt li għandhom ikunu stabbiliti, jekk hemm);

(e) ir-raġuniet preċiżi kwotati biex ma jkunux applikati jew biex ikun hemm differenza minn, normi provduti fl-Artikolu 1. Fejn jeżistu, iċ-ċirkostanzi li ġejjin għandhom ikunu speċifikati: kreditu dwar l-għajnuna minn pajjiż terz (b'indikazzjoni jekk appoġġati jew le.

Artikolu 6

L-enumerazzjoni li ġejja għandha tkun osservata meta tkun qed tkun trasmessa l-informazzjoni:

— kuntratti individwali: ittra li tikkorrispondi ma' l-Istat Membru konsultat segwita b'numru serjali għal kull sena, meta kuntratt huwa addebitat lill-arranġament globali, l-ennumerazzjoni ta' dan l-arranġament globali għandha tkun idikata wkoll;

— arranġamenti ta' kreditu globali privat: ittra “X” segwita bl-ittra li tikkorrispondi ma' l-Istat Membru li qed jikkonsulta u numru f'serje għal kull sena;

— krediti pubbliċi jew imħallta: l-ittra “A” segwita bl-ittra li tikkorrispondi ma' l-Istat Membru li qed jikkonsulta u numru f'serje għal kull sena.

Artikolu 7

Biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkordinaw l-attitudinijiet tagħhom fiż-żmien tajjeb u xieraq, l-informazzjoni preskritta skond l-Artikoli 4 u 5 għandha tintbagħat kemm jista' jkun malajr wara l-bidu ta' l-istudju jew tal-garanziji u l-krediti proposti propja, jew ta' kull deċiżjoni oħra li, skond il-kondizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali jew prattiċi amministrattivi nazzjonali, jikkostitwixxu prerekwiżit għall-eżami sussegwenti ta' dawn il-garanziji jew krediti.

Artikolu 8

Meta hemm tibdil fil-fatturi li jiġġustifikaw tluq min-normi jew jekk ikunu proposti kondizzjonijiet ġodda bażiċi tal-kreditu li huma differenti minn dawk speċifikati fil-bidu mill-Istat Membru li jikkonsulta, għandhom isiru konsultazzjonijiet mill-ġdid taħt riferenza riveduta. Jekk, iżda, il-kondizzjonijiet ġodda proposti huma aktar restrittivi, dak l-Istat Membru għandu jkun impenjat biss għall-informazzjoni diretta skond ir-riferenza inizjali.

Artikolu 9

L-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 4 u 5, ir-risposti speċifikati fl-Artikolu 10 u n-notifika msemmija fl-Artikolu 15 għandhom ikunu trasmessi bit-telex lir-riċeventi maħtura minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni u s-Segretarjat tal-Kunsill rispettivament.

Kull korrispondenza li għandha x'taqsam ma' konsultazzjoni għandha jkollha n-numru tagħha u indikazzjoni tal-pajjiż ta' destinazzjoni.

Artikolu 10

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu:

— jindikaw li l-kondizzjonijiet proposti mill-Istati Membri m'għandhomx għalfejn ikollhom xi kumment;

— jitolbu l-Istati Membri li qed jikkonsultaw biex jipprovdu dettalji addizzjonali;

— jagħmlu kummenti u riservi jew jesprimu opinjoni sfavorevoli; hija biss opinjoni espressa bħala “opinjoni sfavorevoli” li għandha titqies bħala tali;

— jitolbu laqgħa konsultattiva.

2.  Meta negozji soġġetti għall-konsultazzjoni jirċievu opinjoni sfavorevoli minn ►A2  tmienja ◄ Stati Membri, il-laqgħat konsultattivi għandhom iseħħu awtomatikament.

3.  Ħlief fejn japplika l-Artikolu 13, l-Istat Membru li jikkonsulta għandu jissospendi d-deċiżjoni tiegħu sakemm jiskadu l-perjodi preskritti fl-Artikolu 11, jew, meta laqgħa konsultattiva għandha sseħħ awtomatikament skond il-paragrafu 2, sakemm issir din il-laqgħa.

Artikolu 11

Il-proċedura preskritta fl-Artikolu 10(1) għandha tibda f'perjodu ta' 7 ijiem kalendarji mid-data tal-komunikazzjoni introduttorja mill-Istat Membru li qed jikkonsulta.

