1.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1731

tat-23 ta’ Settembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet anness mal-Ftehim ŻEE (Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(2), il-punt (b), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet (‘Protokoll 31’), anness mal-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Istati taż-ŻEE-EFTA jenħtieġ lijkomplu jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja PA 13 17 01 (Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża), imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021.

(4)

Il-Protokoll 31 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli mill-1 ta’ Jannar 2021.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ għalhekk li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, anness mal-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (4) .

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(3)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(4)  Ara d-dokument ST 10932/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.