|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1178 |
19.2.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11833 – ABB / WM / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1178)
1.
Fil-11 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ABB AB (iktar’ il quddiem “ABB”, l-Iżvezja), ikkontrollata minn ABB Ltd (l-Iżvizzera), il-kumpannija omm aħħarija tal-grupp ABB, |
|
— |
Wallenius Marine AB (iktar’ il quddiem “WM”, l-Iżvezja), ikkontrollata minn Rederi AB Soya (l-Isvezja), il-kumpannija omm aħħarija ta’ Soya Group |
ABB u WM se jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ Oversea Fleet Support AB (“Oversea JV”, l-Iżvezja).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
ABB tappartjeni għall-Grupp ABB li huwa attiv fl-elettrifikazzjoni u l-awtomatizzazzjoni, |
|
— |
WM toffri servizz sħiħ ta’ tbaħħir, mid-disinn, il-bini, u l-kostruzzjoni ta’ bastimenti ġodda sal-ġestjoni tal-bastimenti. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Oversea JV se jkunu dawn li ġejjin: il-forniment ta’ servizzi konnessi ta’ appoġġ għall-prestazzjoni tal-flotta.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11833 – ABB / WM / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1178/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)