1996L0082 — MT — 13.08.2012 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/82/KE

tad-9 ta' Diċembru 1996

dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi

(ĠU L 010, 14.1.1997, p.13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

ID-DIRETTIVA 2003/105/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru ta’ l-2003

  L 345

97

31.12.2003

►M3

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008

►M4

DIRETTIVA 2012/18/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-4 ta’ Lulju 2012

  L 197

1

24.7.2012



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/82/KE

tad-9 ta' Diċembru 1996

dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Waqt li jaġixxi f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat ( 3 ),

(1)

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 82/501/KEE tal-24 ta' Ġunju 1982 dwar il-perikoli ta' aċċidenti kbar ta' ċerti attivitajiet industrijali ( 4 ) hija kkonċernata mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li jistgħu jseħħu minn ċerti attivitajiet industrijali u mal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għall-bniedem u għall-ambjent;

(2)

Billi l-għanijiet u l-prinċipji tal-politika tal-Komunità dwar l-ambjent, kif stabbiliti fl-Artikoli 130r(1) u (2) tat-Trattat u ddettaljati fil-programmi ta' azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-ambjent ( 5 ), jimmiraw, b'mod partikolari, għall-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-kwalità ta' l-ambjent, u għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, permezz ta' azzjoni ta' prevenzjoni;

(3)

Billi l-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tagħhom li tikkonċerna r-raba' Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent ( 6 ), saħqu fuq il-bżonn għal aktar implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 82/501/KEE u sejħu biex id-Direttiva tiġi riveduta biex tinkludi, jekk hemm bżonn, twessigħ possibbli ta' l-għan tagħha u skambju akbar ta' informazzjoni dwar din il-materja bejn l-Istati Membri; billi l-ħames Programm ta' Azzjoni, li d-dħul ġenerali tiegħu kien approvat mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tagħhom ta' l-1 ta' Frar 1993 ( 7 ), jisħaq ukoll fuq immaniġġjar aħjar ta' riskji u aċċidenti;

(4)

Billi, fid-dawl tad-disgrazzji ta' Bhopal u l-Belt tal-Messiku, li wrew il-periklu li jista' jiġri meta siti u djar perikolużi jkunu viċin xulxin ħafna, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 1989 sejħet biex il-Kummissjoni tinkludi fid-Direttiva 82/501/KEE dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kontroll fuq l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art meta jiġu awtorizzati ininstallazzjonijiet ġodda u meta jseħħ żvilupp urban madwar installazzjonijiet eżistenti;

(5)

Billi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill imsemmija stiednet lill-Kummissjoni biex taħdem ma' l-Istati Membri lejn ftehim reċiproku u armonizzazzjoni akbar tal-prinċipji u prattiċi nazzjonali li jirrigwardaw rapporti ta' sigurtà;

(6)

Billi huwa mixtieq li tiġi amalgamata l-esperjenza kollha li ġiet akkwistata minn mezzi differenti biex b'hekk jiġu kkontrollati perikoli li jistgħu jwasslu għal aċċidenti kbar; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw ir-relazzjonijiet tagħhom ma' l-entitajiet internazzjonali rilevanti u jfittxu li jistabbilixxu miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva għall-użu f'terzi pajjiżi;

(7)

Billi l-Konvenzjoni dwar l-Effetti Transkonfinanti ta' Aċċidenti Industrijali tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa tipprovdi għal miżuri dwar il-prevenzjoni ta', preparament għal u r-rispons għal aċċidenti industrijali li kapaċi jikkawżaw effetti transkonfinanti kif ukoll kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam;

(8)

Billi d-Direttiva 82/501/KEE stabbiliet fażi primarja fil-proċess ta' l-armonizzazzjoni; billi d-Direttiva msemmija għandha tkun riveduta u msaħħa biex tiżgura livelli għoljin ta' protezzjoni fil-Komunità kollha b'mod konsistenti u effiċjenti; billi l-armonizzazzjoni preżenti hija ristretta għall-miżuri meħtieġa biex idaħħlu fis-seħħ sistema aktar effettiva ta' prevenzjoni minn aċċidenti kbar b'firxa wiesgħa ta' effetti u biex jillimitaw il-konsegwenzi tagħhom;

(9)

Billi aċċidenti kbar jista' jkollhom konsegwenzi li jmorru lil hinn mill-konfini; billi l-kost ekonomiku u ekoloġiku ta' aċċident jinġarr mhux biss mill-istabbiliment affettwat iżda wkoll mill-Istati Membri kkonċernati; billi huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni fil-Komunità kollha;

(10)

Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirrigwardaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(11)

Billi l-użu ta' lista li tispeċifika ċerti installazzjonijiet waqt li fl-istess ħin teskludi oħrajn li huma kkaratterizzati b'perikoli simili ma hijiex prattika xierqa, u tista' twassal sabiex sorsi potenzjali ta' aċċidenti maġġuri ma jaqgħux taħt ir-regola; billi l-iskop tad-Direttiva 82/501/KEE għandu jinbidel biex jifformula dispożizzjonijiet li jkunu applikabbli għall-istabbilimenti kollha fejn sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet suffiċjentement kbar u li bħala konsegwenza jistgħu iwasslu għal perikoli kbar u disgrazzji;

(12)

Billi, waqt li jikkunsidraw bil-mod dovut it-Trattat u f'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw miżuri xierqa għal attivitajiet marbuta mat-trasport fil-baċiri, fuq mollijiet u f'postijiet fejn titpoġġa l-merkanzija, li huma esklużi minn din id-Direttiva, biex jiġi żgurat livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak stabbilit b'din id-Direttiva;

(13)

Billi t-trasferiment ta' sustanzi perikolużi permezz ta' sistemi ta' pajpijiet jista' wkoll iwassal biex ikun hemm aċċidenti kbar; billi l-Kummissjoni għandha, wara li tkun ġabret u eżaminat l-informazzjoni dwar il-mekkaniżmi eżistenti fil-Komunità użati biex jikkontrollaw dawn l-attivitajiet u s-seħħ ta' inċidenti rilevanti, tipprepara komunikazzjoni li fiha jiġi stabbilit il-każ, u l-iktar strument addattat, għal azzjoni f'din iż-żona jekk ikun meħtieġ;

(14)

Billi, waqt li jikkunsidraw bil-mod dovut it-Trattat u f'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw miżuri fuq radam, li ma jkunux jaqgħu fi ħdan l-iskop ta' din id-Direttiva;

(15)

Billi l-analiżi ta' l-aċċidenti maġġuri rrappurtati fil-Komunità turi li l-maġġoranza tagħhom huma r-riżultat ta' nuqqas ta' immaniġġjar u/jew ta' organizzazzjoni tajba; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti fuq livell tal-Komunità prinċipji għal sistemi ta' immaniġġjar, li għandhom ikunu addattati biex jipprevjenu u jikkontrollaw perikoli kbar u biex jillimitaw il-konsegwenzi ta' dawn;

(16)

Billi xi differenzi fl-arranġamenti għall-ispezzjonar ta' l-istabbilimenti mill-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwasslu għal livelli differenti ta' protezzjoni; billi huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti fuq livell tal-Komunità, il-ħtiġiet essenzjali li magħhom għandhom jikkonformaw is-sistemi dwar spezzjonar stabbiliti mill-Istati Membri;

(17)

Billi, biex jintwera li kull ma huwa meħtieġ twettaq biex jipprevjeni inċidenti kbar, biex jiġu ppreparati pjani għal kull eventwalità u miżuri ta' rispons, l-operatur għandu, fil-każ li ta' stabbilimenti li fihom ikun hemm il-preżenza ta' sustanzi perikolużi fi kwantitajiet sinifikanti, jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'informazzjoni fil-forma ta' rapport ta' sigurtà li jkun fih dettalji dwar l-istabbiliment, is-sustanzi perikolużi li jkun hemm fih, l-installazzjoni jew il-faċilitajiet ta' ħażna, il-possibilità ta' disgrazzji kbar u s-sistemi ta' immaniġġjar disponibbli, biex jipprevjenu u jnaqqsu r-riskju ta' inċidenti kbar u biex ikunu jistgħu jitwettqu l-miżuri neċessarji biex jirrestrinġu l-konsegwenzi ta' dan kollu;

(18)

Billi, biex jitnaqqas ir-riskju ta' effetti li ma jidhrux, fejn l-istabbilimenti jkunu sitwati b'tali mod jew tant qrib xulxin li jistgħu jżidu l-probabilità u l-possiblità ta' inċidenti kbar, jew jaggravaw il-konsegwenzi tagħhom, għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-iskambju ta' informazzjoni xierqa u għal kooperazzjoni dwar informazzjoni pubblika;

(19)

Billi, biex ikun hemm aktar aċċess ta' informazzjoni dwar l-ambjent, il-pubbliku għandu jkollu aċċess għar-rapporti ta' sigurtà magħmulin mill-operaturi, u persuni li x'aktarx ikunu affettwati minn xi inċident kbir għandhom jingħataw informazzjoni suffiċjenti biex jinfurmawhom dwar l-azzjoni eżatta li għandha tittieħed f'każ ta' xi eventwalità;

(20)

Billi, biex ikun hemm preparamenti adatti f'każ ta' xi emerġenza, fil-każ ta' stabbilimenti fejn ikun hemm sustazi perikolużi fi kwantitajiet sinifikanti, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti pjani ta' emerġenza esterni u interni u li jinħolqu sistemi biex jiżguraw li dawk il-pjani jkunu ttestjati u riveduti kif ikun meħtieġ u implimentati fl-eventwalità ta' xi disgrazzja jew ta' xi ħaġa simili bħal din;

(21)

Billi l-persunal ta' stabbiliment għandu jkun ikkonsultat fuq il-pjan ta' emerġenza interna u l-pubbliku għandu jkun mgħarraf dwar il-pjan ta' emerġenza esterna;

(22)

Billi, biex ikun hemm aktar protezzjoni għal żoni residenzjali, żoni ta' użu pubbliku sostanzjali u oħrajn ta' interess jew sensittività naturali partikolari, huwa meħtieġ li l-politika dwar l-użu ta' l-art u/jew xi politika rilevanti oħra li tkun applikata fl-Istati Membri tikkunsidra l-bżonn, fuq perjodu twil ta' żmien, biex tinżamm distanza kif jixraq bejn dawn iż-żoni u l-istabbilimenti li jippreżentaw dawn il-perikoli u, fejn ikunu kkonċernati stabbilimenti eżistenti, biex jikkunsidraw miżuri tekniċi oħra biex ir-riskju għall-persuni ma jiżdiedx;

(23)

Billi, biex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri ta' rispons adekwati jekk jiġri xi inċident kbir, l-operatur għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti u jikkomunikalhom l-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu stima ta' l-impatt ta' dak l-inċident;

(24)

Billi, biex ikun hemm skambju ta' informazzjoni u biex jiġu evitati inċidenti fil-futur ta' natura simili, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar inċidenti kbar li jseħħu fit-territorju tagħhom, biex il-Kummissjoni tkun tista' tanalizza l-perikoli involuti, u tħaddem sistema għad-distribuzzjoni ta' l-informazzjoni li tikkonċerna, b'mod partikolari, inċidenti kbar u l-lezzjonijiet li wieħed ikun tgħallem minnhom; billi dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jkopri wkoll ċerti sitwazzjonijiet li l-Istati Membri jikkunsidrawhom bħala ta' interess tekniku partikolari biex jiġu evitati inċidenti kbar u jnaqqsu l-konsegwenzi tagħhom,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiġu evitati inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għall-bniedem u għall-ambjent, bil-ħsieb li tiżgura livelli għoljin ta' protezzjoni fil-Komunità kolha b'mod konsistenti u effettiv.

L-Artikolu 2

L-iskop

1.  Id-Direttiva għandha tgħodd għal stabbilimenti fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet ugwali għal jew fi kwantitajiet akbar minn dawk imniżżla fl-Anness I, il-Partijiet 1 u 2, il-kolonna 2, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 9, 11 u 13 li għandhom jgħoddu għal kull stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet ugwali għal jew fi kwantitajiet akbar minn dawk imniżżla fl-Anness I, il-Partijiet 1 u 2, il-kolonna 3.

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-“preżenza ta' sustanzi perikolużi” għandha tfisser il-preżenza attwali jew antiċipata ta' dawn is-sustanzi li jkun hemm fl-istabbiliment, jew il-preżenza ta' dawk li huma maħsuba li jiġu ġġenerati waqt nuqqas ta' kontroll ta' proċess kimiku industrijali, fi kwantitajiet ugwali għal jew akbar mil-limiti li jidhru fil-Partijiet 1 u 2 ta' l-Anness I.

