|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4418 |
29.8.2025 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Regoli tas-Suq u Miżuri ta’ Appoġġ fis-Settur tal-Inbid
(C/2025/4418)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa 15a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
|
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Premessa 15 b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
|
|
Is-settur tal-inbid jiddependi, fil-biċċa l-kbira, minn forza tax-xogħol impjegata għal perjodi qosra. B’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonalità soċjali introdotti fil-Politika Agrikola Komuni (PAK) 2023-2027, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jimmonitorjaw il-konformità mal-istandards tas-sikurezza u kundizzjonijiet tax-xogħol inklużivi u adegwati, inkluż f’termini ekonomiċi, kemm fl-attivitajiet tal-vitikultura kif ukoll f’dawk tal-ipproċessar; |
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Premessa 22
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex ikun hemm adattament għax-xejriet tas-suq u jiġu sfruttati opportunitajiet effiċjenti tas-suq, jenħtieġ li t-tul massimu tal-appoġġ għall-operazzjonijiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni mwettqa f’pajjiżi terzi fir-rigward tal-konsolidazzjoni tas-swieq disponibbli jiġi estiż minn 3 snin għal 5 snin. |
Sabiex ikun hemm adattament għax-xejriet tas-suq u jiġu sfruttati opportunitajiet effiċjenti tas-suq, jenħtieġ li t-tul massimu tal-appoġġ għall-operazzjonijiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni mwettqa f’pajjiżi terzi fir-rigward tal-konsolidazzjoni tas-swieq disponibbli jiġi estiż minn 3 snin għal 5 snin waqt li joffri wkoll l-għażla li dawk l-operazzjonijiet jiġu estiżi għal perjodu ieħor ta’ ħames snin għall-finijiet tal-konsolidazzjoni tas-swieq disponibbli . Meta jitqiesu l-operazzjonijiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni mmirati lejn pajjiżi terzi, huwa rilevanti li ssir distinzjoni bejn is-swieq differenti fl-istess pajjiż. |
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Premessa 24
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex il-produtturi jiġu appoġġjati aktar fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, huwa pertinenti li tiġi prevista l-possibbiltà li l-Istati Membri jżidu l-assistenza finanzjarja massima mill-Unjoni għal investimenti li jsegwu dak l-objettiv sa 80 % tal-ispejjeż tal-investimenti eliġibbli. |
Sabiex il-produtturi jiġu appoġġjati aktar fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, huwa pertinenti li tiġi prevista l-possibbiltà li l-Istati Membri jżidu l-assistenza finanzjarja massima mill-Unjoni għal investimenti u għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji li jsegwu dak l-objettiv sa 80 % tal-ispejjeż tal-investimenti eliġibbli. L-appoġġ għandu jipprijoritizza wkoll il-prattiki agroekoloġiċi u l-istrateġiji ta’ diversifikazzjoni li jibnu reżiljenza fit-tul, bħas-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija, il-kultivazzjoni mħallta, l-użu mill-ġdid tal-ilma, u varjetajiet reżistenti għan-nixfa, b’mod partikolari fir-reġjuni Mediterranji u ultraperiferiċi. |
Emenda 5
Proposta għal Regolament
Artikolu 1(1)
Artikolu 62(3)(2a) ġdid
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
F’każi ta’ force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-validità tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, mogħtija f’konformità mal-Artikolu 64, tista’ tiġi estiża sa tnax-il xahar wara d-data ta’ skadenza inizjali tagħhom. |
Emenda 6
Proposta għal Regolament
Artikolu 1(2)
Artikolu 63(2)(3) ġdid
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji għall-allokazzjoni u l-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil, biex jevitaw li jiżdiedu ż-żoni tal-vinji fir-reġjuni u s-segmenti tas-suq suxxettibbli għal provvista żejda, u biex ikomplu jagħtu prijorità lill-inbejjed b’opportunitajiet tas-suq, f’koerenza mal-istrateġiji settorjali nazzjonali tagħhom u l-miżuri ta’ kriżi awtorizzati għal dawn iż-żoni. |