Meta talbiet għal dettalji addizzjonali huma indirizzati lill-Istati Membri, meta mhux aktar tard mill-iskadenza tat-terminu ta' sebat ijiem kalendarji, dan ta' l-aħħar għandu jwieġeb mhux aktar tard minn 5 ijiem kalendarji.

Il-parteċipanti fil-proċedura fuq imsemmija għandhom jitħallew perjodu massimu ta' tlett ijiem utli wara l-irċevuta ta' dawn id-dettalji addizzjonali biex jesprimu l-opinjoni tagħhom.

Artikolu 12

In-nuqqas min-naħa ta' l-Istati Membri konsultati jew tal-Kummissjoni li jirrispondu fil-perjodi preskritti fl-Artikolu 11 għandu jitqies nuqqas ta' kummenti kif definit fl-Artikolu 10(1)(1).

Hekk kif Stat Membru li jitlob dettalji addizzjonali jkun innotifika r-riċeventi msemmija fl-Artikolu 9 tan-nuqqas li tkun irċevuta risposta fid-data ta' l-iskadenza tal-perjodu preskritt fl-Artikolu 11(2) għandha ssir laqgħa konsultattiva awtomatikament u l-Artikolu 10(3) għandu jgħoddu.

Artikolu 13

Bħala miżura eċċezzjonali, l-Istat Membru li qed jikkonsulta jista' jieħu deċiżjoni immedjata fuq in-negozju propost jekk jikkonsidra li dik id-deċiżjoni ma tistax iddum iżjed.

Madankollu, ħlief fil-każ ta' krediti pubbliċi, din id-disposizzjoni ma tgħoddx:

— fil-każ ta' deċiżjoni biex tagħti jew tiggarantixxi l-kreditu li jkun ibbażat biss fuq kompetizzjoni intra-Komunitarja. Iżda, il-possibbiltà li tittieħed deċiżjoni minnufih fuq negozji għandha tkun permessa bil-kondizzjonijiet li Stat Membru ieħor ikun iddeċieda diġà li jappoġġa;

— safejn kull proċedura preskritta f'kuntest internazzjonali u li l-Istati Membri kollha huma partijiet tħalli lill-parteċipanti kollha, biss l-alternattiva waħdanija, fil-każ ta' urġenza, tat-tnaqqis tal-perjodi normali għar-risposta.

Artikolu 14

Għandhom jinżammu laqgħat konsultattivi fl-okkażjoni ta' kull laqgħa tal-Grupp tal-Kordinazzjoni tal-Politika għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu, Garanziji ta' Kreditu u Krediti Finanzjarji stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 1960, jew tas-subgruppi tiegħu. Barra dan, jekk xi Stat Membru jitlob hekk, għandhom jitlaqqgħu laqgħat speċjali bejn il-laqgħat tal-Grupp jew tas-subgrupp tiegħu.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lir-riċeventi msemmija fl-Artikolu 9, jekk possibbli erbat ijiem qabel il-laqgħat konsultattivi, listi tal-kwistjonijiet li fi ħsiebhom jissottomettu għad-diskussjoni.

Għandu jkun hemm laqgħat konsultattivi fis-sede tas-Segretarjat tal-Kunsill.

Artikolu 15

Fil-każijiet kollha d-deċiżjoni finali meħuda dwar kull negozju għandha tkun mgħarrfa lill-Istati Membri oħra. In-notifika ta' din id-Deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn stqarrija tar-raġunijiet għaliex l-Istat Membru ma setax iqis il-kummenti, ir-riservi jew il-fehmiet sfavorevoli espressi mill-imsieħba ikkonsultati.



TITOLU II

PROĊEDURI SPEĊJALI

Artikolu 16

Kull Stat Membru jista' jsaqsi kull Stat Membru ieħor jekk jafx b'negozju li sadakinhar ma kienx is-suġġett ta' konsultazzjoni u, partikolarment tat-termini ta' kreditu allegat minn esportatur jew istituzzjoni finanzjarja. Jekk l-ebda risposta għad-dettalji ma tiġi fi żmien sebat ijiem, l-Istat Membru inkwirenti għandu jkun intitolat jikkonsidra li l-Istat Membru kkonsultat ikun jaf b'din il-materja u li t-termini tal-kreditu allegat jitqiesu li kienu stabbiliti. Skond il-proċedura preskritta skond it-Titolu I, l-Istat Membru inkwirenti għandu jkollu d-dritt li jagħmel konsultazzjoni waqt li jindika espressament li huwa motivat minn sitwazzjoni kompetittiva li titqies li kienet stabbilita.