2.  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jikkonċernaw l-ambjent tax-xogħol, u, b'mod partikolari, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol ( 8 ).

L-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

1. “stabbiliment” għandu jfisser iż-żona kollha taħt il-kontroll ta' operatur fejn ikunu preżenti sustanzi perikolużi fi stabbiliment wieħed jew aktar, inklużi infrastrutturi jew attivitajiet komuni jew relatati;

2. “installazzjoni” għandha tfisser unità teknika fi ħdan stabbiliment li fiha jkunu prodotti, użati jew maħżuna sustanzi perikolużi. Dan għandu jinkludi t-tagħmir kollu, strutturi, xogħol ta' pajpijiet, makkinarju, għodod, binarji żgħar u privati tal-ferrovija, baċiri, mollijiet ta' ħatt kollha li jaqdu dawn l-installazzjoni, mollijiet li joħorġu 'l barra fil-baħar, imħażen jew strutturi simili oħra, li jżommu f'wiċċ l-ilma jew mod ieħor, meħtieġa għall-operat ta' l-installazzjoni;

3. “operatur” għandha tfisser kull individwu jew entità li jħaddem jew iżomm stabbiliment jew installazzjoni jew, jekk awtorizzat bil-leġislazzjoni nazzjonali, ikun ingħata poter ekonomiku deċisiv fit-tħaddim tekniku ta' dan;

4. “sustanza perikoluża” għandha tfisser sustanza, taħlita jew preparazzjoni mniżżla fl-Anness 1, il-Parti 1, jew dik li tissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness 1, il-Parti 2, u li tkun preżenti bħala materja prima, prodott, prodott li joħroġ minn ieħor, residwu jew intermedju, inklużi dawk is-sustanzi li x'aktarx li jistgħu jiġu ġġenerati fl-eventwalità ta' xi inċident;

5. “aċċident kbir” għandha tfisser okkorrenza bħalma huma xi emissjoni kbira, ħruq, jew splużjoni li tiġi kkawżati minn żviluppi mhux ikkontrollati waqt l-operat ta' kwalunkwe stabbiliment kopert b'din id-Direttiva, u li jwassal għal periklu serju għas-saħħa tal-bniedem u/jew ta' l-ambjent, immedjat jew mhux, ġewwa jew barra l-istabbiliment, u li jkun jinvolvi sustanza perikoluża jew saħansitra aktar minn waħda;

6. “perikolu” għandu jfisser il-proprjetà intrinsika ta' sustanza perikoluża jew sitwazzjoni fiżika, b'potenzjal li toħloq ħsara lis-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent;

7. “riskju” għandu jfisser il-possibilità ta' effett speċifiku li jiġri f'perjodu speċifiku jew f'ċirkustanzi speċifiċi;

8. “ħażna” għandha tfisser il-preżenza ta' kwantità ta' sustanzi perikolużi għall-għanijiet ta' ħżin, ta' tpoġġija taħt kustodja tajba jew taż-żamma ta' dawn f'ħażniet.

L-Artikolu 4

Esklużjonijiet

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a) stabbilimenti, installazzjonijiet jew faċilitajiet ta' ħażna militari;

(b) perikoli li jiġu minn radjazzjoni ta' atomi li jkollhom fihom kurrent elettriku (ionizing radiation);

(ċ) it-trasport ta' sustanzi perikolużi u l-ħażna temporanja intermedja permezz tat-triq, linji tat-tren, mogħdiji interni tal-ilma, baħar jew ajru, barra l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva, inklużi t-tagħbija u l-ħatt u t-trasport lejn u minn mezzi oħra ta' trasport f'baċiri, mollijiet u postijiet fejn titpoġġa l-merkanzija;

(d) it-trasport ta' sustanzi perikolużi f'sistemi ta' pajpijiet, inklużi stazzjonijiet ta' pompi, barra l-istabbilimenti koperti b'din id-Direttiva;

▼M2

(e) l-esplojtazzjoni (esplorazzjoni, estrazzjoni u proċessar) ta’ minerali fil-minjieri, barrieri, jew permezz ta’ boreholes, bl-eċċezzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ proċessar kimiċi u termali u ħżin relatat ma’ dawk l-operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi perikolużi, kif definit fl-Anness I;

(f) l-esplorazzjoni offshore u esplojtazzjoni ta’ minerali, inkluż idrokarboni;

▼M2

(g) siti ta’ land-fills għall-iskart, bl-eċċezzjoni ta’ faċilitajiet operativi ta’ rimi ta’ tailings, inkluż għadajjar jew digi ta’ tailings, li fihom sustanzi perikolużi kif definit fl-Anness I, b’mod partikolari meta użati in konnessjoni ma’ l-ipproċessar kimiku u termali ta’ minerali.

▼B

L-Artikolu 5

Obbligi ġenerali ta' l-operatur

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun obbligat li jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex jipprevjeni inċidenti kbar u biex jillimita l-konsegwenzi tagħhom għall-bniedem u għall-ambjent.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun mitlub biex jagħti prova lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 16, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-awtorità kompetenti”, f'kull ħin, b'mod partikolari għall-għanijiet ta' l-ispezzjonijiet u l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 18, li huwa jkun ħa l-miżuri neċessarji kollha kif speċifikat f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

Dikjarazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operatur biex jibgħat dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti fil-limiti ta' żmien li ġejjin:

— għal stabbilimenti ġodda, perjodu raġonevoli ta' żmien qabel il-bidu tal-kostruzzjoni jew ta' l-operat,

— għal stabbilimenti eżistenti, sena mid-data stabbilita fl-Artikolu 24(1),

▼M2

— għal stabbilimenti li sussegwentament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fi żmien tliet xhur wara d-data li minnha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1).

▼B

2.  Id-dikjarazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

(a) l-isem jew l-isem tad-ditta ta' l-operatur u l-indirizz sħiħ ta' l-istabbiliment ikkonċernat;

(b) il-post ta' reġistrazzjoni tan-negozju ta' l-operatur, bl-indirizz sħiħ;

(ċ) l-isem jew il-kariga tal-persuna responsabbli mill-istabbiliment, jekk differenti minn (a);

(d) informazzjoni suffiċjenti biex jiġu identifikati s-sustanzi perikolużi jew il-kategorija tas-sustanzi involuti;

(e) il-kwantità u l-forma fiżika tas-sustanza perikoluża jew sustanzi involuti;

(f) l-attività jew l-attività proposta ta' l-istallazzjoni jew faċilità ta' ħażna;

(g) l-ambjent immedjat ta' l-istabbiliment (elementi li jistgħu jikkawżaw aċċidenti serji jew li jaggravaw il-konsegwenzi tiegħu).

3.  Fil-każ ta' stabbilimenti eżistenti li għalihom l-operatur ikun diġà pprovda l-informazzjoni kollha taħt il-paragrafu 2 lill-awtorità kompetenti taħt il-ħtiġijiet tal-liġi nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, id-dikjarazzjoni taħt il-paragrafu 1 ma hijiex meħtieġa.

4.  F'każ ta':

— żjieda sinifikanti fil-kwantità jew bidla sinifikanti fin-natura jew forma fiżika tas-sustanza perikoluża preżenti, kif indikat fid-dikjarazzjoni pprovduta mill-operatur f'konformità mal-paragrafu 2, jew xi bidla fil-proċessi li jagħmlu użu minnha, jew

▼M2

— modifika ta’ stabbiliment jew installazzjoni li jista’ jkollha riperkussjonijiet sinifikanti fuq perikoli ta’ aċċidenti kbar, jew

▼B

— għeluq permanenti ta' l-installazzjoni,

l-operatur għandu jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti dwar il-bidla fis-sitwazzjoni.

L-Artikolu 7

Politika ta' prevenzjoni minn aċċidenti serji

1.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operatur biex ifassal dokument li fih jistabbilixxi l-politika tiegħu ta' prevenzjoni minn aċċidenti serji u jiżgura li din tkun implimentata kif suppost. Il-politika ta' prevenzjoni minn aċċidenti serji stabbilita mill-operatur għandha tkun imfassla biex tiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni għall-bniedem u għall-ambjent b'mezzi, strutturi u sistemi ta' immaniġġjar xierqa.

▼M2

1a.  Għal stabbilimenti li sussegwentament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun imfassal mingħajr dewmien, iżda f’kull każ fi żmien tliet xhur wara d-data li minnha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1).

▼B

2.  Id-dokument għandu jikkunsidra l-prinċipji li hemm fl-Anness III u jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet ta', fost ħwejjeġ oħra, l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 5(2) u 18.

3.  Dan l-Artikolu ma għandux jgħodd għall-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 9.

L-Artikolu 8

Effetti domino

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti, li tuża l-infomazzjoni li hija tirċievi mingħand l-operaturi f'konformità ma' l-Artikoli 6 u 9, tidentifika stabbilimenti jew gruppi ta' stabbilimenti fejn il-probabilità u l-possibilità jew il-kosegwenzi ta' xi aċċident serju tista' tiżdied minħabba l-pożizzjoni u l-prossimità ta' dawn l-istabbilimenti, u l-inventarji tagħhom tas-sustanzi perikolużi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' stabbiliment identifikat b'dan il-mod:

(a) informazzjoni konvenjenti tiġi skambjata b'mod xieraq biex dawn l-istabbilimenti jikkunsidraw in-natura u l-limitu tal-perikolu ġenerali ta' xi aċċident serju fil-politika tagħhom dwar il-prevenzjoni minn aċċidenti serji, is-sistemi ta' immaniġġjar tas-sigurtà, rapporti tas-sigurtà u pjani ta' emerġenza interna;

▼M2

(b) dispożizzjoni hija magħmula għal koperazzjoni sabiex il-pubbliku jkun infurmat u fil-provvista ta’ informazzjoni lill-awtorita’ responsabbli għall-preparazzjoni ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni.

▼B

L-Artikolu 9

Rapport tas-sigurtà

1.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operatur biex jagħmel rapport tas-sigurtà biex:

(a) juri li l-politika tiegħu ta' prevenzjoni minn aċċidenti serji u li sistema ta' immaniġġjar tas-sigurtà li timplimenta din ikunu daħlu fis-seħħ f'konformità ma' l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III;

(b) juri li l-perikoli ta' aċċidenti serji ġew identifikati u li ttieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn u biex jillimitaw il-konsegwenzi tagħhom għall-bniedem u l-ambjent;

(ċ) juri li s-sigurtà u r-responsabilità adegwati ġew inkorporati fid-disinn, il-kostruzzjoni, it-tħaddim u ż-żamma ta' kull installazzjoni, faċilità ta' ħażna, tagħmir u infrastruttura marbuta mat-tħaddim ta' dawn, li kollha jistgħu joħolqu b'xi mod jew ieħor perikoli ta' aċċidenti serji ġewwa l-istabbiliment;

(d) juri li l-pjani ta' emerġenza interna ġew imfassla u li jkun għadda l-informazzjoni meħtieġa biex ikun jista' jitfassal il-pjan estern biex jittieħdu l-miżuri kollha f'każ ta' xi aċċident serju;

(e) jipprovdi informazzjoni suffiċjenti lill-awtoritajiet kompetenti biex jittieħdu deċiżjonijiet f'termini tat-tqegħid ta' attivitajiet jew żviluppi ġodda qrib stabbilimenti eżistenti.

▼M2

2.  Ir-rapport tas-sigurta’ għandu jkollu fih għall-inqas id-data u informazzjoni mniżżla fl-ANNESS II. Għandu jsemmi l-organizzazzjonijiet relevanti involuti fit-tfassil tar-rapport. Għandu jkollu fih ukoll inventarju aġġornat tas-sustanzi perikolużi preżenti fl-istabbiliment.

▼B

Rapporti tas-sigurtà, jew partijiet mir-rapporti, jew rapporti oħra ekwivalenti li jkunu ġew magħmula bħala risposta għas-sejħa ta' leġislazzjoni oħra, jistgħu jingħaqdu biex jiffurmaw rapport tas-sigurtà wieħed għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, fejn dan il-format iwarrab id-dupplikazzjoni mhux meħtieġa ta' informazzjoni u r-repetizzjoni ta' xogħol mill-operatur jew mill-awtorità kompetenti, fuq il-kondizzjoni li l-ħtiġiet kollha ta' dan l-Artikolu ikunu ġew imħarsa.

