<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0800786101.case.xml"><NO.CASE>C-146/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0146</NO.CELEX><NO.SEQ>0011.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>7880</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7896</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20070927">27.9.2007</DATE> — KAWŻA C-146/05</LEFT><RIGHT>COLLÉE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20070927">27 ta' Settembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-146/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja), permezz ta' deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="20050210">10 ta' Frar 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20050401">1 ta' April 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Albert Collée,</HT> bħala aventi kawża universali ta' Collée KG,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Finanzamt Limburg an der Lahn,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, President ta' l-Awla, A. Borg Barthet, J. Malenovský, U. Lõhmus (Relatur) u A. Ó Caoimh, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-7881"?><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20060615">15 ta' Ġunju 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Albert Collée, li qed jaġixxi bħala aventi kawża universali ta' Collée KG, minn M. Preisinger, Steuerberater,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma, F. Huschens u C. Schulze-Bahr, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn L M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn M. Massella Ducci Teri, awocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn D. Triantafyllou, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20070111">11 ta' Jannar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-7882"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28ċA(a)) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ [il-fatturat] — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-<DATE ISO="19911216">16 ta' Diċembru 1991</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" DATE.PUB="1991" PAGE.FIRST="1">ĠU L 376, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn A. Collée, bħala l-aventi kawża universali ta' Collée KG (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Collée<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u l-Finanzamt Limburg an der Lahn (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Finanzamt<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>) dwar ir-rifjut ta' dan ta' l-aħħar li jagħti l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fatturat (aktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>) għal provvista intrakomunitarja magħmula tul is-sena 1994.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva, il-provvista ta' oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli għandhom ikunu suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7883"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva fiha Titolu XVIa, intitolat <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Arranġamenti Transizzjonali għat-tassazzjoni tan-Negozju bejn Stati Membri<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/> li ġie mdaħħal permezz tad-Direttiva 91/680.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-dritt għall-eżenzjoni tal-provvisti intrakomunitarji ta' merkanzija huwa previst fl-Artikolu 28ċA tas-Sitt Direttiva, li jgħid kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-Komunità u suġġett għal kondizzjonijiet li se jistabbilixxu bl-iskop li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta l-eżenzjonijiet hawn taħt u biex jilqgħu kontra evażjoni, skartar jew abbuż Stati Membri jeżentaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fornitura ta' merkanzija, kif iddefinita fl-Artikoli 5 [...] mibgħuta jew ittrasportata minn jew għan-nom tal-bejjiegħ jew il-persuna li qed takkwista l-merka[nzija] 'il barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 3 imma xorta fil-Komunità, magħmula għal persuna taxxabbli oħra jew persuna legali mhux taxxabbli li tkun qed taġixxi hekk fi Stat Membru ieħor li mhux dak minn fejn tinbagħat jew tkun ittrasportata l-merkanzija.