|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4927 |
22.9.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12546 — SAMSUNG / GS E&C / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/4927)
1.
Fl-14 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Samsung SRA Asset Management Co., Ltd. (“Samsung SRA”, il-Korea t’Isfel), li tappartjeni għal Samsung Group (il-Korea t’Isfel), |
|
— |
GS Engineering & Construction Corp. (“GS E&C”, il-Korea t’Isfel), li tappartjeni għall-grupp GS, (il-Korea t’Isfel). |
Samsung SRA u GS E&C se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Bursera sp. z o.o. (Bursera, Polonja), impriża konġunta ta’ żoni ġodda.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Samsung SRA hija maniġer ta’ diversi fondi ta’ proprjetà immobbli globalment, |
|
— |
GS E&C topera globalment fis-settur tal-kostruzzjoni bħala kuntrattur għal proġetti li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet industrijali, l-infrastruttura tal-enerġija, l-arkitettura residenzjali u kummerċjali, l-infrastruttura ġenerali u l-iżvilupp tal-proprjetà, kif ukoll attivitajiet oħra ta’ investiment. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Bursera se jkunu dawn li ġejjin: l-operat u l-kiri ta’ proprjetà immobbli (maħżen) fil-Polonja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12546 — SAMSUNG / GS E&C / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4927/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)