|
19.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 308/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1141/2008
tat-13 ta' Novembru 2008
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu addottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifika tal-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li żżid magħha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skond dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni fuq tariffa li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Sistema ta’ moviment lineari magħmula minn mekkaniżmu li jisslajdja b’żewġ skanalaturi u kisja rettangolari esterna bil-bollberings ġewwa. Il-kisja esterna timxi tul l-iskanalaturi fil-mekkaniżmu li jisslajdja permezz tal-bollberings. Is-sistema ta’ moviment lineari tintuża għal tipi differenti ta’ magni, pereżempju, tagħmir għaċ-ċaqliq tal-oġġetti, magni għodod jew apparati tad-DVD. |
8482 10 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(a) tat-Taqsima XVI u tat-test tal-kodiċijiet tan-NM 8482 , 8482 10 u 8482 10 90 . Minħabba li s-sistema ta’ moviment lineari tista’ tintuża għal tipi differenti ta’ magni, ma tistax titqies bħala parti li tista’ tintuża waħidha jew prinċipalment għal xi tip ta’ magna partikolari fit-tifsira tan-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI. Għalhekk, il-klassifikazzjoni tas-sistema bħala parti minn magna taħt intestaturi bħalma huma 8431 , 8466 jew 8522 hija eskluiża. Is-sistema ta’ moviment lineari titqies li hi mekkaniżmu li jisslajdja bil-bollberings li jiċċaqalqu b’mod liberu taħt l-intestatura 8482 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata li jaqgħu taħt l-intestatura 8482 (A), (3)). Ġaladarba s-sistema ta’ moviment lineari hija prodott speċifikat fl-intestatura 8482 , għandha tkun ikklassifikata taħt dik l-intestatura f’konformità man-Nota 2(a) tat-Taqsima XVI. |