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tas-Sitt Direttiva, fl-ifformular tiegħu li jirriżulta mill-Artikolu 28h ta' l-istess Direttiva, jipprevedi l-formalitajiet imposti fuq il-persuna taxxabbli li għandha tħallas il-VAT. Huwa jiddisponi b'mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>[...]</P><?PAGE NO="I-7884"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kull persuna taxxabbli trid iżżomm kontijiet iddettaljati biżżejjed biex it-taxxa fuq il-valur miżjud tkun tista' tkun applikata u spezzjonata millawtorita tat-taxxa.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT><P>[...]</P></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kull persuna taxxabbli trid toħroġ fattura, jew xi dokument ieħor li jservi ta fattura, għal merkanzija u servizzi li tkun forniet jew ipprovdiet lil persuna taxxabbli oħra jew lil persuna legali mhux taxxabbli. Kull persuna taxxabbli trid ukoll toħroġ fattura, jew dokument li jservi ta' fattura, għall-provvista ta merkanzija msemmija fl-Artikolu 28(b) (B) (1) u għall-merkanzija fornita bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28ċA. Persuna taxxabbli trid iżżomm kopja ta' kull dokument maħruġ.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT><P>[...]</P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kull persuna taxxabbli tissometti ritorn sa żmien stipolat mill-Istati Membri. Dak iż-żmien stipolat ma jistax ikun iktar minn xahrejn wara l-għeluq ta kull perjodu ta' taxxa. L-Istati Membri jiffissaw il-perjodu ta' taxxa għal xahar, xahrejn jew tliet xhur. Stati Membri jistgħu, madankolu, jagħżlu żminijiet differenti sakemm ma jaqbżux sena waħda.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Ir-ritorn jagħti l-informazzjoni kollha maħtieġa biex tinħadem it-taxxa li trid titħallas u t-tnaqqis li jrid isir inkluż, fejn jgħodd, u sakemm jidher meħtieġ<?PAGE NO="I-7885"?> biex tkun stabbilita l-bażi ta' l-istima, il-valur totali tat-transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn it-taxxi u tnaqqis u l-valur ta' xi transazzjonijiet eżenti.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Stati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa għall-ġbir tajjeb ta' taxxa u biex ma ssirx evażjoni, suġġetti għall-ħtieġa ta' trattament indaqs ta' transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta' fruntieri.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>B'applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(1)(b) tal-liġi ta' l-1993 dwar it-taxxa fuq il-fatturat (Umsatzsteuergesetz 1993, BGBl. 1993 I, p. 565, iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>UStG<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>), ilprovvisti intrakomunitarji li jaqgħu taħt it-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 (1)(1) ta' l-UStG, huma eżenti mill-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6a(1) ta' l-UStG jipprevedi li provvista intrakomunitarja timplika b'mod partikolari li l-imprenditur jew il-klijent jittrasportaw jew jibgħatu l-oġġett tal-provvista lejn parti oħra tat-territorju Komunitarju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7886"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 6a(3) ta' l-UStG, huwa l-imprenditur li għandu jipprova li r-rekwiżiti previsti fis-subparagrafu 1 ta' l-istess Artikolu huma sodisfatti. Il-Ministeru Federali tal-finanzi jista, bl-approvazzjoni tal-Bundesrat, jiddetermina permezz ta regolamenti l-metodi li bihom l-imprenditur għandu jġib il-prova tat-transport jew li bagħat il-merkanzija li hija s-suġġett ta' provvista intrakomunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, l-Artikolu 17a(1) tar-regolament ta' applikazzjoni ta' l-1993 dwar it-taxxa fuq il-fatturat (Umsatzsteuer-Durchführungsverordnung 1993, BGBl. 1993 I, p. 601) jipprevedi illi, fil-każ ta' provvisti intrakomunitarji, l-imprenditur