3.  Ir-rapport tas-sigurtà li għalih hemm ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti f'dawn il-limiti ta' żmien:

— għal stabbilimenti ġodda, perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma dawn jibdew jinbnew jew jitħaddmu,

— għal stabbilimenti eżistenti li ma kinux koperti minn qabel bid-Direttiva 82/501/KEE, tliet snin mid-data stabbilita fl-Artikolu 24(1),

— għal stabbilimenti oħra, sentejn mid-data stabbilita fl-Artikolu 24(1),

▼M2

— għal stabbilimenti li sussegwentament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, mingħajr dewmien, iżda f’kull każ fi żmien sena wara d-data li minnha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment ikkonċernat, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1),

▼B

— f'każ ta' konsiderazzjonijiet perjodiċi li għalihom hemm ipprovdut fil-paragrafu 5, mingħajr dewmien.

4.  Qabel ma l-operatur jibda jibni jew iħaddem, jew fil-każijiet imsemmija ►M2  fit-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames inċiż ◄ tal-paragrafu 3, l-awtorita' kompetenti għandha fi żmien raġonevoli minn mindu tirċievi r-rapport:

— tikkomunika lill-operatur ir-riżultati ta' l-istħarriġ tagħha fuq ir-rapport tas-sigurtà, jekk hemm bżonn wara li din tkun għamlet talba għal aktar informazzjoni, jew

— tipprojbixxi l-użu, jew il-kontinwazzjoni ta' l-użu, ta' l-istabbiliment ikkonċernat, f'konformità mas-setgħat u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 17.

5.  Ir-rapport tas-sigurtà għandu jiġi rrivedut perjodikament u fejn meħtieġ aġġornat:

— għal ta' lanqas kull ħames snin,

— f'kull żmien ieħor fuq inizjattiva ta' l-operatur jew fuq talba ta' l-awtorità komptenti, fejn ikun iġġustifikat b'fatti ġodda jew jikkunsidra għarfien tekniku ġdid dwar materji ta' sigurtà, bħal per eżempju dawk li jkunu ġejjin minn analiżi ta' xi inċidenti jew, kemm jista' jkun possibbli, minn ċerti sitwazzjonijiet, u l-iżviluppi li jikkonċernaw l-istima tal-perikoli.

6.  

(a) fejn jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li sustanzi partikolari preżenti fl-istabbiliment, jew f'xi parti minnu, ikunu fi stat li ma joħolqu l-ebda periklu ta' xi aċċident serju, l-Istat Membru jista', f'konformità mal-ħtiġiet msemmija fis-sotto-paragrafu (b), jillimita l-informazzjoni meħtieġa fir-rapporti ta' sigurtà għal dawk il-materji li huma rilevanti għall-prevenzjoni minn perikoli ta' aċċidenti serji li jibqgħu u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom għall-bniedem u għall-ambjent.

▼M3

(b) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji armonizzati għad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtorità kompetenti li stabbiliment partikolari jkun fi stat li ma joħloq l-ebda periklu ta' xi aċċident serju fis-sens tas-subparagrafu (a). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

▼B

(ċ) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tikkomunika lista ta' l-istabbilimenti kkonċernati lill-Kummissjoni, waqt li jagħtu raġunijiet. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-listi kull sena lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22.

▼M2

(d) Il-Kummissjoni hija mistiedna sabiex tirrevedi sal-31 ta’ Diċembru ta’ l-2006 b’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, il-“Gwida dwar il-Preparazzjoni ta’ Rapport tas-Sigurta” eżistenti.

▼B

L-Artikolu 10

Modifikazzjoni ta' installazzjoni, stabbiliment jew faċilità ta' ħażna

F'każ li jkun hemm modifikazzjoni f'installazzjoni, stabbiliment, faċilità ta' ħażna, jew proċessi tan-natura jew tal-kwantità ta' sustanzi perikolużi li jista' jkollhom riperkussjonijiet sinifikanti fuq perikoli ta' aċċidenti serji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur:

— jirrevedi fejn meħtieġ il-politika ta' prevenzjoni minn aċċidenti serji, u s-sistemi u l-proċeduri ta' immaniġġjar msemmija fl-Artikoli 7 u 9,

— jirrevedi fejn neċessarju, ir-rapport tas-sigurtà u jinforma lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 dwar id-dettalji ta' din ir-reviżjoni qabel ma jseħħu dawn il-modifiki.

L-Artikolu 11

Pjani ta' emerġenza

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-istabbilimenti kollha li għalihom japplika l-Artikolu 9:

(a) l-operatur ifassal pjan ta' emerġenza interna għall-miżuri li għandhom jittieħdu ġewwa l-istabbiliment,

— għal stabbilimenti ġodda, qabel ma dan jibda jitħaddem,

— għal stabbilimenti eżistenti li ma kinux koperti minn qabel bid-Direttiva 82/501/KEE, tliet snin mid-data stabbilita fl-Artikolu 24(1),

— għal stabbilimenti oħra, sentejn mid-data stabbilita fl-Artikolu 24(1),

▼M2

— għall-istabbilimenti li sussegwentament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, mingħajr dewmien,, iżda f’kull każ fi żmien sena wara d-data li minnha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1);

▼B

(b) l-operatur jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti, biex dawn ta' l-aħħar ikunu jistgħu jfasslu pjanti ta' emerġenza esterna, l-informazzjoni meħtieġa f'dawn il-limiti ta' żmien:

— għal stabbilimenti ġodda, qabel ma dawn jibdew jitħaddmu,

— għal stabbilimenti eżistenti li ma kinux koperti minn qabel bid-Direttiva 82/501/KEE, tliet snin mid-data stabbilita fl-Artikolu 24(1),

— għal stabbilimenti oħra, sentejn mid-data stabbilita fl-Artikolu 24(1),

▼M2

— għall-istabbilimenti li sussegwentament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, mingħajr dewmien,, iżda f’kull każ fi żmien sena wara d-data li minnha din id-Direttiva tapplika għall-istabbiliment konċernat, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1);

▼B

(ċ) l-awtoritajiet innominati għal dak il-għan mill-Istat Membru ifasslu pjan ta' emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbiliment.

2.  Il-pjani ta' emerġenza għandhom jiġu stabbiliti bl-għanijiet ta':

— li jkun fihom u jikkontrollaw inċidenti biex jimminimizzaw l-effetti, u biex jillimitaw il-ħsara lill-bniedem, lill-ambjent u lill-proprjetà,

— jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipproteġu lill-bniedem u lill-ambjent mill-effetti ta' aċċidenti serji,

— jikkomunika l-informazzjoni neċessarja lill-pubbliku u lis-servizzi jew lill-awtoritajiet ikkonċernati fiż-żona,

— jipprovdu għar-restawr u t-tindif ta' l-ambjent wara aċċident maġġuri.

Il-pjani ta' emerġenza għandu jkollhom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.

▼M2

3.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-awtoritajiet kompetenti, Stati Membri għandhom jassiguraw li l-pjanijiet ta’ emerġenza interni previsti f’din id-Direttiva huma mfassla f’konsultazzjoni mal-persunal li jaħdem fl-istabbiliment, inkluż il-persunal relevanti sub-kontrattat għal żmien twil, u li l-pubbliku huwa konsultat dwar pjanijiet ta’ emerġenza esterni meta huma stabbiliti jew aġġornati.

▼B

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li pjani ta' emereġenza interna u esterna jkunu riveduti, ittestjati, u fejn meħtieġ riveduti u aġġornati mill-operaturi u l-awtoritajiet innominati f'intervalli konvenjenti ta' mhux aktar minn tliet snin. Ir-reviżjoni għandha tikkunsidra bidliet li jseħħu fl-istabbilimenti kkonċernati jew fi ħdan is-servizzi ta' emerġenza kkonċernati, għarfien tekniku ġdid, u għarfien li jikkonċerna r-rispons għal aċċidenti serji.

▼M2

4a.  Għal dak li jirrigwarda pjanijiet ta’ emerġenza esterni, Stati Membri għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-bżonn li jiffaċilitaw koperazzjoni mtejjba fl-għajnuna tal-protezzjoni ċivili f’emerġenzi kbar.

▼B

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjani ta' emerġenza jkunu fis-seħħ mingħajr dewmien mill-operatur u, jekk ikun meħtieġ, mill-awtorità kompetenti nnominata għal dan il-għan:

— meta jiġru aċċidenti serji, jew

— meta jseħħ każ mhux ikkontrollat li minħabba n-natura tiegħu jista' faċilment iwassal għal aċċident serju.

6.  L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi, waqt li tagħti raġunijiet għad-deċizjoni tagħha, minħabba l-informazzjoni li jkun hemm fir-rapport tas-sigurtà, li l-ħtieġa biex ikun hemm pjan ta' emerġenza esterna taħt il-paragrafu 1 ma tkunx tapplika.

L-Artikolu 12

Ippjanar ta' l-użu ta' l-art

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet biex ikunu evitati aċċidenti serji u li jillimitaw il-konsegwenzi ta' dawn l-inċidenti ikunu kkunsidrati fil-politika tagħhom dwar l-użu ta' l-art u/jew xi politika rilevanti oħra. Huma għandhom jissuktaw dawn l-għanijiet billi jagħmlu kontrolli fuq:

(a) il-post partikolari ta' stabbilimenti ġodda,

(b) modifiki għal stabbilimenti eżistenti koperti bl-Artikolu 10,

(ċ) żviluppi ġodda bħalma huma sistemi ta' trasport, postijiet iffrekwentati mill-pubbliku u żoni residenzjali li jkunu fil-qrib ta' stabbilimenti eżistenti, fejn il-post partikolari jew l-iżviluppi jkunu tali li jżidu r-riskju u l-konsegwenzi ta' xi aċċident serju.

▼M2

Stati Membri għandhom jassiguraw li l-politika tagħhom dwar l-użu ta’ l-art u/jew politika oħra relevanti u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ dik il-politika jieħdu in konsiderazzjoni l-bżonn, f’medda twila ta’ żmien, li jżommu distanzi xierqa bejn stabbilimenti koperti b’din id-Direttiva u oqsma residenzali, bini u oqsma ta’ użu pubbliku, rotot kbar tat-trasport sakemm jista’ jkun, oqsma ta’ rikreazzjoni u oqsma ta’ sensittivita’ jew interess naturali partikolari u, fil-każ ta’ stabbilimenti eżistenti, tal-bżonn għal miżuri tekniċi addizzjonali in konformita’ ma’ l-Artikolu 5 sabiex ma jkabbrux ir-riskji għan-nies.

▼M2

1a.  Il-Kummissjoni hija mistiedna sal-31 ta’ Diċembru ta’ l-2006, f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, biex tfassal linji gwida li jiddefinixxu database teknika inklużi data ta’ riskju u xenarji ta’ riskju, li għandhom ikunu użati biex issir stima tal-kompattiblita’ bejn l-istabbilimenti koperti b’din id-Direttiva u l-oqsma deskritti fil-paragrafu 1. Id-definizzjoni ta’ din id-database għandha kemm jista’ jkun tieħu in konsiderazzjoni l-valutazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti, l-informazzjoni miksuba minn operaturi u l-informazzjoni l-oħra kollha relevanti bħall-benefiċċji soċjo-ekonomiċi ta’ l-iżvilupp u l-effetti mitiganti tal-pjanijiet ta’ emerġenza.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti kollha u l-awtoritajiet ta' l-ippjanar responsabbli għal deċiżjonijiet f'din iż-żona, jistabbilixxu proċeduri ta' konsultazzjoni xierqa biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-politika stabbilita taħt il-paragrafu 1. Il-proċeduri għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li jkun disponibbli parir tekniku fuq ir-riskji li jiġu kkawżati mill-istabbiliment, jew fuq bażi ta' każ b'każ jew fuq bażi ġenerika, meta jittieħdu xi deċiżjonijiet.

L-Artikolu 13

Informazzjoni dwar miżuri ta' sigurtà

▼M2

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li informazzjoni dwar miżuri ta’ sigurta’ u dwar il-kondotta meħtieġa fl-eventwalita’ ta’ aċċident hija mogħtija regolarment u fil-forma l-iktar xierqa, mingħajr ma jkollhom bżonn jitolbuha, lill-persuna kollha u stabbilimenti kollha li jaqdu lill-pubbliku (bħal skejjel u spartijiet) li x’aktarx ikunu effettwati b’aċċident kbir li joriġina fi stabbiliment kopert bl-Artikolu 9.

▼B

L-informazzjoni għandha tkun riveduta kull tliet snin u, fejn ikun meħtieġ, ripetuta u aġġornata, ta' lanqas jekk ikun hemm xi modifikazzjoni fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 10. Din għandha tkun disponibbli b'mod permanenti lill-pubbliku. Il-perjodu massimu bejn ir-repetizzjoni ta' l-informazzjoni lill-pubbliku ma għandhiex, fi kwalunkwe każ, tkun aktar minn ħames snin.

