|
25.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 66/2008
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
l-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2008 tas-25 ta' April 2008 (1). |
|
(2) |
id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew fir-rigward ta’ l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta’ ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni u t-trattament ta’ l-espożizzjonijiet tal-banek multilaterali ta’ żvilupp (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX li jinsab mal-Ftehim:
“, kif emendat b'li ġej:
|
— |
32007 L 0018: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas-27 ta' Marzu 2007 (ĠU L 87, 28.3.2007, p. 9).” |
Artikolu 2
Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2007/18/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2008 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ZEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008, liema data tkun l-aktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 223, 21.8.2008, p. 49.
(*1) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.