li għalih dan ir-Regolament japplika għandu jipprova, permezz ta' dokumenti, illi hu stess jew l-akkwirent ittrasporta jew bagħat l-oġġett tal-provvista lejn parti oħra tatterritorju Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Barra dan, skond l-Artikolu 17ċ(1) ta' l-imsemmi Regolament ta' applikazzjoni, huwa l-imprenditur li għandu jressaq il-prova permezz ta' dokument ta' kontijiet illi r-rekwiżiti ta' l-eżenzjoni mill-VAT huma ssodisfatti. Din id-dispożizzjoni tippreċiża b'mod partikolari li <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>l-kontijiet għandhom juru ċarament u b'mod facilment verifikabbli<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> illi l-imprenditur issodisfa dawn ir-rekwiżiti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Collée kienet il-kumpannija <HT TYPE="ITALIC">parent</HT> ta' kumpannija ta' responsabbiltà limitata Ġermaniża (aktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>GmbH<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>) li kienet tbigħ karozzi bħala konċessjo-narja awtorizzata tal-kumpannija anonima A (aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>A-AG<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>). Fir-rebbiegħa tas-sena 1994, il-GmbH ikkonkludiet kuntratt ta' bejgħ fir-rigward ta' 20 vettura ta' dimostrazzjoni ma' konċessjonarju Belġjan, jiġifieri B, li ttrasferixxa fuq ilkont tal-GmbH il-prezz tal-bejgħ nett u, wara li l-GmbH kienet irċeviet il-ħlas, irtira l-vetturi mill-uffiċċju prinċipali ta' din ta' l-aħħar billi uża t- trasportatur tiegħu stess.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7887"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-GmbH li, għal raġunijiet ta' esklussività territorjali, setgħet titlob kummissjoni minn A-AG biss fir-rigward ta bejgħ lil klijenti stabbiliti fil-viċinanzi tagħha, talbet lil negozjant tal-karozzi, jiġifieri S, jaġixxi bħala intermedjarju. Kontra l-ħlas ta' kummissjoni, dan ta' l-aħħar, pro forma, xtara u reġa biegħ il-vetturi ta' dimostrazzjoni. Il-GmbH bagħtet lil S il-fatturi konnessi ma' dan il-bejgħ fittizju u niżżlet il-VAT. S bagħat lill-GmbH fatturi vojta, li wara ntużaw għan-nom ta S b'konnessjoni mal-prowista tal-vetturi lil B. Fil-prospetti tiegħu tal-VAT għax-xhur ta' Lulju sa Settembru 1994, S talab il-ħlas ta' <HT TYPE="ITALIC">input tax</HT> imħallsa u li kienet ġiet iffatturata lilu mill-GmbH.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara verifika speċjali magħmula matul ix-xahar ta Ottubru tas-sena 1994 mill-Finanzamt, dan irrifjuta lil S id-dritt li jnaqqas mill-fatturi l-VAT imħallsa bħala <HT TYPE="ITALIC">input tax,</HT> safejn dan kien stabbilixxa n-natura fittizja tal-bejgħ konkluż bejn il-GmbH u S, peress li dan ta l-aħħar intervjena biss pro forma.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li kienet taf b'din il-verifika, Collée avżat lil S bil-fatt illi l-fatturi relattivi għax-xhur ta Lulju sa Settembru tas-sena 1994 kienu saru mingħajr suġġett, u, fil-<DATE ISO="19941125">25 ta' Novembru 1994</DATE>, annullat r-reġistri tal-kontijiet relatati magħhom u rreġistrat l-irċevuti korrispondenti fuq il-kont <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>prowisti intrakomunitarji eżenti<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> billi niżżlet it-tranżazzjoni fil-prospett proviżżorju tagħha tal-VAT għax-xhar ta Novembru tas-sena 1994.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>B'awiż ta tassazzjoni korrettorju tat-<DATE ISO="19980212">12 ta Frar 1998</DATE>, dwar il-VAT għas-sena 1994, il-Finanzamt għolla l-fatturat taxxabbli ta' Collee għal ammont ekwivalenti għal dak tal-prezz tal-bejgħ tal-vetturi fornuti lil B, iżda irrifjuta lil dan ta' l-aħħar il-benefiċċju ta' l-eżenzjoni għal din il-prowista, għar-raġuni li r-reġistrazzjonijiet ma kinux aġġornati regolarment u immedjatament wara t-twettiq tat-tranżazzjoni in kwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7888"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li kemm l-oġġezzjoni magħmula