European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2505

13.11.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2505

tat-12 ta’ Novembru 2026

li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1971 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1279 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-ingwanti protettivi għall-parrukkiera, għall-ilbies protettiv kontra x-xita u għall-protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ għall-użu okkupazzjonali, abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1971 (2) temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1279 (3) sabiex tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea r-referenzi ta’ erba’ standards armonizzati u tirtira r-referenzi ta’ seba’ standards armonizzati, abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(2)

Jeħtieġ li tiġi kkoreġuta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1971 sabiex jiġi rettifikat żball fl-Artikolu 2 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tal-punt (1) tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. Dak il-punt jenħtieġ li japplika 18-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Peress li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1971 tapplika mill-4 ta’ Settembru 2026, jenħtieġ li l-korrezzjoni prevista f’din id-Deċiżjoni tapplika wkoll minn dik id-data sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċertezza legali.

(4)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi rettifikat dak l-iżball mingħajr dewmien, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Korrezzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1971

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1971, jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

“Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mill-4 ta’ Marzu 2028.”

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-4 ta’ Settembru 2026.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1971 tat-3 ta’ Settembru 2026 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1279 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-ingwanti protettivi għall-parrukkiera, għall-ilbies protettiv kontra x-xita u għall-protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ għall-użu okkupazzjonali, abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2026/1971, 4.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1971/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1279 tat-12 ta’ Ġunju 2026 dwar standards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/941 (ĠU L, 2026/1279, 16.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1279/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/425/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2505/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)