Emenda 7
Proposta għal Regolament
Artikolu 1(2)
Artikolu 63(2)(c)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
Għall-finijiet tal-punt (c), “qtugħ bikri” tfisser il-qerda jew it-tneħħija totali ta’ għenieqed tal-għeneb waqt li jkunu għadhom fl-istadju immatur tagħhom, u b’hekk jitnaqqas ir-rendiment taż-żona rilevanti għal żero, u eskluż in-nuqqas ta’ qtugħ li jinkludi li l-għeneb kummerċjali jitħalla fuq il-pjanti fi tmiem iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. L-Istati Membri li jillimitaw il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għal tħawwil ġdid fil-livell reġjonali f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (b) jew (c), jistgħu jirrikjedu li tali awtorizzazzjonijiet jintużaw f’dawk ir-reġjuni.”; |
Għall-finijiet tal-punt (c), “qtugħ bikri” tfisser il-qerda jew it-tneħħija totali ta’ għenieqed tal-għeneb waqt li jkunu għadhom fl-istadju immatur tagħhom, u b’hekk jitnaqqas ir-rendiment taż-żona rilevanti għal żero, u eskluż in-nuqqas ta’ qtugħ li jinkludi li l-għeneb kummerċjali jitħalla fuq il-pjanti fi tmiem iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. L-Istati Membri li jillimitaw il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għal tħawwil ġdid fil-livell reġjonali f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (b) jew (c), jistgħu jirrikjedu li tali awtorizzazzjonijiet jintużaw f’dawk ir-reġjuni.”; |
Emenda 8
Proposta għal Regolament
Artikolu 1(3) Artikolu 66(3)(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
|
“Stat Membru jista’ wkoll jissoġġetta l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid imsemmija fil-paragrafu 1 għal waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin: |
“Stat Membru jista’ wkoll jissoġġetta l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid imsemmija fil-paragrafu 1 għal waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Ma nistgħux nappoġġjaw il-proposta biex tinkludi l-possibbiltà li l-Istati Membri jkunu jistgħu jillimitaw l-awtorizzazzjonijiet għal varjetajiet speċifiċi fost il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid peress li nqisu li tali miżura hija eċċessiva.
Emenda 9
Proposta għal Regolament
Artikolu 1(5)
Artikolu 119(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15 u 16 tal-Partii II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin: |
1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15 u 16 tal-Partii II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
“Livell baxx ta’ alkoħol” huwa terminu impreċiż, sakemm ma jkunx akkoppjat ma’ “parzjalment dealkoħolizzat”. Ir-referenza għal “mill-inqas 30 % inqas” hija meħtieġa bħala qafas ta’ referenza legali minħabba li, inkella, tnaqqis minimu ta’ nofs grad diġà jitqies dealkoħolizzat.
Emenda 10
Proposta għal Regolament
Artikolu 1(7)
Artikolu 167(1)(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
|
“1. Sabiex tittejjeb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni fl-inbejjed, inkluż l-għeneb, il-most u l-inbejjed li ġejjin minnhom, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni li jirregolaw il-provvista, inkluż l-iffissar ta’ rendimenti massimi u l-istabbiliment ta’ regoli għall-ġestjoni tal-istokkijiet. L-Istati Membri għandhom iqisu l-proposti adottati mill- organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont l-Artikoli 152 u 154 jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikoli 157 u 158 meta tali organizzazzjonijiet jitqiesu li huma rappreżentattivi għas-settur tal-inbid, f’konformità mal-Artikolu 164(3), fiż-żona ekonomika jew fiż-żoni ekonomiċi fejn ikun maħsub li jiġu applikati r-regoli.”. |