Din l-informazzjoni għandha jkollha, minn ta' lanqas, l-informazzjoni mniżżla fl-Anness V.

2.  L-Istati Membri għandhom, fejn ikun hemm il-possibilità ta' xi aċċident serju li jħalli effetti transkonfinanti li joriġinaw minn stabbiliment taħt l-Artikolu 9, jipprovdu informazzjoni suffiċjenti lill-Istati Membri li jkunu potenzjalment milquta biex id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha li hemm fl-Artikoli 11, 12 u dan l-Artikolu jkunu jistgħu jiġu applikati, fejn ikunu applikabbli, mill-Istat Membru affettwat.

3.  Fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun iddeċieda li stabbiliment li jkun qrib it-territorju ta' Stat Membru ieħor ma jkunx kapaċi joħloq perikoli ta' aċċidenti serji lil hinn mill-konfini tiegħu għall-għanijiet ta' l-Artikolu 11(6) u għalhekk ma jkunx meħtieġ li dan jagħmel pjan ta' emerġenza esterna taħt l-Artikolu 11(1), dan għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor dwar dan.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapport tas-sigurtà jkun disponibbli għall-pubbliku. L-operatur jista' jitlob lill-awtorità kompetenti biex ma tiżvelax lill-pubbliku ċerti partijiet mir-rapport, għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità industrijali, kummerċjali jew personali, sigurtà pubblika jew difiża nazzjonali. F'każijiet bħal dawn, fuq approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità, u jagħmel disponibbli għall-pubbliku, rapport emendat li jkun jeskludi dawn il-materji.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu f'dawn il-każijiet li ġejjin:

— ippjanar ta' stabbilimenti ġodda koperti bl-Artikolu 9,

— modifiki fi stabbilimenti eżistenti taħt l-Artikolu 10, fejn dawn il-modifiki jkunu soġġetti għal obbligi li għalihom hemm ipprovdut f'din id-Direttiva fejn ikun ikkonċernat l-ippjanar,

— żviluppi madwar stabbilimenti eżistenti bħal dawn.

▼M2

6.  Fil-każ ta’stabbilimenti soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-inventarju ta’ sustanzi perikolużi previst fl-Artikolu 9(2) huwa disponibbli lill-pubbliku soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 20.

▼B

L-Artikolu 14

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-operatur wara xi aċċident serju

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kemm jista' jkun b'mod prattiku wara aċċident serju, l-operatur ikun mitlub, waqt li juża l-iktar mezzi xierqa:

(a) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti;

(b) jipprovdilhom l-informazzjoni segwenti hekk kif din tkun disponibbli:

— iċ-ċirkostanzi ta' l-aċċident,

— is-sustanzi perikolużi involuti,

— l-informazzjoni disponibbli biex issir stima ta' l-effetti ta' l-aċċident fuq il-bniedem u fuq l-ambjent, u

— il-miżuri ta' emerġenza meħuda;

(ċ) jinfurmahom dwar il-miżuri maħsuba biex:

— itaffu l-effetti ta' l-aċċident, kemm dawk li jkunu ta' terminu imdaqqas ta' żmien u kemm dawk li huma ta' perjodu itwal,

— jipprevjenu li aċċidenti bħal dawn jerġgħu iseħħu;

(d) jaġġorna l-informazzjoni pprovduta jekk aktar investigazzjoni turu fatti addizzjonali li jibdlu dik l-informazzjoni jew il-konklużjonijiet li kienu waslu għalihom.

2.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-awtorità kompetenti:

(a) biex tiżgura li kull miżura għal perjodu imdaqqas jew twil ta' żmien li tkun meħtieġa tittieħed;

(b) biex tiġbor, permezz ta' spezzjonijiet, investigazzjonijiet jew mezzi oħra xierqa, l-informazzjoni meħtieġa għal analiżi sħiħa ta' l-aspetti tekniċi, ta' organizzazzjoni u maniġerjali ta' l-aċċident serju;

(ċ) li tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura li l-operatur ikun ħa l-miżuri ta' rimedju li jkunu meħtieġa; u

(d) li tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar miżuri preventivi għall-futur.

L-Artikolu 15

Informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni

1.  Għall-għan ta' prevenzjoni minn u trażżin ta' aċċidenti serji, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kemm jista' jkun b'mod prattiku dwar aċċidenti serji li jissodisfaw il-kriterji ta' l-Anness VI u li jkunu ġraw fil-konfini tagħhom. Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'dawn id-dettalji li ġejjin:

(a) l-Istat Membru, l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità responsabbli għar-rapport;

(b) id-data, il-ħin u l-post ta' l-aċċident serju, inkluż l-isem sħiħ ta' l-operatur u l-indirizz ta' l-istabbiliment involut;

(ċ) deskrizzjoni fil-qosor dwar iċ-ċirkustanzi ta' l-aċċident, inklużi s-sustanzi perikolużi involuti, u l-effetti immedjati fuq il-bniedem u fuq l-ambjent;

(d) deskrizzjoni fil-qosor dwar il-miżuri ta' emerġenza li jkunu ttieħdu u l-prekawzjonijiet immedjati meħtieġa biex ikunu każijiet bħal dawn ma jerġgħux iseħħu.

▼M3

2.  L-Istati Membri għandhom, hekk kif l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 14 tkun inġabret, jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' l-analiżi tagħhom u bir-rakkomandazzjonijiet tagħhom billi jużaw formola ta' rapport stabbilita u miżmuma dejjem taħt reviżjoni permezz tal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2).

Ir-rappurtar ta' din l-informazzjoni mill-Istati Membri jista' ma jsirx mall-ewwel biss sabiex ikunu jistgħu jitlestew il-proċedimenti legali fejn ikun hemm il-possibilità li tali rappurtar jaffettwa dawk il-proċedimenti.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe korp li jista' jkollu informazzjoni rilevanti dwar aċċidenti serji u li jkun kapaċi jagħti parir lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra li jkollhom jintervjenu f'każ ta' aċċident serju bħal dan.

L-Artikolu 16

Awtorità kompetenti

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbilitajiet ta' l-operatur, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli milli jwettqu d-dmirijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, korpi biex jassistu lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fuq livell tekniku.

L-Artikolu 17

Projbizzjoni ta' użu

1.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu, jew li jinġieb fl-użu, ta' kwalunkwe stabbiliment, installazzjoni jew faċilità ta' ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn fejn il-miżuri li jkunu ttieħdu mill-operatur biex jiġu evitati jew imnaqqsa r-riskji minn aċċidenti serji jkunu żbilanċjati ħafna.

L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu, jew li jinġieb fl-użu, ta' kwalunkwe stabbiliment, installazzjoni jew faċilità ta' ħażna, jew kwalunkwe parti minn dawn jekk l-operatur ma jkunx issottometta n-notifika, ir-rapporti jew l-informazzjoni oħra meħtieġa b'din id-Direttiva fiż-żmien speċifikat.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jkunu jistgħu jappellaw kontra ordni ta' projbizzjoni li tkun ingħatat minn awtorità kompetenti taħt il-paragrafu 1 lill-korp xieraq stabbilit bil-liġi u l-proċeduri nazzjonali.

L-Artikolu 18

Spezzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jorganizzaw sistema ta' spezzjonijiet, jew miżuri oħra ta' kontroll addattati għat-tip ta' stabbiliment ikkonċernat. Dawk l-ispezzjonijiet jew miżuri ta' kontroll ma għandhomx ikunu dipendenti fuq l-irċevuta tar-rapport ta' sigurtà jew kwalunkwe rapport ieħor li jkun ġie sottomess. Dawn l-ispezzjonijiet jew miżuri oħra ta' kontroll għandhom ikunu suffiċjenti għal eżami ppjanat u sistematiku tas-sistemi li jkunu qed jintużaw fi stabbiliment, kemm jekk ikunu ta' natura teknika, ta' organizzazzjoni jew maniġerjali, biex jiġi żgurat b'mod speċjali:

— li l-operatur juri li huwa jkun ħa l-miżuri xierqa, f'rabta ma' l-attivitajiet varji involuti fl-istabbiliment, biex jiġu evitati aċċidenti serji;

— li l-operatur ikun jista' juri li huwa jkun ipprovda l-mezzi xierqa biex jillimitaw il-konsegwenzi ta' aċċidenti serji, fuq il-post jew lil hinn mill-post;

— li d-data jew l-informazzjoni li jkun hemm fir-rapport ta' sigurtà, jew fi kwalunkwe rapport ieħor li jkun ġie sottomess, ikunu jirriflettu l-kondizzjonijiet fl-istabbiliment;

— li l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lill-pubbliku skond l-Artikolu 13(1).

2.  Is-sistemi ta' sorveljanza speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandu jkun hemm programm ta' ispezzjonijiet għall-istabbilimenti kollha. Kemm-il darba l-awtorità kompetenti tistabbilixxi programm ta' spezzjonijiet ibbażat fuq kalkolu sistematiku tal-perikoli ta' aċċidenti serji mill-istabbiliment partikolari ikkonċernat, il-programm għandu jkollu għal ta' lanqas spezzjoni waħda fuq il-post li din issir mill-awtorità kompetenti kull tnax-il xahar f'kull stabbiliment kopert bl-Artikolu 9;

(b) wara kull spezzjoni, għandu jiġi ppreparat rapport mill-awtorità kompetenti;

(ċ) fejn ikun meħtieġ, kull spezzjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti għandha tkun segwita mill-amministrazzjoni li tmexxi l-istabbiliment, fi żmien perjodu raġonevoli wara li tkun saret l-ispezzjoni.

3.  L-awtorità kompetenti tista' titlob lill-operatur biex jipprovdi aktar informazzjoni meħtieġa biex l-awtorità tkun tista' tagħmel stima sħiħa fuq il-possibilità ta' aċċident serju u tistabilixxi l-għan ta' żjieda fil-probabilità u/jew aggravar ta' aċċidenti serji, biex tippermetti l-preparazzjoni ta' pjan ta' emerġenza estern, u li tikkunsidra wkoll is-sustanzi li, minħabba n-natura fiżika tagħhom, il-kondizzjonijiet partikolari jew il-pożizzjoni, ikunu x'aktarx jeħtieġu aktar konsiderazzjoni.

L-Artikolu 19

Sistema u skambji ta' informazzjoni

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-esperjenzi li kellhom fuq il-prevenzjoni minn aċċidenti serji u t-trażżin tal-konsegwenzi tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tikkonċerna, b'mod partikolari, it-tħaddim tal-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f'din id-Direttiva.

▼M2

1a.  Għal stabbilimenti koperti b’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’ta’ l-anqas din l-informazzjoni segwenti:

(a) l-isem jew l-isem kummerċjali ta’ l-operatur u l-indirizz sħiħ ta’ l-istabbiliment konċernat; u

(b) l-attivita’ jew attivitajiet ta’ l-istabbiliment.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata database li fiha l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri. Aċċess għad-database għandu jkun riservat għal persuni awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

▼B

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri, reġistru u sistema ta' informazzjoni li jkun fihom, b'mod speċjali, dettalji dwar aċċidenti serji li jkunu ġraw fil-konfini ta' l-Istati Membri, għall-għan ta':

(a) ċ-ċirkulazzjoni mgħaġġla ta' l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri skond l-Artikolu 15(1) fost l-awtoritajiet kompetenti kollha;

(b) it-tqassim lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-analiżi tal-kawżi ta' aċċidenti serji u l-lezzjonijiet li dawn ikunu ħadu minnhom;

(ċ) il-proviżjoni ta' informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar miżuri ta' prevenzjoni;

(d) id-dispożizzjoni ta' informazzjoni dwar organizzazzjonijiet li jistgħu jagħtu parir jew informazzjoni rilevanti dwar l-inċidenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' aċċidenti serji.