kontra l-imsemmi avviż ta' tassazzjoni kif ukoll ir-rikors quddiem il-Finanzgericht ġew miċħuda, A. Collée għalhekk ressaq rikors għal <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>Reviżjoni<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> quddiem il-Bundesfinanzhof. B'sostenn ta' dan ir-rikors, huwa jinvoka l-eżistenza ta' provi tal-kontijiet dwar il-kuntratt ta' bejgħ, ittransferiment tal-prezz tal-bejgħ u l-konferma ta' irtirar minn B, li kienet ġiet ulterjorment ikkompletata mill-fatturi maħruġa mill-GmbH fir-rigward ta' B. Peress illi hu stess kien konvint illi dawn id-dokumenti kummerċjali huma ta' natura li jistabbilixxu l-eżistenza ta' provvista intrakomunitarja, A. Collée talab il-korrezzjoni ta' l-imsemmi avviż ta' tassazzjoni b'tali mod li l-provvista ta' vetturi ta dimostrazzjoni magħmula fil-bidu tas-sena 1994 tkun ikkunsidrata eżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li mill-ġurisprudenza tagħha dwar ir-rekwiżiti tal-prova ta provvista għall-esportazzjoni fi Stat terz, li hija applikabbli wkoll għal kawża li għandha quddiemha, jirriżulta li d-dokumenti ġustifikattivi jiffurmaw parti integranti tal-prova tal-kontijiet u li r-reġistrazzjonijiet meħtieġa għall-għanjiet ta' din il-prova għandhom isiru b'mod regolari u immedjat wara t-twettiq tat-tranżazzjoni in kwistjoni. Peress li stabbiliet illi dan l-aħħar rekwiżit m'huwiex sodisfatt f'din il-kawża, hija tistaqsi fuq il-mod li bih, fid-dritt Komunitarju, għandu jiġi solvut il-kunflitt bejn l-obbligu li titressaq il-prova tal-provvista intrakominuitarja u l-prinċipju ta' proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għalhekk, peress li kkunsidrat li s-soluzzjoni tal-kawża li għandha quddiemha teħtieġ l-interpretazzjoni tas-Sitt Direttiva, il-Bundesfinanzhof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>L-awtorità tat-taxxa tista tirrifjuta li teżenta provvista intrakomunitarja, li ċertament teżisti, għall-motiv biss li l-persuna taxxabbli ma pprovditx fi żmien xieraq il-prova tal-kontijiet meħtieġa għal dan il-għan?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7889"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din id-domanda tiddepdendi mill-punt jekk il-persuna taxxabbli, inizjalment, konxjament ħbiet il-fatt li kienet twettqet prowista intrakomunitarja?<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju issaqsi fis-sustanza jekk l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28ċA(a) tas-Sitt Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens illi jipprekludi li l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru tirrifjuta li teżenta mill-VAT prowista intrakomunitarja, li effettivament seħħet, għall-motiv biss li l-prova ta' din il-prowista ma tressqitx fi żmien utli. Limsemmija qorti ssaqsi wkoll jekk il-fatt li l-persuna taxxabbli, inizjalment u konxjament, ħbiet l-eżistenza ta prowista intrakomunitarja huwiex rilevanti f'dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar mill-ewwel illi l-obbligu ta l-Istati Membri li jeżentaw il-prowisti intrakomunitarji ta' merkanżija huwa previst fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28ċA(a) tas-Sitt Direttiva. Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-Istati Membri jeżentaw il-prowisti ta' merkanzija mibgħuta jew ittrasportati, minn jew għan-nom tal-bejjiegħ jew il-persuna li qed takkwista l-merkanzija 'il barra mitterritorju ta' Stat Membru imma xorta fil-Komunità, magħmula għal persuna taxxabbli oħra jew persuna legali mhux taxxabbli li tkun qed taġixxi hekk fi Stat Membru ieħor li mhux dak minn fejn tinbagħat jew tkun ittrasportata l-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Bħala deroga għall-prinċipju fundamentali inerenti fis-sistema komuni tal-VAT skond liema t-taxxa tapplika għal kull tranżazzjoni ta produzzjoni jew ta' distribuzzjoni (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19950706">6 ta' Lulju 1995</DATE>, BP Soupergaz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-62/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-1883">C-62/93, Ġabra p. I-1883, punt 16</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20060112">12 ta Jannar 2006</DATE>, Optigen <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-354/03+C-355/03+C-484/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-483">C-354/03,<?PAGE NO="I-7890"?