“1. Sabiex tittejjeb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni fl-inbejjed, inkluż l-għeneb, il-most u l-inbejjed li ġejjin minnhom, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni li jirregolaw il-provvista, inkluż l-iffissar ta’ rendimenti massimi u l-istabbiliment ta’ regoli għall-ġestjoni tal-istokkijiet. L-Istati Membri għandhom iqisu l-proposti adottati mill- gruppi tal-produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2024/1143 jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikoli 157 u 158 meta tali organizzazzjonijiet jitqiesu li huma rappreżentattivi għas-settur tal-inbid, f’konformità mal-Artikolu 164(3), fiż-żona ekonomika jew fiż-żoni ekonomiċi fejn ikun maħsub li jiġu applikati r-regoli.”. |
Emenda 11
Proposta għal Regolament
Artikolu 1(8)
Artikolu 216(1)(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet tal-prodott, fejn ikun rilevanti, u tal-operazzjoni kkonċernata, flimkien ma’ inċentiv għall-involviment f’tali operazzjoni, sabiex il-kriżi tkun tista’ tiġi indirizzata. |
Il-pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet tal-prodott, fejn ikun rilevanti, u tal-operazzjoni kkonċernata, flimkien ma’ inċentiv għall-involviment f’tali operazzjoni, sabiex il-kriżi tkun tista’ tiġi indirizzata. Il-benefiċjarji tal-fondi allokati għall-miżuri ta’ kriżi msemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx ikunu eliġibbli li jirċievu appoġġ għall-istess miżuri ta’ ħsad bikri, distillazzjoni jew qlugħ mill-għeruq tad-dwieli skont l-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament (UE) 2021/2115 implimentati fl-istess ettari. |
Emenda 12
Proposta għal Regolament
Artikolu 1(9)
Anness VII, Parti II, Subparagrafu 2 (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||
|
Il-prodotti tad-dwieli tal-kategoriji stabbiliti fil- punti (4) u (7) jistgħu jinkisbu wkoll, rispettivament, bit-tieni fermentazzjoni ta’ nbejjed dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati , jew biż-żieda tad-diossidu tal-karbonju magħhom, imsemmija fil-punt (1) . |
Il-prodotti tad-dwieli tal-kategoriji stabbiliti
f’:
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
Emenda 13
Proposta għal Regolament
Artikolu 3(1)
Anness VII, Parti II, Subparagrafu 2 (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
|
L-Artikolu 58(1) huwa emendat kif ġej: |
L-Artikolu 58(1) huwa emendat kif ġej: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
Emenda 14
Proposta għal Regolament
Artikolu 3(2)
Anness VII, Parti II, Subparagrafu 2 (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
“2. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-investimenti msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ma għandhiex taqbeż: |
“2. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-investimenti msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ma għandhiex taqbeż: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
‘Madankollu, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-investimenti msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (m), tista’ tiżdied sa 80 % tal-kostijiet tal-investiment eliġibbli għall-investimenti marbuta mal-objettiv tal-kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih stabbilit fl-Artikolu 57, il-punt (b).’; |
‘Madankollu, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-investimenti msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (m), tista’ tiżdied sa 80 % tal-kostijiet tal-investiment eliġibbli għall-investimenti marbuta mal-objettiv tal-kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih stabbilit fl-Artikolu 57, il-punt (b).’; |
||||
|
|
||||
|
“6. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-innovazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ma għandhiex taqbeż: |
‘6. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għall-innovazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ma għandhiex taqbeż: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
L-organizzazzjonijiet kollha tal-produtturi għandhom jirċievu l-istess trattament, jiġifieri t-tipi kollha ta’ assoċjazzjonijiet tal-produtturi, inklużi l-kooperattivi, il-kumpaniji tal-ipproċessar agrikolu u kwalunkwe korp simili ieħor, mhux biss organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, sabiex il-produtturi jitħeġġu jipparteċipaw fil-katina tal-valur.