Ir-reġistri u s-sistemi ta' informazzjoni għandu jkollhom minn ta' l-anqas:

(a) l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri f'konformità ma' l-Artikolu 15(1);

(b) analiżi tal-kawżi ta' l-aċċidenti;

(ċ) il-lezzjonijiet li wieħed ikun tgħallem minn dawn l-inċidenti;

(d) il-miżuri ta' prevenzjoni meħtieġa biex jiġu evitati repetizzjonijiet ta' inċidenti simili.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, ir-reġistru u s-sistemi ta' informazzjoni għandhom ikunu disponibbli għal dipartimenti tal-gvern ta' l-Istati Membri, għaqdiet industrijali jew kummerċjali, għaqdiet trejd-unjonistiċi, organizzazzjonijet mhux governattivi fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-ambjent u organizzazzjonijiet oħra internazzjonali jew ta' riċerka li jaħdmu f'dan il-qasam.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport ta' tliet snin f'konformità mal-proċedura stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċertu Direttivi dwar l-ambjent ( 9 ) għal stabbilimenti koperti bl-Artikoli 6 u 9. Il-Kummissjoni għandha tippubblika taqsira ta' din l-informazzjoni kull tliet snin.

L-Artikolu 20

Kunfidenzjalità

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fl-interessi ta' trasparenza, li l-awtoritajiet kompetenti ikunu mitluba biex jagħmlu l-informazzjoni rċevuta skond din id-Direttiva disponibbli għal kull persuna naturali jew legali li jagħmel talba għaliha.

Informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-Kummissjoni tista', fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jkunu jitolbu hekk, li din tibqa' kunfidenzjali jekk tkun tikkonċerna:

— il-kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti u tal-Kummissjoni,

— il-kunfidenzjalità tar-relazzjonijiet internazzjonali u d-difiża nazzjonali,

— is-sigurtà pubblika,

— il-kunfidenzjalità tal-proċeduri ta' investigazzjonijiet preliminari jew tal-proċeduri legali kurrenti,

— sigrieti kummerċjali u industrijali, inkluża proprjetà intellettwali,

— informazzjoni personali u/jew fajls,

— informazzjoni fornuta minn parti terza jekk dik il-parti tkun talbet biex din tinżamm kunfidenzjali.

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi l-konklużjoni minn Stat Membru ta' ftehim ma' terzi pajjiżi dwar skambju ta' informazzjoni li għalihom tkun meqjusa bħala privata fuq livell intern.

▼M3

Artikolu 21

Termini ta' riferenza tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tadatta l-kriterji msemmija fl-Artikolu 9(6)(b) u l-Annessi II sa VI għall-progress tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

2.  Il-miżura biex titfassal il-forma tar-rapport imsemmija fl-Artikolu 15(2), għandha tiġi adottata konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2).

Artikolu 22

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat.

2.  Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼B

L-Artikolu 23

Revoka tad-Direttiva 82/501/KEE

1.  Id-Direttiva 82/501/KEE għandha tiġi revokata 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

2.  Notifiki, pjani ta' emerġenza u informazzjoni għall-pubbliku li jiġu ppreżentati jew imfassla f'konformità mad-Direttiva 82/501/KEE għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu ssostitwiti taħt id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 24

Implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom jkunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam ikkontrollat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

L-Artikolu 26

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




Lista ta' Annessi



L-Anness I

—  Applikazzjoni tad-Direttiva

L-Anness II

—  Data u informazzjoni minimi li għandhom ikunu kkunsidrati fir-rapport ta' sigurtà speċifikat fl-Artikolu 9

L-Anness III

—  Il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 7 u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 dwar is-sistema ta' immaniġġjar u l-organizzazzjoni ta' l-istabbiliment biex jiġu evitati aċċidenti serji

L-Anness IV

—  Id-data u l-informazzjoni li għandhom ikunu inklużi fil-pjan ta' emerġenza speċifikat taħt l-Artikolu 11

L-Anness V

—  Informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata lill-pubbliku kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 13(1)

L-Anness VI

—  Kriterji għan-notifika ta' aċċident lill-Kummissjoni kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 15(1)




L-ANNESS I

APPLIKAZZJONI TAD-DIRETTIVA

INTRODUZZJONI

1. Dan l-Anness jgħodd għall-preżenza ta' sustanzi perikolużi fi kwalunkwe stabbiliment fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva u jistabbilixxi l-applikazzjoni ta' l-Artikolu rilevanti tagħha.

2. Taħlitiet u preparazzjonijiet għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħas-sustanzi puri, sakemm dawn jibqgħu fil-limiti ta' konċentrazzjoni stabbiliti skond il-karatteristiċi tagħhom taħt id-Direttivi rilevanti mogħtija fil-Parti 2, in-Nota 1, jew l-aktar addattament reċenti tagħhom għall-progress tekniku, kemm-il darba jingħataw speċifikament persentaġġ tal-kompożizzjoni jew deskrizzjonijiet oħra.

3. Il-kwantitajiet li jikkwalifikaw stabbiliti hawn taħt għandhom x'jaqsmu ma' kull stabbiliment.

4. Il-kwantitajiet li għandhom jiġu kkunsidrati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu rilevanti huma l-kwantitajiet massimi li jkunu preżenti jew x'aktarx ikunu preżenti fi kwalunkwe ħin partikolari. Sustanzi perikolużi preżenti fi stabbiliment fi kwantitajiet li huma ugwali għal jew inqas minn 2 % tal-kwantità li tikkwalifika rilevanti għandhom ma jitqisux għall-għanijiet li tiġi kkalkulata l-kwantità totali preżenti, jekk il-pożizzjoni tagħhom fi stabbiliment tkun tali li din ma tkunx tista' sservi bħala kawża għal xi aċċident serju x'imkien ieħor fis-sit.

5. Ir-regoli mogħtija f'Parti 2, Nota 4 li jirregolaw iż-żjieda ta' sustanzi perikolużi, jew kategoriji ta' sustanzi perikolużi, għandhom ikunu jgħoddu fejn xieraq.

▼M2

6. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, gass huwa kwalunkwe sustanza li għandu pressa assoluta ta' fwar ugwali għal jew iktar minn 101,3 kPa f'temperatura ta' 20 °C.

7. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, likwidu huwa kwalunkwe sustanza li mhix definita spjegat bħala gass u li mhix fi stat solidu f'temperatura ta' 20 °C u fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa.

▼B

IL-PARTI 1

Sustanzi msemmija

Fejn sustanza jew grupp ta' sustanzi mniżżla fil-Parti 1 tkun taqa' wkoll fil-kategorija tal-Parti 2, għandhom jintużaw il-kwantitajiet li jikkwalifikaw stabbiliti fil-Parti 1.



Kolonna 1

Kolonna 2

Kolonna 3

Sustanzi Perikolużi

Kwantità li tikwalifika (tunnellati) għall-applikazzjoni ta'

L-Artikoli 6 u 7

L-Artikolu 9

▼M2

Nitrat ta' l-ammonja (ara nota 1)

5 000

10 000

Nitrat ta' l-ammonja (ara nota 2)

1 250

5 000

Nitrat ta' l-ammonja (ara nota 3)

350

2 500

Nitrat ta' l-ammonja (ara nota 4)

10

50

▼M2

Nitrat tal-potassju (ara nota 5)

5 000

10 000

Nitrat tal-potassju (ara nota 6)

1 250

5 000

▼B

Pentossidu arseniku, aċidu arseniku (V) u/jew l-imluħa

1

2

Trioksidu arseniku, aċidu arseniku (III) u/jew l-imluħa

 

0,1

Bromu

20

100

Kloru

10

25

Komposti tan-nikel fil-forma ta' trab li jinġibed 'il ġewwa man-nifs (monosside tan-nikel, diossidu tan-nikel, sulfid tan-nikel, trinickel disulphide, triossidu tad-dinickel)

 

1

Ethyleneimine

10

20

Fluworin

10

20

Formaldehyde (konċentrazzjoni >/= 90 %)

5

50

Idroġenu

5

50

Klorur ta' l-idroġenu (gass likwidifikat)

25

250

Alkali taċ-ċomb (Lead alkyls)

5

50

Gassijiet estremament fjammabbli likwidikati (inkluż LPG) u gass naturali

50

200

Aċitilena

5

50

Ossidu ta' l-etilene

5

50

Ossidu tal-propilin

5

50

Metanol

500

5 000

4, 4-Methylenebis (2-chloraniline) u/jew imluħa, fil-forma ta' trab

 

0,01

Methylisocyanate

 

0,15

Ossiġenu

200

2 000

Toluene diisocyanate

10

100

Carbonyl dichloride (phosgene)

0,3

0,75

Triidrur ta' l-arseniku (arsine)

0,2

1

Triidrur tal-fosfru (fosfin)

0,2

1

Dikloru tas-sulfur

1

1

Triossidu tas-sulfur

15

75

Polychlorodibenzofurans u polychlorodibenzodioxins (inkluż TCDD), kalkulati f'ekwivalenti ta' TCDD

 

0,001

Il-KARĊINOĠENI segwenti:

 
 

▼M2

Il-KARĊINOĠENI segwenti f'konċentrazzjonijiet iktar minn 5 % bl-użin:

4 -Aminobiphenyl u/jew l-imluħ tagħha, Benzotrichloride, Benzidine u/jew l-imluħ, Bis (chloromethyl) ether, Chloromethyl methyl ether, 1,2-Dibromoethane, Diethylsulphate, Dimethyl sulphate, Dimethylcarbamoyl chloride, 1,2-Dibromo-3-chloropropane, 1,2-Dimethyl-hydrazine, Dimethylnitrosamine, Hexamethylpho-sphoric triamide, Hydrazine, 2- Naphthylamine u/jew simluħ, 4-Nitrodiphenyl, u 1,3 Propanesultone

0,5

2

Prodotti tal-pitrolju:

(a)  petrol u naphtha,

(b)  kerosin (inkluż karburanti tal-ġet),

(ċ)  żjut tal-gass (inkluż karburanti tad-diesel, żjut li jsaħħnu d-dar u żjut sistemi li jħalltu l-gass u ż-żejt),

►M4  

(d)  żejt kombustibbli tqil

 ◄

2 500

25 000

▼B

NOTI

▼M2

1. Nitrat ta' l-ammonja (5 000/10 000): fertilizzanti kapaċi li jiddekomponu waħedhom

Dan japplika għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażat fuq nitrat ta' l-ammonja (fertilizzanti komposti/imħalltin li fihom nitrat ta' l-ammonja bil-phosphate u/jew potasju) fejn il-kontenut ta' nitrogen bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja huwa

— bejn 15,75 % ( 10 ) u 24,5 % ( 11 ) bl-użin, u jew mhux b'iktar minn 0,4 % total ta' materjali li jinħarqu/organiċI jew li jilħqu l-ħtiġijiet ta' l-Anness II għad-Direttiva 80/876/KEE,

— 15,75 % ( 12 ) bl-użin jew inqas u materjali mhux ristretti li jinħarqu,

u li huma kapaċi li jiddekomponu waħedhom skond it-Test tal-Ħawt tan-NU (ara Rakkommanzdazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża) Manwal ta' Testijiet u Kriterji, Parti III, subsezzjoni 38.2).

2. Nitrat ta' l-ammonja (1 250/5 000): grad ta' fertilizzant

Dan japplika għal fertilizzanti puri bbażati fuq nitrat ta' l-ammonja u għal fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq in-nitrat ta' l-ammonj fejn il-kontenut tan-nitrogen bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja huwa

— iktar minn 24,5 % bl-użin, ħlief għal taħlit ta' nitrat ta' l-ammonja bid-dolomiti, ġebel tal-ġir u/jew carbonate tal-kalċju li fih purita' ta' 90 % għall-inqas,

— iktar minn 15,75 % bl-użin għal taħlit ta' nitrat ta' l-ammonja u kubrit ta' l-ammonja

— iktar minn 28 % ( 13 ) bl-użin għal taħlit ta' nitrat ta' l-ammonja bid-dolomiti, ġebel tal-ġir u/jew carbonate tal-kalċju li fih purita' ta' 90 % għall-inqas,

u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Anness II għad-Direttiva 80/876/KEE.

3. Nitrat ta' l-ammonja (350/2 500): grad tekniku

Dan japplika għal:

— nitrat ta' l-ammonja u preparazzjonijiet ta' nitrat ta' l-ammonja fejn il-kontenut tan-nitrogen bħala riżultat tan-nitrat ta' l-ammonja huwa

— 

— bejn 24,5 % u 28 % bl-użin, u li fihom hemm mhux iktar minn 0,4 % sustanzi li jinħarqu,

— iktar minn 28 % bl-użin, u li fih iktar minn 0,2 % sustanzi li jinħarqu,

— taħlit bl-ilma tan-nitrat ta' l-ammonja fejn il-konċentrazzjoni tan-nitrat ta' l-ammonja hija iktar minn 80 % bl-użin.