> C-355/03 u C-484/03, Ġabra p. I-483, punt 54</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<DATE ISO="20060706">6 ta' Lulju 2006</DATE>, Kittel u Recolta Recycling, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-439/04+C-440/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-6161">C-439/04 u C-440/04, Ġabra p. I-6161, punt 49</REF.DOC.ECR>), l-imsemmija eżenzjoni hija bbażata fuq is-sistema tranżitorja tal-VAT applikabbli għan-negozju intrakomunitarju li fil-kuntest tagħha t-tassazzjoni ta' negozji bejn l-Istati Membri jistrieħ fuq il-prinċipju ta' l-għoti ta' irċevuta fiskali fl-Istat Membru fejn sar ilkonsum finali (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20070927">27 ta' Settembru 2007</DATE>, Twoh International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-184/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-7897">C-184/05, Ġabra p. I-7897, punt 22</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk, l-eżenzjoni ta' provvista intrakomunitarja fl-Istat Membru ta' tluq ta' lispedizzjoni jew tat-trasport intrakomunitarju ta' merkanzija, li magħha jikkorrispondi akkwist intrakomunitarju intaxxat fl-Istat Membru tal-wasla ta' l-immsemmija spedizzjoni jew ta' l-imsemmi trasport, tippermetti li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja u, għalhekk, il-ksur tal-prinċipju tan-newtralità fiskali inerenti fis-sistema komuni tal-VAT (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20070927">27 ta' Settembru 2007</DATE>, Teleos <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-409/04" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-7797">C-409/04, Ġabra p. I-7797, punti 24 u 25</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Dwar il-provi li l-persuni taxxabbli huma obbligati li jressqu sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-VAT, għandu jiġi kkonstata illi ebda dispożizzjoni tas-Sitt Direttiva ma tirrigwarda direttament din il-kwistjoni. Din id-Direttiva tiddisponi biss fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 28ċA illi huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom huma jeżentaw il-provvisti intrakomunitarji ta merkanzija (sentenza Twoh International, iċċitata aktar 'il fuq, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 22 tas-Sitt Direttiva jipprevedi ċerti obbligi formali għall-persuni taxxabbli fir-rigward tal-kontijiet, il-fatturar, il-prospett kif ukoll il-preżentata tad-dikjarazzjonijiet rikapitulattivi lill-awtorità tat-taxxa. Il-paragrafu 8 ta' l-imsemmi Artikolu, madankollu, jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa għall-ġbir tajjeb ta' taxxa u biex ma ssirx evażjoni fiskali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7891"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-miżuri li l-Istati Membri jistgħu jadottaw, bis-saħħa ta' l-Artikolu 22(8) tas-Sitt Direttiva, għall-ġbir tajjeb ta' taxxa u biex ma ssirx evażjoni, m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu tali għanijiet (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20000321">21 ta' Marzu 2000</DATE>, Gabalfrisa <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-110/98+C-147/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-1577">C-110/98 sa C-147/98, Ġabra p. I-1577, punt 52</REF.DOC.ECR>, u d-digriet tat-<DATE ISO="20040303">3 ta' Marzu 2004</DATE>, Transport Service, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-395/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-1991">C-395/02, Ġabra p. I-1991, punt 29</REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant dawn il-miżuri ma jistgħux jintużaw b'mod li jpoġġu f dubju n-newtralità tal-VAT, li tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT stabbilit