Emenda 15
Proposta għal Regolament
Artikolu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-prodotti tad-dwieli li jkunu ġew ittikkettati f’konformità mal-Artikolu 119(1), il-punt (a), it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel [data speċifika – 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ] jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq sakemm jiġu eżawriti l-istokkijiet. |
Il-prodotti tad-dwieli li jkunu ġew ittikkettati f’konformità mal-Artikolu 119(1), il-punt (a), it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u prodotti tal-inbid aromatizzat li jkunu ġew ittikkettati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 qabel [data speċifika – 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ] jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq sakemm jiġu eżawriti l-istokkijiet. |
|
|
It-tikketti stampati legalment qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-dwieli u tal-prodotti tal-inbid aromatizzat sakemm jispiċċaw l-istokkijiet. |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)
Kuntest
|
1. |
jinnota li s-settur tal-inbid Ewropew huwa wieħed mill-pilastri ekonomiċi, industrijali kif ukoll kulturali tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi; |
|
2. |
jirrimarka li l-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni Ewropea fl-2024 kienet stmata għal 138,3 miljun ettolitru (-3,5 % meta mqabbla mal-2023); |
|
3. |
jinnota li l-inbid huwa mutur ekonomiku, attrazzjoni turistika, wirt kulturali u ġeografiku, parti mill-identità, u fattur soċjali f’ħafna reġjuni tal-Ewropa, u għadu pilastru ċentrali tal-ekonomija u l-identità rurali; |
|
4. |
jirrimarka l-ħtieġa li s-settur tal-inbid Ewropew jibqa’ kompetittiv, reżiljenti u li jibqa’ saħħa ekonomika vitali fid-deċennji li ġejjin; |
|
5. |
jenfasizza l-modi li bihom l-impatt tat-tibdil fil-klima kien sinifikanti: l-istress idriku, il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, l-epidemiji tal-mard fungali, u proliferazzjoni baxxa lkoll wasslu għal tnaqqis fil-produzzjoni tal-inbid; jissottolinja l-fatt li s-settur tal-inbid, bħas-setturi agrikoli kollha, għandu rwol importanti fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima u fil-promozzjoni tal-bijodiversità, kemm bl-introduzzjoni tal-vitikultura ekoloġika kif ukoll permezz ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni b’impatt ambjentali baxx, il-konservazzjoni tal-ħamrija u l-kontribut għal żieda fid-diversità tal-pajsaġġ, u b’hekk jiġi evitat deterjorament ambjentali ulterjuri u jgħin biex jiġu evitati impatti li jmorru għall-agħar mill-proċess tat-tibdil fil-klima ; |
|
6. |
għalhekk, il-PAK attwali u futura u politiki settorjali oħra jridu jinkludu l-bidliet meħtieġa biex tiġi rikonoxxuta n-natura unika u l-valur strateġiku għoli tal-vinji mingħajr tisqija f’reġjuni differenti tal-Unjoni, mil-Lvant ta’ Spanja sal-Peniżola Taljana, sa reġjuni oħra tal-Mediterran u tan-Nofsinhar tal-Ewropa, kemm minħabba l-funzjoni ekonomika tagħhom kif ukoll f’termini tal-kontribut tagħhom għall-bijodiversità, il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ. Iridu jiġu stabbiliti miżuri li jinkludu skema speċifika ta’ għajnuna diretta adattata għall-kundizzjonijiet tal-vinji mingħajr tisqija, inklużi sussidji addizzjonali għall-azjendi agrikoli f’żoni aridi u parzjalment aridi, inċentivi għall-konservazzjoni ta’ varjetajiet indiġeni u sistemi ta’ kultivazzjoni tradizzjonali, krediti tat-taxxa u appoġġ għad-diġitalizzazzjoni u l-immodernizzar tal-azjendi agrikoli. Barra minn hekk, trid tiġi pprovduta wkoll għajnuna għal proġetti tat-turiżmu tal-inbid, u l-promozzjoni ta’ prodotti lokali u tal-gastronomija marbuta mal-vinji permezz ta’ interventi fis-settur tal-inbid. Għandu jiġi żgurat li kwalunkwe riforma futura tal-PAK tqis l-impatt fuq l-ekonomija, l-impjiegi u l-kultura taż-żoni rurali fejn jinsabu vinji mingħajr tisqija; |