Jekk il-konsultazzjoni kienet diġà mibdija minn Stat Membru u Stat Membru ieħor li jissejjaħ biex jappoġġa l-istess kwistjonijiet tan-negozju l-Istat l-ewwel msemmi rigward il-pożizzjoni finali tiegħu, in-nuqqas li jkun hemm risposta għal dawn il-mistoqsijiet mat-tmiem ta' perjodu ta' ħamest ijiem tax-xogħol għandu jawtorizzaw l-Istat Membru inkwirenti li jikkonsidra li l-Istat Membru hekk mistoqsi jkun appoġġa l-kwistjoni fuq it-termini indikati matul il-konsultazzjoni.

Artikolu 17

Krediti mhux marbuta li ma jħarsux in-normi preskritti fl-Anness I jew minn kull norma oħra adottata mill-Istati Membri għandhom, fil-qafas tal-Grupp tal-Politika Kordinata għall-Kreditu ta' l-Assigurazzjoni, Garanziji ta' Kreditu u Krediti Finanzjarji, ifissru notifika:

— tal-komponenti bażiċi tal-krediti mogħtija matul it-tliet xhur ta' qabel;

— ta' l-użu magħmul ta' krediti mhux marbuta fl-għeluq tas-sena preċedenti:

Artikolu 18

Meta Stat Membru jikkonkludi ma' pajjiż terz ftehim li jirriferi għall-għoti possibbli ta' krediti mingħajr ma jkunu speċifikati t-termini preċiżi tagħhom:

— fil-każ ta' krediti marbuta, għandu mal-konklużjoni tal-ftehim jikkomunika l-karatterisitiċi ewlenin tiegħu lir-riċeventi msemmija fl-Artikolu 9;

— fil-każ ta' krediti mhux marbuta, in-notifikazzjonijiet provduti fl-Artikolu 17 għandhom japplikaw ugwalment għal dawn il-krediti.

Fir-rigward ta' l-għotjiet ta' krediti mhux marbuta, dawn għandhom ikunu ukoll soġġetti għan-notifika kif ipprovdut fl-Artikolu 17.



TITOLU III

RAPPORTI PERJODIĊI

Artikolu 19

Il-Grupp tal-Politika Kordinata għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu, Garanziji tal-Kreditu u Krediti Finanzjarji għandu jissottometti rapporti kull sitt xhur ma' l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fit-Titoli I u II.

Minkejja dawn ir-rapport perjodiċi, għandhom jitħejjew rapporti supplimentari ukoll, jekk in-natura u l-importanza u l-importanza tad-diffikultajiet li jinstabu fl-applikazzjoni tal-proċedura rilevanti hekk jeħtieġu.




ANNESS 1

NORMI KOMUNITARJI LI MA JISTGĦUX MA JITĦARSUX MINGĦAJR KONSULTAZZJONI

▼M1

A.   Tul ta' krediti

It-tul ta' kull kreditu mogħti, sew jekk kreditu tal-fornitur għall-kreditu finanzjarju, m'għandux jaqbeż il-ħames snin li jibdew minn dawn il-punti:

1.  Oġġetti kapitali li jikkonsistu f'oġġetti individwali li jistgħu jintużaw weħidhom (per eżempju lokomotivi):

— id-data medja, jew dati attwali, li fihom ix-xerrej ikun sa jieħu pussess fiżiku ta' l-oġġetti f'pajjiżu.

2.  Oġġetti kapitali għal impjanti kompleti jew fabbriki fejn il-fornitur m'għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjunar:

— id-data li fiha x-xerrej ikun sa jieħu pussess fiżiku ta' l-oġġetti kollha kemm huma (ħlief spare parts) provduti bil-kuntratt.

3.  Kuntratti ta' kostruzzjoni fejn il-kuntrattur ma jkollu ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar:

— id-data li fiha titlesta l-kostruzzjoni.

