|
27.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/103 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2066
tal-21 ta’ Frar 2022
rigward il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021–2026)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1117 (2), il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021–2026) (3) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), ġie ffirmat fid-29 ta’ Ġunju 2021, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard. |
|
(2) |
Il-Protokoll jenħtieġ li jibda japplika b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu. |
|
(3) |
L-għan tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (4) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) u tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika tal-Gabon (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Gabon”) jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u jippermettu użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u fl-Oċean Atlantiku, filwaqt li jikkontribwixxu għal kondizzjonijiet deċenti tax-xogħol fis-settur tas-sajd. |
|
(4) |
Jenħtieġ li dan il-Protokoll jiġi approvat. |
|
(5) |
L-Artikolu 9 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 19(5) tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta ċerti emendi tal-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kondizzjonijiet sostantivi u proċedurali. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi tal-Protokoll li jkunu ġew proposti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, sakemm numru ta’ Stati Membri li jikkostitwixxi minoranza li timblokkaw ma joġġezzjonax għalihom f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun, minħabba l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u l-ħtieġa li titnaqqas kemm jista’ jkun l-interruzzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Protokoll”) huwa approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifiki previsti fl-Artikolu 26 tal-Protokoll.
Artikolu 3
F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li jadotta l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DENORMANDIE
(1) Approvazzjoni tal-14 ta’ Diċembru 2021 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1117 tat-28 ta’ Ġunju 2021 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021–2026) (ĠU L 242, 8.7.2021, p. 3).
ANNESS
PROĊEDURA BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI TAL-PROTOKOLL LI L-KUMITAT KONĠUNT GĦANDU JADOTTA
Meta, f’konformità mal-Artikolu 19(5) tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Protokoll”), il-Kumitat Konġunt jintalab jadotta l-emendi għall-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi proposti bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni li ssir f’isem l-Unjoni:
|
|
(2) |
Qabel ma tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tressaqhom lill-Kunsill qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, f’perjodu ta’ żmien suffiċjenti. |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu jevalwa l-konformità tal-emendi proposti mal-kondizzjonijiet definiti fil-punt 1. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, dment li numru ta’ Stati Membri li jikkostitwixxi minoranza li timblokka fil-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ma joġġezzjonawx għal dawn l-emendi. Min-naħa l-oħra, f’każ li jkun kostitwit tali minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta, f’isem l-Unjoni, l-emendi proposti. |
|
(5) |
Jekk, matul laqgħat ulterjuri tal-Kumitat Konġunt, inkluż fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil dwar l-emendi proposti, il-kwistjoni għandha terġa’ titressaq lill-Kunsill, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-punti 2 sa 4, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis l-elementi ġodda. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni hija mistiedna biex, fi żmien debitu, tieħu kull miżura neċessarja biex tiżgura segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendi proposti, inkluż, fejn xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe proposta xierqa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni. |
|
(7) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet oħrajn li ma jikkonċernawx l-emendi tal-Protokoll, previsti fl-Artikolu 19(5) tal-Protokoll, il-pożizzjoni li l-Unjoni trid tieħu fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita f’konformità mat-Trattati u mal-prattiki ta’ ħidma stabbiliti. |