31998R1232



Official Journal L 177 , 22/06/1998 P. 0001 - 0140


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/98

tas-17 ta’ Ġunju 1998

li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 dwar il-klassifika statistika tal-prodotti skond l-attività (KPA) fil-Komunità Ekonomika Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 tad-29 ta’ Ottubru 1993 dwar il-klassifika statistika tal-prodotti skond l-attività fil-Komunità Ekonomika Ewropea [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(b) tiegħu,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3696/93 li jistabbilixxi klassifika statistika tal-prodotti skond l-attività, minn issa ‘l quddiem imsejħa l-KPA, sabiex tissodisfa l-ħtiġiet statistiċi fil-Komunità;

Billi l-emendi magħmula lis-Sistema Armonizzata u lin-Nomenklatura Magħquda skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2448/95 tal-10 ta’ Ottubru 1995 li jemenda l-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [2] jeħtieġu emenda minuri għall-KPA u allinjament u kjarifika tat-test;

Billi wara l-emenda tal-KPA, ser ikun meħtieġ perjodu taż-żmien transitorju;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [3],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 3696/93 huwa hawnhekk mibdul bl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-referenzi għall-HS/CN għandhom jiġu aġġornati fuq il-bażi tal-versjoni ta’ l-1996 tal-HS/CN.

Artikolu 3

1. Il-klassifika nazzjonali tal-prodotti bbażati fuq il-KPA għandhom jiġu addattati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998.

2. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal din it-temma taż-żmien għal perjodu taż-żmien ta’ mhux iktar minn sentejn jekk is-sistemi nazzjonali ta’ l-istatistika jeħtieġu li jiġu addattati.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Ġunju 1998.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault de silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 342, tal-31.12.1993, p. 1.

[2] ĠU L 259, tat-30.10.1995, p. 1.

[3] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-ANNESS TA’ DAN IR-REGOLAMENT ĠIE SOSTITWIT BIR-REGOLAMENT (KE) Nru 204/2002

--------------------------------------------------