4. Nitrat ta' l-ammonja (10/50): “materjal”off-specs' u fertilizzanti li ma' jissodisfawx it-test ta' spluzzjoni.

Dan japplika għal:

— materjal irrifjutat matul il-proċess ta' manifattura u għan-nitrat ta' l-ammonja u preparazzjonijiet ta' nitrat ta' l-ammonja, fertilizzanti puri bbażati fuq in-nitrat ta' l-ammonja u fertilizzanti komposti/imħalltin ibbażati fuq nitrat ta' l-ammonja msemmij f'noti 2 u 3, li qegħdin jew ġew ritornati minn min użaha l-aħħar lil manifattur, ħżin temporanju jew proċessar mill-ġdid għal xogħol mill-ġdid, riċiklaġġ jew trattament għal użu sigur, għaliex ma jikkonformawx iktar ma' l-ispeċifikazzjonijiet ta' Noti 2 u 3;

— fertilizzanti msemmija f'nota 1, l-ewwel inċiż, u Nota 2 li ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta' l-Anness II tad-Direttiva 80/876/KEE.

5. Nitrat tal-potassju (5 000/10 000): cfertilizzanti imħalltin bbażati fuq potassju-nitrat maħgmula minn nitrat tal-potassju f'forma prilled/granulat FORMA.

6. Nitrat tal-potassju (1 250/5 000): cfertilizzanti mħalltin bbażati fuq potassju-nitrat magħmula minn nitrat tal-potassju f'forma tal-kristalli.

▼B

►M2  7. ◄   Polychlorodibenzofurans u polychlorodibenzodioxins

Il-kwantitajiet ta' polychlorodibenzofurans u polychlorodibenzodioxins jiġu kkalkulati billi jintużaw il-fatturi li ġejjin:



Fatturi Internazzjonali ta' Ekwivalenti ta' Tossiċi (ITEF) għall-istess klassi ta' interess (NATO/CCMS)

2,3,7,8-TCDD

1

2,3,7,8-TCFD

0,1

1,2,3,7,8-PeDD

0,5

2,3,4,7,8,-PeCDF

0,5

 
 

1,2,3,7,8-PeCDF

0,05

1,2,3,4,7,8-HxCDD

right accolade 0,1
 
 

1,2,3,6,7,8-HXCDD

1,2,3,4,7,8-HxCDF

right accolade 0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

1,2,3,7,8,9-HxCDF

 
 

1,2,3,6,7,8-HxCDF

 
 

2,3,4,6,7,8-HxCDF

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

 
 

OCDD

0,001

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

right accolade 0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

 
 

OCDF

0,001

(T= tetra, P = penta, Hx = hexa, Hp = hepta, O = octa)

IL-PARTI 2

Kategoriji ta' sustanzi jew preparazzjonijiet mhux speċifikament imsemmija fil-Parti 1



Kolonna 1

Kolonna 2

Kolonna 3

Kategoriji tas-sustanzi perikolużi

Kwantità li tikkwalifika (tunnellati) ta' sustanzi perikolużi kif msemmi fl-Artikolu 3(4), għall-applikazzjoni ta'

L-Artikoli 6 u 7

L-Artikolu 9

1.

TOSSIKU ĦAFNA

5

20

2.

TOSSIKU

50

200

3.

OSSIDANTI

50

200

▼M2

4.

SPLUSSIV (ara nota 2)

fejn is-sustanza, perparazzjoni jew artikolu taqa' taħt Diviżjoni 1.4 UN/ADR

50

200

5.

SPLUSSIV (ara nota 2)

fejn is-sustanza, preparazzjoni jew artikolu taqa' u taħt kwalunkwe minn: Diviżjonijiet 1.1, 1.2, 1.3, 1.5 UN/ADR jew 1.6 jew frażi ta' riskju R2 jew R3

10

50

▼B

6.

FJAMMABBLI (fejn is-sustanza jew preparazzjoni taqa' fi ħdan id-definizzjoni mogħtija fin-Nota 3(a))

5 000

50 000

7(a)

FJAMMABBLI ĦAFNA (fejn is-sustanza jew preparazzjoni taqa' fi ħdan id-definizzjoni mogħtija fin-Nota 3(b)(1))

50

200

7(b)

Likwidi FJAMMABBLI ĦAFNA (fejn is-sustanza jew preparazzjoni taqa' fi ħdan id-definizzjoni mogħtija fin-Nota 3(b)(2))

5 000

50 000

8.

ESTREMAMENT FJAMMABBLI (fejn is-sustanza jew preparazzjoni taqa' fi ħdan id-definizzjoni mogħtija fin-Nota 3(ċ))

10

50

▼M2

9.

Frażijiet ta' Risjkju PERIKOLUŻ GĦALL-AMBJENT:

 
 

(i) R50: “Tossiċi ħafna għal organiżmi tal-baħar(inkluż R50/53)”

100

200

(ii) R51/53: “Tossiċi għal organiżmi tal-baħar; jistgħu jkollhom effetti ħżiena fuq perjodu ta' żmien twil fl-ambjent tal-baħar”

200

500

▼B

10.

KLASSIFIKAZZJONI li mhix koperta minn dawk mogħtija fuq f'kombinazzjoni mal-frażijiet ta' riskju:

 
 

(i)  R14: “Jirreaġixxu b'mod aggressiv ma' l-ilma”(inkluż R14/15)

100

500

(ii) R29: “meta f'kuntatt ma' l-ilma, jeħilsu gassijiet tossiċi”

50

200

NOTI

▼M2

1. Sustanzi u preparazzjonijiet huma klassifikati skond id-Direttivi segwenti u addattament kurrenti tagħhom għal progress tekniku:

Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju ta' l-1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta'sustanzi perikolużi ( 14 ),

Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju ta' l-1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi ( 15 ).

Fil-każ ta' sustanzi u preparazzjonijiet li mhumix klassifikati bħala perikolużi skond id-direttivi ta' hawn fuq tagħhom, per eżempju skart, iżda li xorta waħda huma preżenti, jew x'aktarx ikunu preżenti, fi stabbiliment u li għandhom jew x'aktarx jkollhom, taħt il-kondizzjonijiet misjuba fl-istabbiliment, propjetajiet ekwivalenti fit-termini ta' potenzal ta' aċċident kbir, il-proċeduri għall-klassifikazzjoni proviżjonali għandhom ikunu segwiti in konformita' ma' l-artikolu relevanti tad-Direttiva adegwata.

Fil-każ ta' sustanzi u preparazzjonijiet bi propjetajiet li jġibu iktar minn klassifikazzjoni waħda, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva l-kwantitajiet li l-inqas jikkwalifikaw għandhom japplikaw. Madankollu, għall-applikazzjoni tar-regola f'Nota 4, il-kwanita' użata li tikkwalifika għandha dejjem tkun dik li tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni konċernata.

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata lista ta' sustanzi li ġew ikklassifikati fil-kategoriji hawn fuq imsemmija permezz ta' Deċiżjoni armoniżżata in konformita “mad-Direttiva 67/548/KEE.”

2. “Splussiv” ifisser:

— sustanza jew preparazzjoni li toħloq ir-riskju ta' splużjoni permezz ta' xokk, frizzjoni, nar jew sorsi oħra ta' ignition (fażi ta' riskju R2),

— sustanza jew preparazzjoni li toħloq riskji estremi ta' splużjoni permezz ta' xokk, frizzjoni, nar jew sorsi oħra ta' ignition (frażi ta' riskju R3), jew

— sustanza, preparazzjoni jew artikolu kopert permezz ta' Klassi 1 tal-Ftehim Ewropew li jikkonċerna it-Tagħbija Internazzjonali ta' Merkanzija Perikoluża (UN/ADR), konkluż fit-30 ta' Settembru ta' l-1957, kif emendat, kif trasportat permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru ta' l-1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri għal dak li jirrigwarda t-trasport ta' merkanzija perikoluża fit-triq ( 16 ).

Inkluża f'din it-tifsira huma pirotekniċi, li għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva huma mfissra bħala sustanzi (jew taħlit ta' sustanzi) magħżula sabiex jipproduċu sħana, dawl, ħsejjes, gass jew duħħan jew taħlit ta' tali effetti minn reazzjonijiet fihom innfushom kimiċi exotermiċi. Fejn sustanza jew preparazzjoni hija klassifikata permezz taż-żewġ UN/ADR u fażi ta' riskju R2 jew R3, il-klassifikazzjoni UN/ADR għandha tiġi qabel l-għotja tal-fażijiet ta' riskju.

Sustanzi u artikoli ta' Klassi 1 huma klassifikati fi kwalunkwe mid-diviżjonijiet 1.1 sa 1.6 in konformita “ma' l-iskema ta' klassifikazzjoni UN/ADR. Id-diviżjonijiet konċernati huma:”

Diviżjoni 1.1 : “Sustanzi u artikoli li għandhom perikoli ta' splużjoni tal-massa (splużjoni tal-massa hija splużjoni li taffettwa kważi it-tagħbija kollha kważi f'daqqa waħda).'”

Diviżjoni 1.2 : “Sustanzi u artikoli li għandhom projezzjoni ta' perikolu iżda mhux perikolu ta' splużjoni tal-massa.'”

Diviżjoni 1.3 :

“‘Sustanzi Ou artikoli li għandhom perikolu ta' nar u jew perikolu ta' blast żgħira jew perikolu ta' projezzjoni żgħira jew it-tnejn, iżda mhux perikolu ta' splużjoni tal-massa:’

(a) li l-kombustjoni tagħhom toħloq sħana li tiddi b'mod konsiderevoli; jew

(a) kombustjoni li tiġġenra ammont konsiderevoli ta' sħana radjata

(b) li jinħarqu waħda wara l-oħra, li jipproduċu blast żgħir jew effetti ta' projezzjoni jew it-tnejn.”

Diviżjoni 1.4 : “Sustanzi u artikoli li jippreżentaw riskji minimi biss fl-eventwalita' ta' ignition jew bidu tat-trasport. L-effetti huma limitati l-aktar għall-pakkett u l-ebda projezzjoni ta' biċċiet ta' daqs jew qies konsiderevoli ma hi mistennija. In-nar estern ma għandux jikkawża splużjoni instantanja ta' kważi l-kontenuti kollha tal-pakkett.”

Diviżjoni 1.5 : “Sustanzi mhux sensittivi ħafna li għandhom perikolu ta' splużjoni tal-massa li huma tant mhux sensittivi li hemm probabilita' żgħira ħafna ta' bidu jew ta' transizzjoni minn ħruq għal detonazzjoni taħt kondizzjonijiet normali tat-trasport. Bħala ħtieġa minima ma għandhomx jisplodu fit-test tan-nar estern.”

Diviżjoni 1.6 : “Artikoli mhux sensittivi xejn li ma għandhomx perikolu ta' splużjoni tal-massa. L-artikoli fihom sustanzi biss ta' sparar mhux sensittivi xejn u juru probabilita' negliġibbli ta' bidu aċċidentali jew tixrid. Ir-riskju huwa limitat għall-isplużjoni ta' artikolu wieħed.”

Inkluż f'din it-tifsira huma wkoll sustanzi splussivi jew pirotekniċi jew preparazzjonijiet li jinsabu fl-artikoli. Fil-każ ta' artikoli li fihom sustanzi jew preparazzjonijiet ta' splussiv jew protechnic, jekk il-kwantita' jew preparazzjoni fihom hija magħrufa, dik il-kwantita' għandha tkun ikkunsidrata għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva. Jekk il-kwantita' ma hijix magħrufa, imbagħad, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, l-artikolu kollu għandu jkun meqjus bħala splussiv.

▼B

3. “fjammabbli”, “fjammabbli ħafna”, u “estremament fjammabbli” fil-kategoriji 6, 7 u 8 ifissru:

(a) likwidi fjammabbli:

sustanzi u preparazzjonijiet li jkollhom flash point ugwali għal jew ikbar minn 21 °C u inqas minn jew ugwali għal 55 °C (frażi ta' riskju R 10), u li jgħinu biex ikun hemm kombustjoni;

(b) likwidi fjammabbli ħafna:

1. 

— sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jisħnu u fl-aħħar jaqdbu bin-nar meta jiġu f'kuntatt ma' l-arja f'temperatura ambjentali mingħajr l-ebda kurrent ta' enerġija (frażi ta' riskju R 17),

▼M2

— sustanzi u preparazzjonijiet li għandhom flash point inqas minn 55 °C u li jibqgħu likwidi taħt pressjoni, fejn kondizzjonijiet ta' proċess partikolari, bħal pressjoni għolja jew temperatura għolja, jistgħu joħolqu perikoli ta' aċċidenti kbar;

▼B

2. sustanzi u preparazzjonijiet li jkollhom flash point iktar baxxa minn 21 °C u li ma jkunux estremament fjammabbli (frażi ta' riskju R 11, it-tieni inċiż);

(ċ) gassijiet u likwidi estremament fjammabbli:

1. sustanzi u preparazzjonijiet likwidi li jkollhom flash point ta' inqas minn 0 °C u t-temperatura tat-togħlija (jew, fil-każ ta' medda ta' gradi ta' togħlija, it-temperatura tat-togħlija inizjali) tagħhom, taħt pressjoni normali, tkun inqas minn jew ugwali għal 35 °C (frażi ta' riskju R 12, l-ewwel inċiż), u

▼M2

2. gassijiet li huma infjammabbli meta jkollhom kuntatt ma' l-arja f'temperatura ta' l-ambjent u pressjoni (frażi ta' riskju R12, it-tieni inċIż), li huma fi stat ta' gass jew supercritical, u

3. f'sustanzi likwidi u preparazzjonijiet infjammabbli u infjammabbli ħafna miżmuma f'temperatura iktar mill-boiling point tagħhom.

4. Fil-każ ta' stabbiliment fejn l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma hija preżenti fi kwantitail fuq jew ugwali għall-kwanitajiet relevanti li jikkwalifikaw, ir-regoli segwenti għandhom ikunu applikati sabiex jiddeterminaw jekk l-istabbiliment huwiex kopert bil-ħtiġiet relevanti ta' din id-Direttiva.

Din id-Direttiva għandha tapplika jekk is-somma

q1/QU1 + q2/QU2 + q3/QU3 + q4/QU4 + q5/QU5 +… hija ikbar minn jew ugwali għal 1,

fejn qx = il-kwantita' ta' sustanzi perikolużi x (jew kategorija ta' sustanzi perikolużi) li jaqgħu f'Partijiet 1 jew 2 ta' dan l-Anness,

au QUX = il-kwantitá relevanti li jikkwalifika għal sustanza jew kategorija x minn kolonna 3 ta' Partijiet 1 jew 2.

Din id-Direttiva għandha tapplika, bl-eċċezzjoni ta' L-artikoli 9, 11 u 13, jekk is-somma

q1/QL1 + q2/QL2 + q3/QL3 + q4/QL4 + q5/QL5 +… hija ikbar minn jew ugwali għal 1,

fejn qx = il-kwantita' ta' sustanzi perikolużi x (jew kategorija ta' sustanzi perikolużi) li jaqgħu f'Partijiet 1 jew 2 ta' dan l-Anness,

u QLX = il-kwantità relevanti li tikkwalifika għal sustanza jew kategorija x minn kolonna 2 ta' Partijiet 1 jew 2.

Din ir-regola għandha tkun użata sabiex teżamina il-perikoli kollha assoċjati mat-tossiċita', flessibbilita', u eko-tossiċita'. Għandha għalhekk tkun applikata tlett darbiet:

(a) għaż-żieda ta' sustanzi u preparazzjonijiet imsemmija f'Parti 1 u klassifikata bħala tossika jew tossika ħafna, flimkien ma' sustanzi u preparazzjonijiet li jaqgħu f'kategoriji 1 jew 2;

(b) għaż-żieda ta' sustanzi u preparazzjonijiet imsemmija f'Parti 1 u klassifikati bħala oxidising, splussivi, infjammabbli, infjammabbli ħafna, jew estremament infjammabbli, flimkien ma' sustanzi u preparazzjonijiet li jaqgħu f'kategoriji 3, 4, 5, 6, 7a, 7b jew 8;

(ċ) għaż-żieda ta' sustanzi u preparazzjonijiet imsemmija f'Parti 1 u klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent (R50 (inkluż R50/53) jew R51/53), flimkien ma' sustanzi u preparazzjonijiet li jaqgħu f'kategoriji 9(i) jew 9(ii);

Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva japplikaw jekk kwalunkwe mis-somom miksuba permezz ta' (a), (b) jew (ċ) hija ikbar minn jew ugwali għal 1.

▼B

Din ir-regola għandha tgħodd għal dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) għal sustanzi u preparazzjonijiet li jidhru fil-Parti 1 fi kwantitajiet inqas mill-kwantità li tikkwalifika individwali tagħhom preżenti ma' sustanzi li għandhom l-istess klassifikazzjoni mill-Parti 2, u l-addizzjoni tas-sustanzi u preparazzjonijiet bl-istess klassifikazzjoni mill-Parti 2;

(b) għaż-żjieda tal-kategoriji 1, 2 u 9 preżenti flimkien fi stabbiliment;

(ċ) għaż-żjieda tal-kategoriji 3, 4, 5, 6, 7 a, 7 b u 8, preżenti flimkien fi stabbiliment.




L-ANNESS II

ID-DATA U L-INFORMAZZJONI MINIMA LI GĦANDHOM JIĠU KKUNSIDRATI FIR-RAPPORT TA' SIGURTÀ SPEĊIFIKAT FL-ARTIKOLU 9

I.  Informazzjoni dwar is-sistema ta' tmexxija u l-organizzazzjoni ta' l-istabbiliment biex ikunu evitati aċċidenti serji

Din l-informazzjoni għandu jkollha l-elementi mogħtija fl-Anness III.

II.  Preżentazzjoni ta' l-ambjent ta' l-istabbiliment

A. deskrizzjoni tas-sit u l-ambjent tiegħu, inklużi l-pożizzjoni ġeografika, meteoroloġika, ġeoloġika, l-kondizzjonijiet idrawliċi u, jekk ikun meħtieġ, l-istorja tagħha;

B. identifikazzjoni ta' installazzjonijiet u attivitajiet oħra ta' l-istabbiliment li jistgħu jkunu ta' perikolu ta' xi aċċident serju;

Ċ. Deskrizzjoni taż-żoni fejn jista' jseħħ aċċident serju.

III.  Deskrizzjoni ta' l-installazzjoni

A. deskrizzjoni ta' l-attivitajiet ewlenin u l-prodotti tal-partijiet ta' l-istabbiliment li huma importanti fir-rigward tas-sigurtà, is-sorsi ta' riskji ta' aċċidenti serji u l-kondizzjonijiet li taħthom jista' jseħħ aċċident serju bħal dan, flimkien ma' deskrizzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni proposti;

B. deskrizzjoni tal-proċessi, b'mod partikolari l-metodi ta' tħaddim;

Ċ. Deskrizzjoni tas-sustanzi perikolużi:

1. inventarju tas-sustanzi perikolużi inklużi:

— l-identifikazzjoni tas-sustanzi perikolużi: l-isem kimikali, in-numru tas-CAS, isem skond in-nomenklatura ta' l-IUPAC,

— il-kwantità massima ta' sustanzi perikolużi preżenti jew li x'aktarx ikunu preżenti;

2. karatteristiċi fiżiċi, kimikali u tossikoloġiċi u indikazzjoni tal-perikoli, kemm dawk immedjati u dawk li jiġu aktar tard, għall-bniedem u għall-ambjent;

3. imġieba fiżika u kimikali taħt kondizzjonijiet normali ta' użu jew taħt kondizzjonijiet ta' xi inċident antiċipat.

IV.  Analiżi ta' l-identifikazzjoni u ta' riskji aċċidentali u l-metodi ta' prevenzjoni

A. deskrizzjoni dettaljata tax-xenarji possibbli ta' aċċident serju u l-probabilità tagħhom jew il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġru, inkluż taqsira ta' l-avvenimenti li jistgħu ikollhom sehem fil-bidu ta' kull wieħed minn dawn ix-xenarji, fejn il-kawżi jistgħu jkunu interni jew esterni għall-installazzjoni;

▼M2

B. stima tad-daqs u severita’ tal-konsegwenzi ta’ aċċidenti kbar identifikati inkluż mapep, imaġini jew, kif xieraq, deskrizzjonijiet ekwivalenti, li juru oqsma li huma suxxettibbli li jkunu effettwati b’tali aċċidenti li ġejjin mill-istabbiliment, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 13(4) u 20;

▼B

Ċ. Deskrizzjoni tal-parametri tekniċi u t-tagħmir użat għas-sigurtà ta' installazzjonijiet.

V.  Miżuri ta' protezzjoni u ta' intervent biex jillimitaw il-konsegwenzi ta' aċċident

A. deskrizzjoni tat-tagħmir installat fl-impjant biex jillimita l-konsegwenzi ta' aċċidenti serji;

B. organizzazzjoni ta' allarm u ta' intervent;

Ċ. Deskrizzjoni ta' riżorsi, interni jew esterni, li jistgħu jkunu mobilizzati;

D. taqsira ta' l-elementi deskritti f'A, B, u Ċ fuq meħtieġa għat-tfassil tal-pjan ta' emerġenza interna f'konformità ma' l-Artikolu 11.




L-ANNESS III

IL-PRINĊIPJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7 U L-INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9 DWAR IS-SISTEMA TA' TMEXXIJA U L-ORGANIZZAZZJONI TA' L-ISTABBILIMENT BIEX IKUNU EVITATI AĊĊIDENTI SERJI

Għall-għan ta' l-implimentazzjoni tal-politika ta' prevenzjoni minn aċċidenti serji u s-sistema ta' tmexxija ta' sigurtà ta' l-operatur, għandu jingħata kas ta' dawn l-elementi li ġejjin. Il-ħtiġiet stabbiliti fid-dokument imsemmi fl-Artikolu 7 għandhom ikunu proporzjonali għall-perikoli ta' l-aċċidenti serji ippreżentati mill-istabbiliment:

(a) il-politika ta' prevenzjoni minn aċċidenti serji għandha tkun stabbilita bil-miktub u għandha tinkludi fiha l-għanijiet ġenerali u l-prinċipji ta' azzjoni ta' l-operatur fir-rigward tal-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti serji;

(b) is-sistema amministrattiva tas-sigurtà għandha tinkludi l-parti tas-sistema amministrattiva ġenerali li tinkludi l-istruttura ta' l-organizzazzjoni, responsabilitajiet, prattiċi, proċeduri, proċessi u riżorsi biex tiġi stabbilita u implimentata l-politika ta' prevenzjoni minn aċċidenti serji;

(ċ) il-punti li ġejjin għandhom ikunu indirizzati mis-sistema amministrattiva tas-sigurtà:

▼M2

(i) organizzazzjonijiet u persunal – ir-rwolijiet u responsabbilitajiet ta’ persunal involut fl-imaniġġjar ta’ perikoli kbar fil-livelli kollha fl-organizzazzjoni. L-identifikazzjoni ta’ bżonnijiet ta’ taħriġ ta’ tali persunal u l-provdiment tat-taħriġ hekk identifikat. L-involviment ta’ impjegati u tal-persunal subkuntrattat li qegħdin jaħdmu fl-istabbiliment;

▼B

(ii) l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' perikoli kbar — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri biex jiġu identifikati b'mod sistematiku perikoli kbar li jiġu kkawżati minn operazzjonijiet normali jew anormali u l-istima tal-probabilità u s-severità tagħhom;

(iii) il-kontroll tat-tħaddim — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri u l-istruzzjonijiet għal operazzjoni mingħajr perikoli, inkluż il-manutenzjoni ta' l-impjant, tal-proċessi, tat-tagħmir u waqfien temporanju;

(iv) l-immaniġġjar tat-tibdil — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-modifiki ta' ppjanar, jew id-disinn ta' installazzjonijiet ġodda, proċessi jew faċilitajiet ta' ħażna;

▼M2

(v) pjanijiet għall-emerġenzi – adozzjoni u implimentazzjoni ta’ proċeduri sabiex ikunu identifikati emerġenzi prevedibbli b’analiżi sistematiċi, sabiex jippreparaw, jittestjaw u jirrevdu pjanijiet ta’ emerġenza biex jirrispondu għal tali emerġenzi u li jipprovdu taħriġ speċifiku għall-persunal konċernat. Dan it-taħriġ għandu jkun mogħti lil persunal kollu li jaħdem fl-istabbiliment, inkluż persunal rilevanti subkuntrattat;

▼B

(vi) l-esekuzzjoni tas-sorveljanza — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-istima kontinwa ta' konformità ma' l-għanijiet stabbiliti bil-politika ta' prevenzjoni minn perikoli serji u bis-sistema amministrattiva tas-sigurtà tal-operatur, u l-mekkaniżmi għal investigazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Il-proċeduri għandhom ikopru s-sistema ta' l-operatur għar-rappurtar ta' aċċidenti serji li jkunu ġraw f'ċerti ċirkustanzi, b'mod partikolari dawk li jinvolvu n-nuqqas ta' miżuri protettivi, u l-investigazzjoni u t-tkomplija ta' l-istħarriġ tagħhom fuq il-bażi tal-lezzjonijiet li wieħed ikun ħa minnhom;

(vii) verifikazzjoni u reviżjoni — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri għal stima sistematika perjodika tal-politika ta' prevenzjoni minn aċċidenti serji u l-effettività u l-konvenjenza tas-sistema amministrattiva tas-sigurtà; ir-reviżjoni ddokumentata ta' l-esekuzzjoni tal-politika u s-sistema amministrattiva tas-sigurtà u l-aġġornament tagħha minn amministrazzjoni ogħla.