|
7. |
jinnota li l-bidliet demografiċi li qed iseħħu bħalissa, ix-xejriet tal-konsum li qed jinbidlu, u l-inċertezzi tas-suq kellhom impatt sinifikanti fuq l-eżistenza tas-settur u r-reżiljenza tiegħu; |
|
8. |
jinnota li s-sitwazzjoni attwali, ikkaratterizzata minn problemi bħall-impożizzjoni ta’ tariffi u l-evoluzzjoni tagħhom fuq terminu qasir u medju, toħloq inċertezza dwar jekk dawn il-kwistjonijiet, li jistgħu jitqiesu bħala “ċirkostanzi straordinarji” fil-kampanja attwali tal-2025 u dik li jmiss tal-2026, jistgħux idgħajfu l-kontinwità u l-istabbiltà fis-settur fi swieq strateġiċi; |
|
9. |
jinnota t-talba minn ċerti Stati Membri biex jappoġġjaw is-settur tal-inbid permezz ta’ skemi ddedikati ta’ għajnuna mill-Istat approvati mill-Kummissjoni Ewropea b’reazzjoni għat-tensjonijiet kummerċjali trans-Atlantiċi u jissottolinja li approċċ Ewropew ikkoordinat – permezz ta’ strumenti mfassla apposta fil-livell tal-UE – joffri soluzzjoni aktar effettiva u ekwa, li tiżgura li r-reġjuni kollha jkunu jistgħu jaċċessaw l-appoġġ b’kundizzjonijiet ekwi, u fl-istess waqt jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq fi ħdan is-suq uniku; |
|
10. |
jirrimarka li l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Politika tal-UE dwar l-Inbid enfasizza kwistjonijiet, identifika ħtiġijiet u ppropona soluzzjonijiet li ġew inklużi fl-emenda regolatorja proposta mill-Kummissjoni, waqt li stabbilixxa sensiela kkombinata ta’ azzjonijiet immirati, konġunti, rapidi u trasversali. Dawn ikkontribwew għat-tiswir tal-futur tas-settur tal-inbid, u għamluh kompetittiv fl-Unjoni kollha u saħħew l-identità tiegħu bħala espressjoni tat-tradizzjonijiet kulturali, ibbażati fuq l-identità, ġeografiċi, ambjentali u ekonomiċi tal-pajjiżi individwali tal-UE; |
Rakkomandazzjonijiet ta’ politika
|
11. |
jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Politika tal-Inbid adottati fis-17 ta’ Diċembru 2024 u li jinsabu fil-Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2021/20115 u (UE) Nru 251/2014; |
|
12. |
jinnota li l-proposti għal bidliet regolatorji inkwistjoni fil-biċċa l-kbira jqisu t-talbiet li saru fir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Politika tal-Inbid bħala l-ewwel rispons għall-problemi tas-settur. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha b’rispons ukoll għar-rakkomandazzjonijiet li għadhom ma ġewx aċċettati jew li huma aċċettati biss parzjalment; |
|
13. |
jilqa’ l-miżuri introdotti fir-rigward tal-prevenzjoni tal-eċċessi, bħall-qlugħ mill-għeruq tad-dwieli u l-ħsad bikri, li jgħinu biex jistabbilizzaw is-suq u jipproteġu lill-produtturi mill-pressjoni finanzjarja; |
|
14. |
jirrimarka madankollu li l-qtugħ bikri ma jistax isolvi l-iżbilanċi strutturali. Biex din il-miżura tintuża b’mod effettiv, trid tiġi ssemplifikata u ssir aktar flessibbli. Irid ikun possibbli wkoll li r-riżorsi disponibbli taħt il-programmi tas-settur tal-inbid jiġu allokati mill-ġdid bejn id-diversi tipi ta’ interventi matul is-sena attwali jew li r-riżorsi mhux użati jiġu riportati għas-sena ta’ wara; |
|
15. |
jirrimarka li l-miżuri jridu jitfasslu u jiġu implimentati fi djalogu mill-qrib mar-reġjuni u l-awtoritajiet ikkonċernati fil-livell lokali, waqt li tiġi implimentata aktar flessibbiltà, l-użu jiġi ssemplifikat, tiġi promossa l-firxa ta’ varjetajiet reżistenti u tekniki tal-biedja ta’ preċiżjoni u titħeġġeġ il-possibbiltà li r-riżorsi jiġu allokati mill-ġdid fil-programmi tas-settur tal-inbid; |
|
16. |
