|
17.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/171 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/600
tat-13 ta’ Marzu 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-ħiters tal-kmamar, il-luminarji tal-akkwarji, is-salvaviti u l-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bl-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titoli tal-istandards armonizzati u għall-abbozzar, ir-reviżjoni u t-tlestija ta’ standards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE (“it-talba”). L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn meta saret it-talba lis-CEN, lis-CENELEC u lill-ETSI. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC irrevedew l-istandard armonizzat EN 60335-2-11:2010, kif emendat b’EN 60335-2-11:2010/A1:2015 u b’EN 60335-2-11:2010/A11:2012, għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ, li r-referenzi tiegħu ġew ippubblikati mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 326/02 (3). Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 60335-2-11:2022 u l-emenda tiegħu EN IEC 60335-2-11:2022/A11:2022. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC emendaw l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (4): EN 60335-2-30:2009, kif emendat b’EN 60335-2-30:2009/A11:2012, EN 60335-2-30:2009/A1:2020 u EN 60335-2-30:2009/A12:2020 u kkoreġut b’EN 60335-2-30:2009/AC:2010 u EN 60335-2-30:2009/AC:2014, għall-ħiters tal-kmamar; u EN 62423:2012, kif emendat b’EN 62423:2012/A11:2021, għas-salvaviti. Dan wassal għall-adozzjoni tal-emendi li ġejjin: EN 60335-2-30:2009/A2:2022 u EN 60335-2-30:2009/A13:2002; u EN 62423:2012/A12:2022. |
|
(5) |
Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC emendaw ukoll l-istandard armonizzat EN 60598-2-11:2013, għal-luminarji tal-akkwarji, li r-referenzi tiegħu ġew ippubblikati mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 326/02. Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat emendatorju EN 60598-2-11:2013/A1:2022. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-CENELEC, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi tagħhom jikkonformawx mat-talba. |
|
(7) |
L-istandards armonizzati li ġejjin jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE: EN IEC 60335-2-11:2022, kif emendat b’EN IEC 60335-2-11:2022/A11:2022; EN 60335-2-30:2009, kif emendat b’EN 60335-2-30:2009/A11:2012, EN 60335-2-30:2009/A1:2020, EN 60335-2-30:2009/A12:2020, EN 60335-2-30:2009/A2:2022 u EN 60335-2-30:2009/A13:2022 u kkoreġut b’EN 60335-2-30:2009/AC:2010 u EN 60335-2-30:2009/AC:2014; EN 62423:2012, kif emendat b’EN 62423:2012/A11:2021 u EN 62423:2012/A12:2022; u EN 60598-2-11:2013, kif emendat b’EN 60598-2-11:2013/A1:2022. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards u tal-emendi tagħhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Biex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi ta’ dawk l-istandards u tal-emendi tagħhom jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(9) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60335-2-30:2009 u EN 62423:2012, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni tagħhom ippubblikati fis-Serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawn ġew riveduti jew emendati. Għalhekk jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. |
|
(10) |
Għalhekk, jeħtieġ ukoll li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60335-2-11:2010 u EN 60598-2-11:2013, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni tagħhom ippubblikati fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawn ġew riveduti. L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li ġew irtirati mis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jixraq li dawk ir-referenzi jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(11) |
Biex il-manifatturi jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw it-tagħmir elettriku tagħhom li hu kopert mill-istandard armonizzat EN 60335-2-11:2010, kif emendat b’EN 60335-2-11:2010/A1:2015 u EN 60335-2-11:2010/A11:2012; EN 60335-2-30:2009, kif emendat b’EN 60335-2-30:2009/A1:2020, EN 60335-2-30:2009/A11:2012 u EN 60335-2-30:2009/A12:2020 u kkoreġut b’EN 60335-2-30:2009/AC:2010 u EN 60335-2-30:2009/AC:2014; EN 62423:2012, kif emendat b’EN 62423:2012/A11:2021; jew EN 60598-2-11:2013, l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jeħtieġ jiġi differit. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan. |
|
(13) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mis-17 ta’ Settembru 2024.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).
ANNESS I
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassru r-ringieli 78 u 92; |
|
(2) |
ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:
|
|
(3) |
jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
ANNESS II
Fl-Anness II, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
“120. |
EN 60335-2-11:2010 Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-11: Rekwiżiti partikolari ta’ sigurtà għal magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ EN 60335-2-11:2010/A11:2012 EN 60335-2-11:2010/A1:2015 |
17.9.2024 |
|
121. |
EN 60598-2-11:2013 Luminarji — Parti 2-11: Rekwiżiti partikolari — Luminarji tal-akkwarju |
17.9.2024”. |