mil-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20000919">19 ta' Settembru 2000</DATE>, Schmeink &amp; Cofreth u Strobel, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-454/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-6973">C-454/98, Ġabra p. I-6973, punt 59</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<DATE ISO="20060221">21 ta Frar 2006</DATE>, Halifax <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/02" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1609">C-255/02, Ġabra p. I-1609, punt 92</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż isostni li r-rekwiżiti dwar il-prova permezz ta' dokumenti u dokumenti tal-kontijiet jissodisfaw il-prinċipju ta' proporzjonalità, peress illi ma jpoġġux sistematikament fdubju d-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT fil-każ ta' provvista intrakomunitarja. Min-naħa, dawn ir-rekwiżiti isegwu għan espressament previst fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28ċA(a), tas-Sitt Direttiva, jiġifieri l-ġbir regolari u sempliċi, kif ukoll il-ġlieda kontra l-abbuż, u, min-naħa l-oħra, huma meħtieġa sabiex tiġi prevenuta l-frodi tat-tip <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>karusell<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat illi r-rifjut ta' l-eżenzjoni mill-VAT fil-kawża prinċipali ma jirriżultax, skond id-deċiżjoni tar-rinviju, mir-rekwiżit tal-leġiżlazzjoni Ġermaniża li jistipola li l-persuna taxxabbli għandha ġġib il-prova tal-provvista intrakomunitarja permezz ta' dokumenti u dokumenti tal-kontijiet. Fil-fatt, dan ir-rifjut huwa l-konsegwenza tal-ġurisprudenza tal-Bundesfinanzhof li tgħid li r-reġistrazzjonijiet meħtieġa sabiex issir il-prova tal-kontijiet għandhom isiru regolarment u immedjatament wara t-tranżazzjoni in kwistjoni, rekwiżit li mhux issodisfatt f'din il-kawża, għalkemm l-eżistenza tal-provvista intrakomunitarja hija stabbilita b'mod ċar, kif wara kollox ġie aċċettat ukoll mill-Finanzamt.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7892"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F'dak li jikkonċerna, fl-ewwel lok, il-kwistjoni dwar jekk l-awtorità tat-taxxa tistax tirrifjuta li teżenta mill-VAT provvista intrakomunitarja għall-motiv biss li l-prova tal-kontijiet ta' din il-provvista inġiebet tard, għandu jiġi kkonstatat illi miżura nazzjonali li tissuġġetta, fl-essenzjal, id-dritt għal eżenzjoni ta' provvista intrakomunitarja għall-ħarsien ta' obbligi formali, mingħajr ma tieħu in kunsiderazzjoni r-rekwiżiti essenzjali u b'mod partikolari, mingħajr ma tistaqsi jekk dawn ġewx sodisfatti, tmur lil hinn minn dak meħtieġ għal ġbir tajjeb tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu intaxxati billi jittieħdu in kunsiderazzjoni l-karatteristiċi oġġettivi tagħhom (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi ċċitati aktar 'il fuq, Optigen <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> punt 44, kif ukoll Kittel u Recolta Recycling, punt 41). Issa, rigward id-determinazzjoni tan-natura intrakomunitarja ta' provvista, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja illi, jekk provvista tissodisfa r-rekwiżiti previsti mill-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28ċA(a) tas-Sitt Direttiva, ebda VAT m'hija dovuta fir-rigward ta' tali provvista (digriet Transport Service, iċċitat aktar 'il fuq, punti 18 u 19).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kawża prinċipali, peress illi mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li huwa inkontestabbli li saret prowista intrakomunitarja, il-prinċipju tan-newtralità fiskali jeżiġi, kif ġustament issostni l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li l-eżenzjoni mill-VAT tiġi mogħtija jekk ir-rekwiżiti essenzjali huma ssodisfatti, anki jekk ċerti rekwiżiti formali kienu tħallew barra mill-persuni taxxabbli. Il-każ ikun differenti biss jekk il-ksur ta' dawn ir-rekwiżiti formali kellu bħala effett li ma tkunx tista tinġieb il-prova ċerta li r-rekwiżiti sostanzjali ġew issodisfatti. Mandakollu, dan ma jidhirx li hu l-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra dan, għandu jiġi rrilevat illi r-rekwiżit li l-kontijiet għandhom ikunu aġġornati eżatt wara l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, mingħajr madankollu m'huwa previst terminu preċiż f'dan ir-rigward, huwa tali li jpoġġi fid-dubju il-prinċipju ta' ċertezza legali, li jifforma parti mill-ordni ġuridiku Komunitarju u li għandu jkun osservat mill-Istati Membri fl-eżerċizzju tas-setgħat li d-direttivi Komunitarji jagħtuhom (ara<?PAGE NO="I-7893"?