L-ANNESS IV

DATA U INFORMAZZJONI LI GĦANDHOM IKUNU INKLUŻI FIL-PJAN TA' EMERĠENZA SPEĊIFIKAT TAĦT L-ARTIKOLU 11

1.  Pjani ta' emerġenza interni

(a) L-ismijiet jew il-karigi tal-persuni awtorizzati biex iħaddmu l-proċeduri ta' emerġenza u l-persuna inkarigarta u li tikoordina l-azzjoni ta' mitigazzjoni fuq il-post.

(b) L-isem jew il-kariga tal-persuna li jkollha responsabilità li tikkollabora ma' l-awtorità responsabbli għall-pjan ta' emerġenza estern.

(ċ) Għall-kondizzjonijiet jew avvenimenti li jistgħu jitbassru li jistgħu jkunu sinifikanti fit-twassil għal aċċident serju, deskrizzjoni ta' l-azzjoni li għandha tittieħed biex jiġu kkontrollati l-kondizzjonijiet jew l-avvenimenti u biex jiġu llimitati l-konsegwenzi tagħhom, inkluża d-deskrizzjoni tat-tagħmir ta' sigurtà u tar-riżorsi disponibbli.

(d) Arranġamenti biex ikunu llimitati r-riskji għal persuni li jkunu fuq is-sit, inkluż kif għandhom jingħataw twissijiet u l-azzjonijiet li n-nies huma mistennija li jieħdu wara li jkunu rċevew it-twissija.

(e) Arranġamenti biex tiġi mogħtija twissija minn qabel ta' l-aċċident lill-awtorità responsabbli biex din tħaddem il-pjan ta' emerġenza estern, it-tip ta' informazzjoni li għandu jkun hemm fit-twissija tal-bidu u l-arranġamenti għad-dispożizzjoni ta' aktar informazzjoni dettaljata hekk kif din issir disponibbli.

(f) Arranġamenti għal taħriġ tal-personal fid-doveri li huma jkunu mistennija li jwettqu, u fejn ikun meħtieġ il-koordinazzjoni ta' dan ma' servizzi ta' emerġenza lil hinn mis-sit.

(g) Arranġamenti biex tkun ipprovduta għajnuna b'azzjoni ta' mitigazzjoni lil hinn mis-sit.

2.  Pjani ta' emerġenza esterna

(a) L-ismijiet u l-karigi tal-persuni awtorizzati milli jħaddmu l-proċeduri ta' emerġenza u tal-persuni awtorizzati biex ikunu inkarigati u jikoordinaw azzjoni lil hinn mis-sit.

(b) Arranġamenti biex wieħed jirċievi twissija minn qabel dwar aċċidenti, u proċeduri ta' allarm u sejħat.

(ċ) Arranġamenti biex ikunu ko-ordinati r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' emerġenza esterna.

(d) Arranġamenti biex tingħata għajnuna b'azzjoni ta' mitigazzjoni fuq is-sit.

(e) Arranġamenti għal azzjoni ta' mitigazzjoni lil hinn mis-sit.

(f) Arranġamenti biex il-pubbliku jingħata informazzjoni speċifika dwar l-aċċident u l-imġieba li dan għandu jsegwi.

(g) Arranġamenti għall-provdiment ta' informazzjoni għas-servizzi ta' emerġenza ta' Stati Membri oħra fil-każ ta' aċċident serju li jista' jkollu konsegwenzi transkonfinanti.




L-ANNESS V

OĠĠETTI TA' INFORMAZZJONI LI GĦANDHOM IKUNU KKOMUNIKATI LILL-PUBBLIKU KIF HEMM IPPROVDUT FL-ARTIKOLU 13(1)

1. Isem ta' l-operatur u l-indirizz ta' l-istabbiliment.

2. Identifikazzjoni, skond il-kariga, tal-persuna li tagħti l-informazzjoni.

3. Konferma li l-istabbiliment ikun soġġett għar-regoli u/jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva u li n-notifka msemmija fl-Artikolu 6(3), jew ir-rapport ta' sigurtà msemmi fl-Artikolu 9(1) jkunu ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti.

4. Spjegazzjoni f'termini sempliċi ta' l-attività jew l-attivitajiet li jkunu twettqu fl-istabbiliment.

5. L-ismijiet komuni jew, fil-każ tas-sustanzi perikolużi koperti mill-Parti 2 ta' l-Anness I, l-ismijiet ġeneriċi jew il-klassfikazzjoni ġenerali tal-perikolu tas-sustanzi u preparazzjonijiet involuti fl-istabbiliment li jistgħu jwasslu għal aċċident serju, b'indikazzjoni tal-karatteristiċi perikolużi ewlenin tagħhom.

6. Informazzjoni ġenerali dwar in-natura tal-perikoli ta' aċċidenti serji, inklużi l-effetti potenzjali fuq il-popolazzjoni u l-ambjent.

7. Informazzjoni adekwata fuq kif il-popolazzjoni kkonċernata tkun imwissija u informata fl-eventwalità ta' xi aċċident serju.

8. Informazzjoni adekwata fuq l-azzjonijiet li l-popolazzjoni kkonċernata għandha tieħu, u fuq l-imġieba li din għandha tadotta, fl-eventwalità ta' xi aċċident serju.

9. Konferma li l-operatur ikun mitlub jagħmel arranġamenti adegwati fuq is-sit, b'mod partikolari biex jikkoordina mas-servizzi ta' emerġenza, biex jieħu ħsieb aċċidenti serji u jimminimizza l-effetti tagħhom.

10. Riferenza għall-pjan ta' emerġenza esterna imfassal biex jilqa' għall-effetti kollha ta' xi aċċidenti li jistgħu jiġru lil hinn mis-sit. Dan għandu jinkludi parir dwar kif wieħed għandu jikkoopera ma' kwalunkwe istruzzjonijiet jew talbiet mis-servizzi ta' emerġenza fil-ħin ta' l-aċċident.

11. Dettalji dwar minfejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni rilevanti, soġġetta għall-ħtiġiet tal-kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġislazzjoni nazzjonali.




L-ANNESS VI

KRITERJI GĦAN-NOTIFIKA TA' AĊĊIDENT LILL-KUMMISSJONI KIF HEMM IPPROVDUT FL-ARTIKOLU 15(1)

I. Kwalunkwe aċċident kopert mill-paragrafu 1 jew li jkollu minn ta' l-anqas waħda mill-konsegwenzi deskritti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 għandu jkun innotifikat lill-Kummissjoni.

1.  Sustanzi involuti

Kwalunkwe nar jew splużjoni jew emissjoni aċċidentali ta' sustanza perikoluża li jinvolvu kwantità ta' inqas minn 5 % tal-kwantità li tikkwalifika stabbilita fil-kolonna 3 ta' l-Anness I.

2.  Korriment ta' persuni jew ħsarat fuq proprjetà

Aċċident li jinvolvi direttament sustanza perikoluża u li jista' jwassal għal wieħed minn dawn l-eventwalitajiet li ġejjin:

— mewt,

— korriment ta' sitt persuni fl-istabbiliment u li jingħataw kura fl-isptar għal ta' l-anqas 24 siegħa,

— persuna waħda barra l-istabbiliment li tingħata kura fl-isptar għal ta' l-anqas 24 siegħa,

— dar(djar) barra l-istabbiliment iddanneġġjata u li ma tkunx tista' tintuża bħala riżultat ta' l-aċċident,

— l-evakwazzjoni jew il-limitazzjoni ta' persuni għal aktar minn sagħtejn (persuni × siegħa): il-valur ikun għal ta' l-anqas 500,

— l-interruzzjoni ta' servizzi ta' l-ilma tax-xorb, elettriku, gass jew telefon għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur ikun minn ta' l-anqas 1 000.

3.  Ħsara immedjata għall-ambjent

—  ħsara permanenti jew li ddum għal ħafna żmien għal abitati terrestri:

— 

— 0,5 ettaru jew aktar ta' abitat ta' importanza ambjentwali jew ta' konservazzjoni protett bil-liġi,

— 10 ettari jew aktar ta' abitat aktar wiesa', inkluża art agrikola,

—  ħsara sinifikanti jew li ddum għal ħafna żmien lil abitati ta' ilma ħelu u tal-baħar ( 17 )

— 

— 10 km jew aktar ta' xmara jew kanal,

— 1 ettaru jew aktar ta' lag jew għadira,

— 2 ettari jew aktar ta' delta,

— 2 ettari jew aktar ta' linja kostali jew baħar miftuħ,

—  ħsara sinifikanti lil xi akwifer jew ilma ta' taħt l-art (17) 

— 

— 1 ettaru jew aktar.

4.  Ħsara fuq proprjetà

— ħsara fuq proprjetà fl-istabbiliment: għal ta' l-anqas 2 miljun ECU,

— ħsara fuq proprjetà barra l-istabbiliment: għal ta' lanqas 0,5 miljun ECU.

5.  Ħsara bejn il-konfini

Kwalunkwe inċident li jinvolvi direttament sustanza perikoluża u li jwassal għal effetti barra l-konfini ta' l-Istat Membru kkonċernat.

II. Aċċidenti jew ċerti sitwazzjonijiet li l-Istati Membri jikkunsidrawhom ta' interess tekniku partikolari biex jiġu evitati aċċidenti serji u biex inaqqsu l-konsegwenzi tagħhom iżda li ma jissodisfawx il-ħtiġiet kwantitattivi ta' fuq għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni.



( 1 ) ĠU C 106, ta' l-14.4.1994, p. 4 u ĠU C 238, tat-13.9.1995, p. 4.

( 2 ) ĠU C 295, tat-22.10.1994, p. 83.

( 3 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 1995 (ĠU C 56, tas-6.3.1995, p. 80), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 1996 (ĠU C 120, ta' l-24.4.1996, p. 20) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Lulju 1996 (ĠU C 261, tad-9.9.1996, p. 24).

( 4 ) ĠU L 230, tal-5.8.1982, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, tal-31 12.1991, p. 48).

( 5 ) ĠU C 112, ta' l-20.12.1973, p. 1.

ĠU C 139, tat-13.6.1977, p. 1.

ĠU C 46, tas-17.2.1983, p. 1.

ĠU C 70, tat-18.3.1987, p. 1.

ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1.

( 6 ) ĠU C 328, tas-7.12.1987, p. 3.

( 7 ) ĠU C 138, tas-17.5.1993.

( 8 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

( 9 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

( 10 ) 15,75 % kontenut ta' nitrogen bl-użin bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja tikkorrispondi għal 45 % nitrat ta' l-ammonja.

( 11 ) 24,5 % kontenut ta' nitrogen bl-użin bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja tikkorrispondi għal 70 % nitrat ta' l-ammonja.

( 12 ) 15,75 % kontenut ta' nitrogen bl-użin bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja tikkorrispondi għal 45 % nitrat ta' l-ammonja.

( 13 ) 28 % kontenut ta' nitrogen bl-użin bħala riżultat ta' nitrat ta' l-ammonja tikkorrispondi għal 80 % ta' nitrat ta' l-ammonja.

( 14 ) ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. l. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tar-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

( 15 ) ĠU L 200, tat-30.7.1999, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/60/KE (ĠU L 226, tat-22.8.2001, p. 5).

( 16 ) ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/28/KE (ĠU L 90, tat-8.4.2003, p. 45).

( 17 ) Waqt li ssir stima tal-ħsara, tista' ssir riferenza fejn ikun xieraq għad-Direttivi 75/440/KEE, 76/464/KEE u d-Direttivi adotatti għall-applikazzjoni tagħha fir-rigward ta' ċerti sustanzi, b'mod partikolari, id-Direttivi 76/160/KEE, 78/659/KEE, 79/923/KEE, jew għall-Konċentrazzjoni Letali (KL) għal 50 % ta' l-ispeċi li huma rappreżentattivi ta' l-ambjent affettwat hekk kif iddefinit bid-Direttiva 92/32/KEE għall-kriterju “perikoluż għall-ambjent”.