jenfasizza l-importanza li jinżamm il-qtugħ bikri fil-qafas tal-interventi fis-settur tal-inbid sabiex jiġi żgurat li jkun hemm il-fondi meħtieġa biex jiġi implimentat b’mod effettiv. Il-possibbiltà ta’ finanzjament nazzjonali komplementari se tgħin biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ adattament tas-settur, iżda jeħtieġ li jiġi żgurat li ż-żewġ sorsi ta’ finanzjament, il-FAEG u l-fondi nazzjonali, ikunu kompatibbli u jissodisfaw ir-restrizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għalhekk, jitlob emenda għall-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115 biex tiġi żgurata l-applikabbiltà taż-żewġ sorsi ta’ finanzjament, mingħajr ma jiżdiedu aktar restrizzjonijiet permezz tal-Artikolu 216 tar-Regolament dwar l-OKS. Dan għandu jitqies bl-istess mod fir-rigward tal-miżura tal-qlugħ mill-għeruq; |
|
17. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà ta’ emenda għar-Regolament (UE) 2021/2116 biex tneħħi r-regola li l-fondi tal-FAEG għal interventi fis-settur tal-inbid jridu jiġu allokati kull sena, peress li n-natura annwali tagħhom tagħmilha diffiċli li jiġu ġestiti u użati l-fondi, speċjalment fil-każ ta’ miżuri “mhux strutturali” bħall-qtugħ bikri; |
|
18. |
jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet, b’mod partikolari l-estensjoni tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid, peress li din il-bidla għandha impatt pożittiv f’termini kemm agronomiċi kif ukoll ambjentali; |
|
19. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw indikaturi bbażati fuq il-post biex jimmonitorjaw l-effikaċja tal-miżuri tal-kriżi ffinanzjati minn 20 % tar-riżorsi tal-OKS; jitlob ukoll li titkompla l-għajnuna differenzjata għall-investiment u l-innovazzjoni, b’finanzjament addizzjonali għall-mikrointrapriżi, ir-reġjuni inqas żviluppati u l-azzjoni klimatika; |
|
20. |
iqis li l-kriterji ta’ prijorità għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 iridu jiġu riveduti: għandhom iqisu wkoll iċ-ċertifikazzjoni għas-sostenibbiltà ambjentali, il-produzzjoni organika u s-sistemi ta’ produzzjoni integrata; |
|
21. |
jilqa’ t-tneħħija tal-penali għan-nuqqas ta’ użu ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija permezz tal-konverżjoni tad-dritt ta’ taħwil mill-ġdid, f’konformità mat-tnaqqis fir-ritmu tal-investimenti fis-settur tal-inbid; |
|
22. |
jenfasizza li l-proċeduri ta’ finanzjament għandhom jiġu ssemplifikati dejjem aktar minn perspettiva amministrattiva u jilqa’ l-possibbiltà li jiġu allokati awtorizzazzjonijiet għal deżinjazzjonijiet jew żoni speċifiċi, soġġetti għal konsultazzjoni obbligatorja ta’ konsorzji ta’ protezzjoni; |
|
23. |
jappoġġja l-introduzzjoni tal-armonizzazzjoni tat-tikketti, is-semplifikazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, it-tnaqqis tal-ispejjeż u aċċess aktar trasparenti għall-informazzjoni għall-konsumaturi; għalhekk jilqa’ l-introduzzjoni ta’ kodiċi QR armonizzat għall-informazzjoni obbligatorja, integrat mar-reġistri nazzjonali u l-Passaport Diġitali tal-Inbid. Ir-regoli l-ġodda dwar it-tikkettar għandhom jiġu introdotti b’mod proporzjonat, u f’ċerti każi għandhom jiġu posposti fid-dawl tal-kriżijiet multipli li għaddejjin bħalissa; |
|
24. |
jilqa’ l-possibbiltà li jitqiegħdu prodotti innovattivi fis-suq, bid-deżinjazzjoni speċifika għall-bejgħ ta’ prodotti tad-dwieli b’livell baxx ta’ alkoħol permezz ta’ regoli ċari dwar it-tikkettar u soluzzjonijiet diġitali interoperabbli komuni (blockchain, IoT) għaċ-ċertifikazzjoni, it-traċċabbiltà u l-ġlieda kontra l-iffalsifikar, kif ukoll informazzjoni dwar is-sostenibbiltà ambjentali ta’ kull stadju tal-ipproċessar; |
|
25. |