> s-sentenza tal-<DATE ISO="20060511">11 ta' Mejju 2006</DATE>, Federation of Technological Industries <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-384/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-4191">C-384/04, Ġabra p. I-4191, punt 29</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa importanti li jiġi permess, kif irrilevat ġustament l-Avukat Ġenerali fil-punt 35 tal-Konklużijonijiet tagħha, li emendi għall-kwalifika ta' provvista intrakomunitarja magħmula wara t-twettiq ta' din it-tranżazzjoni jistgħu jittieħdu in kunsiderazzjoni fil-kontijiet tal-persuni taxxabbli. Dawn it-tip ta' regolarizzazzjonijiet jistgħu, jekk ikun il-każ, ikunu neċessarji b'riżultat ta' ċirkustanzi li seħħew indipendentement mir-rieda ta' dawn ta' l-aħħar. Għalhekk, in-natura intrakomunitarja ta' provvista għandha tiġi rikonoxxuta fil-każ ta' regolarizzazzjoni ulterjuri tal-kontijiet, sakemm ikunu ssodisfatti l-kriterji oġġettivi li fuqhom huma bbażati l-kunċetti li jiddefinixxu din it-tranżazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F'dak li jikkonċerna, fit-tieni lok, il-kwistjoni dwar jekk il-fatt illi l-persuna taxxabbli, inizjalment, ħbiet l-eżistenza ta' provvista intrakomunitarja huwiex rilevanti għar-risposta li għandha tingħata lill-qorti tar-rinviju u, għalhekk jekk l-eżenzjoni mill-VAT tistax tikun suġġetta <HT TYPE="ITALIC">għall-bona fide</HT> tal-persuna taxxabbli, għandu jiġi kkonstatat illi r-risposta għal din id-domanda tiddependi mill-eżistenza ta' riskju ta' telf ta' dħul fiskali għall-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-punt 18 tas-sentenza tat-<DATE ISO="19891213">13 ta' Diċembru 1989</DATE>, Genius Holding (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-342/87" YEAR="1989" PAGE.ECR="4227">C-342/87, Ġabra. p. 4227</REF.DOC.ECR>), illi, sabiex tiġi assigurata n-newtralità tal-VAT, l-Istati Membri għandhom jipprevdu, fis-sistema ġuridika interna tagħhom, il-possibbiltà ta' korrezzjoni ta' kull taxxa indebitament iffatturata, sakemm il-persuna li ħarġet il-fattura turi <HT TYPE="ITALIC">Vbona fide</HT> tagħha. Madankollu, hija ppreċiżat fil-punti 60 u 63 tas-sentenza Schmeink &amp; Cofreth u Strobel, iċċitata aktar 'il fuq, illi, meta l-persuna li ħarġet il-fattura, fi żmien utli, eliminat kompletament ir-riskju ta' telf ta' dħul fiskali, il-prinċipju tan-newtralità tal-VAT jirrikjedi li t-taxxa indebitament iffatturata tista' tiġi regolarizzata, mingħajr ma din ir-regolarizzazzjoni ma tista tiġi suġġetta <HT TYPE="ITALIC">għall-bona fide</HT> ta' min ħariġha (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20031106">6 ta' Novembru 2003</DATE>, Karageorgou <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-78/02— C-80/02" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-13295">C-78/02 sa C-80/02, Ġabra p. I-13295, punt 50</REF.DOC.ECR>). Listess regoli japplikaw ukoll għal regolarizzazzjoni tal-kontijiet sabiex tinkiseb l-eżenzjoni ta' provvista intrakomunitarja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7894"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant hija l-qorti nazzjonali li għandha titiwerifika, billi tikkunsidra ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti tal-kawża li għandha quddiemha, jekk id-dewmien fittressiq tal-prova tal-kontijiet setax jikkawża telf ta dħul fiskali jew jikkomprometti l-ġbir tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstat illi, in-nuqqas ta' ġbir tal-VAT fir-rigward ta' prowista intrakomunitarja li, inizjalment, kienet ġiet ikkwalifikata bi żball bħala prowista magħmula ġewwa l-pajjiż li tagħti lok, fil-prinċipju, għal ġbir tal-VAT, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala telf ta dħul fiskali. Fil-fatt, skond il-prinċipju tat-territorjalità fiskali, dan id-dħul jappartjeni lill-Istat Membru li fih sar il-konsum finali.