4.  Kuntratti ta' stallazzjoni (jew kostruzzjoni) fejn il-fornitur (jew il-kuntrattur) ikollu responsabbiltà kontrattwali għall-ikkummissjonar:

— id-data li fiha l-fornitur (jew il-kuntrattur) ikun lesta l-istallazzjoni (jew il-kostruzzjoni) u t-testijiet preliminari biex ikun żgurat li l-oġġett ikun lest biex jitħaddem, sew jekk l-istallazzjoni (jew kostruzzjoni) tingħata lix-xerrej f'dak iż-żmien u sew jekk le skond, it-termini tal-kuntratt u irrispettivament minn xi rabta li tkompli li l-fornitur (jew kuntrattur) jista' jkun daħal fiha, per eżempju li jiggarantixxi l-funzjonar effettiv jew biex iħarreġ l-impjegati lokali.

5.  Fil-każ tal-punti 2, 3 u 4, fejn il-kuntratt jinvolvi l-esekuzzjoni separata tal-partijiet individwali tal-proġett:

— id-data tal-bidu ta' kull parti separata, jew id-data medja ta' dak il-bidu jew, fejn il-fornitur ikun daħal f'kuntratt mhux għall-proġett kollu iżda għal parti essenzali tiegħu, il-bidu addattat għall-proġett kollu kemm hu.

▼B

B.   Perċentwal ta’ l-ispiża lokali

Fil-każ ta’ krediti privati garantiti, il-bilanċ tal-porzjon lokali pagabbli bil-kreditu m’għandux jaqbeż 5 % tal-prezz tal-kuntratt:

— iżda, m‘għandhiex issir il-konsultazzjoni fil-każ ta’ kuntratti li jipprovdu li jsir il-ħlas tal-porzjon lokali, mhux aktar tard, meta jintemm perjodu ta’ tliet xhur ikkalkolati mit-tlestija kompleta tax-xogħlijiet jew konsenji;

— għall-interpretazzjoni xierqa ta’ din ir-regola:

— 

— “bilanċ pagabbli bil-kreditu” ifisser il-bilanċ li fadal wara li jkunu addebitati kontra l-porzjon lokali l-pagamenti kollha magħmula akkont fir-rigward tal-kuntatt;

— “porzjon lokali” għandu jfisser dak il-porzjon tal-prezz tal-kuntratt li jirrappreżenta l-ispiża li l-esportatur jistenna li jħallas fil-post bħala pagamenti lill-impjegati u oħrajn u pagamenti għall-merkanzija u l-materjali;

— “kuntratt” għandu jfisser kull tip ta’ kuntratt għall-fornitura ta’ merkanzija u materjali; biex isir ix-xogħol; kuntratti mħallta (jiġifieri provista u fornitura);

— “pagamenti akkont” għandu jfisser is-somom kollha pagabbli bejn meta ssir l-ordni u t-tlestija finali tax-xogħlijiet jew il-konsenji.

C.   Kuntratt ta’ kiri

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tar-regoli, li huma s-soġġett tad-Deċiżjoni preżenti, il-kuntratti ta’ kiri għandhom ikunu kkunsidrati bħala krediti. Meta t-tul taż-żmen tagħhom mhux espressament ristrett, dan iż-żmien għandu jitqies li huwa iżjed minn ħames snin.




ANNESS 2

SKALA TA' VALURI LI GĦANDHOM JINTUŻAW

▼M1



kategorija I:

sa 750 000 drittijiet speċjali ta’ ġbid.

kategorija II:

minn 600 000 sa 1 200 000 drittijiet speċjali ta’ ġbid.

kategorija III:

minn 1 000 000 sa 2 200 000 drittijiet speċjali ta’ ġbid.

kategorija IV:

minn 2 000 000 sa 3 200 000 drittijiet speċjali ta’ ġbid.

kategorija V:

minn 3 000 000 sa 5 000 000 drittijiet speċjali ta’ ġbid.

kategorija VI:

minn 4 800 000 sa 7 600 000 drittijiet speċjali ta’ ġbid.

kategorija VII:

minn 7 400 000 sa 11 200 000 drittijiet speċjali ta’ ġbid.

kategorija VIII:

minn 10 000 000 sa 22 000 000 drittijiet speċjali ta’ ġbid.

kategorija IX:

minn 20 000 000 sa 44 000 000 drittijiet speċjali ta’ ġbid.

kategorija X:

iktar minn 40 000 000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. rights.



( 1 ) ĠU C 66, tas-27.10.1960, pġ. 1339/60.

( 2 ) ĠU C 19, tal-5.2.1965, pġ. 255/65.