iwissi dwar il-bżonn li ssir riflessjoni dwar il-komunikazzjoni u l-inizjattivi mmirati lejn is-sensibilizzazzjoni dwar prodotti mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol baxx u l-promozzjoni tal-valur tagħhom, peress li dawn il-prodotti jużaw ħafna enerġija u għandhom kontenut għoli ta’ zokkor, b’effetti negattivi għas-saħħa: kampanji ta’ edukazzjoni dwar il-konsum responsabbli tal-inbid ikkoordinati mal-objettivi Ewropej tas-saħħa pubblika huma essenzjali; |
|
26. |
jappoġġja l-inizjattivi mmirati li jsaħħu t-turiżmu tal-inbid, li jgħin biex jiġi stimulat l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali u fiż-żoni interni. It-turiżmu tal-inbid għandu jibqa’ attività li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent: dan huwa tip ta’ turiżmu “kajman” u sostenibbli, ta’ kwalità għolja, ankrat fil-lokal u ta’ benefiċċju għall-komunitajiet lokali; |
|
27. |
jiddispjaċih li l-miżuri proposti mill-Kummissjoni Ewropea mhumiex akkumpanjati minn baġit speċifiku. L-adozzjoni ta’ emendi leġiżlattivi teħtieġ baġit biex jiġu implimentati u jiġu sodisfati l-ħtiġijiet tas-settur tal-inbid; |
|
28. |
jisħaq li anke fis-settur tal-inbid ħafna inugwaljanzi bejn il-ġeneri ngħelbu permezz tal-ugwaljanza fl-impjiegi, fir-rappreżentanza u fil-ġestjoni tal-azjendi u tal-gruppi tal-produtturi u tal-gruppi tal-ipproċessar tal-prodotti, kif ukoll f’termini tal-promozzjoni tar-reġjuni u tat-turiżmu tal-inbid; |
|
29. |
jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati l-gruppi ta’ produtturi li jimmaniġġjaw l-inbejjed b’indikazzjoni ġeografika billi jiġu integrati t-turiżmu sostenibbli, il-bejgħ dirett u l-ktajjen tal-provvista qosra f’miżuri ta’ appoġġ, f’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar it-Turiżmu 2030; |
|
30. |
jilqa’ ż-żieda fil-limiti massimi tal-għajnuna (sa 80 %) għall-investimenti u l-innovazzjoni relatati mal-mitigazzjoni/l-adattament għat-tibdil fil-klima, li jagħtu prijorità lir-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer iżgħar; |
|
31. |
jappoġġja l-estensjoni tal-kampanji ta’ promozzjoni f’pajjiżi terzi għal ħames snin b’aċċess semplifikat għall-SMEs; |
|
32. |
jirrakkomanda t-tisħiħ tas-sinerġiji bejn il-PAK u l-politiki ta’ koeżjoni għall-finanzjament tal-infrastruttura ekoloġika u blu bl-għan li tiġi appoġġjata r-reżiljenza tal-ilma tal-vinji; jenfasizza li dan għandu jinvolvi wkoll l-użu adatt tar-riżorsi tal-ilma, billi tittieħed azzjoni biex jiġu evitati tnixxijiet u jittaffew il-konsegwenzi ta’ avvenimenti estremi, u biex jiġu mmonitorjati l-kwalità u s-sikurezza tal-ilma kif ukoll is-sistemi ta’ ħżin u rkupru naturali u artifiċjali; |
|
33. |
ifakkar fil-ħtieġa ta’ finanzjament appoġġjat mill-UE biex tiġi indirizzata wkoll ir-reżiljenza soċjali permezz ta’ approċċi integrati ta’ żvilupp rurali li jinvolvu lill-ħaddiema fis-settur tal-inbid, lin-nisa u lill-bdiewa żgħażagħ, u li jiġi promoss l-aċċess għall-akkomodazzjoni, it-trasport u l-konnettività diġitali fir-reġjuni li jipproduċu l-inbid; |
|
34. |
ifakkar fil-ħtieġa li jiġu esplorati għażliet għall-użu tal-baġit ta’ intervent settorjali li ma jintnefaqx għall-finanzjament ta’ miżuri oħra ta’ tbassir u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, kif mitlub mir-Rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Politika tal-Inbid. F’dan ir-rigward, josserva li hemm l-għażla li r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jiġi emendat biex ċertu perċentwal tal-limiti massimi baġitarji tal-programmi ta’ appoġġ imsemmija (stabbiliti fl-Anness VI) jitwarrab biex jintuża għall-finanzjament tal-għajnuna għall-kriżijiet, bil-kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni. |
Brussell, it-2 ta’ Lulju 2025.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Kata TÜTTŐ
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4418/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)