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiwerifika jekk, il-ħabi ta' tranżazzjoni intrakomunitarja u d-dewmien li rriżulta minn dan fir-regolarizzazzjoni tar-reġistri tal-kontijiet relatati mhumiex iwizzjati bi frodi tal-VAT. Fil-fatt, skond ġurisprudenza stabbilita, il-partijiet ikkonċernati ma jistgħux, bi frodi jew b'abbuż, jieħdu vantaġġ mir-regoli Komunitarji (ara, b'mod partikolari, is-sentenza Kittel u Recolta Recycling, iċċitata aktar 'il fuq, punt 54). Bl-istess mod, l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja ma tistax tiġi estiża sabiex tkopri t-tranżazzjonijiet li jsiru bl-iskop li b'mod abbużiv jinkiseb benefiċċju mill-vantaġġi previsti mid-dritt Komunitarju (ara, f'dan is-sens, b'mod partikolari s-sentenza Halifax <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata aktar 'il fuq, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, fsitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-fatt li intuża intermedjarju sabiex jinġabru kummissjonijiet kuntrattwali ma jistax jiġi mqabbel ma' tranżazzjoni iwizzjata bi frodi fiskali lanqas ma' użu abbużiv tar-regoli Komunitarji, jekk huwa kkonstatat illi din it-tranżazzjoni ma kinitx saret bil-għan li jinkiseb vantaġġ fiskali indebitu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7895"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħar nett, għandu jiġi enfasizzat illi d-dritt Komunitarju ma jimpedixxix lill-Istati Membri jikkunsidraw, f'ċerti kundizzjonijiet, il-ħabi ta' l-eżistenza ta' tranżazzjoni intrakomunitarja bħala tentattiv ta' frodi tal-VAT u li japplikaw, f'dan il-każ, il-multi jew sanzjonijiet pekunjarji previsti fid-dritt nazzjonali tagħhom (ara, f'dan is-sens, issentenza Schmeink &amp; Cofreth u Strobel, iċċitata aktar 'il fuq, punt 62). Madankollu, kif ġustament issostni l-Kummissjoni, dawn is-sanzjonijiet dejjem għandhom ikunu proporzjonati mal-gravità ta' l-abbuż.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun illi l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28ċA(a), tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens illi jipprekludi li l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru tirrifjuta li teżenta mill-VAT provvista intrakomunitarja, li efettivament twettqet, għall-motiv biss li l-prova ta' din il-provvista ma tressqitx fi żmien utli.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Waqt l-eżami tad-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT marbuta ma tali provvista, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-fatt illi l-persuna taxxabbli ħbiet, inizjalment u konxjament, l-eżistenza ta' provvista intrakomunitarja biss jekk jeżisti riskju ta' telf ta' dħul fiskali u jekk dan ma ġiex kompletament eliminat mill-persuna taxxabbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7896"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 28ċA(a), tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-<DATE ISO="19911216">16 ta' Diċembru 1991</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens illi jipprekludi li l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru tirrifjuta li teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud provvista intrakomunitarja, li effettivament twettqet, għall-motiv biss li l-prova ta' din il-provvista ma tressqitx fi żmien utli.</P><P>Waqt l-eżami tad-dritt għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta ma' tali provvista, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-fatt illi l-persuna taxxabbli ħbiet, inizjalment u konxjament, l-eżistenza ta' provvista intrakomunitarja fil-każ biss illi jeżisti riskju ta' telf ta' dħul fiskali u jekk dan ma ġiex kompletament eliminat mill-persuna taxxabbli,</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>