Brussell, 27.7.2026

COM(2026) 396 final

ANNESS

ta'

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp stabbilit bil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati tal-EPA fl-SADC, min-naħa l-oħra fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi li jservu bħala arbitri


ANNESS

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI Nru .../2026

TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP

STABBILIT PERMEZZ TAL -

FTEHIM TA' SĦUBIJA BEJN

L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA WAĦDA,

U L-ISTATI EPA SADC, MIN-NAĦA L-OĦRA

tal- … 2026

dwar is-sostituzzjoni tal-lista ta’ individwi li huma

lesti u kapaċi jservu ta’ arbitri

IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

Billi:

(1)Il-Ftehim ilu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-10 ta’ Ottubru 2016 għall-Partijiet kollha għall-Ftehim, ħlief għall-Mozambique. Il-Ftehim ġie applikat b’mod proviżorju bejn il-Mozambique u l-Unjoni Ewropea mill-4 ta’ Frar 2018.

(2)L-Artikolu 103 tal-Ftehim jistabbilixxi l-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp, li jiltaqa’ f’konfigurazzjoni speċifika biex jindirizza kwistjonijiet relatati mal-kummerċ u l-kummerċ koperti taħt il-Parti II tal-Ftehim.

(3)F’konformità mal-Artikolu 94(1) tal-Ftehim, fit-18 ta’ Frar 2019 il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp adotta, permezz tad-Deċiżjoni Nru. 1/2019 il-lista ta’ 21 individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri. Reviżjoni ta’ dik il-lista saret meħtieġa sabiex jinżamm in-numru minimu ta’ arbitri disponibbli.

(4)Il-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri hija magħmula minn tliet sottolisti: sublista waħda għal kull Parti inklużi tmien individwi biex iservu bħala arbitri u sublista waħda ta’ ħames individwi li ma huma ċittadini tal-ebda Parti u li jistgħu jservu bħala president tal-bord ta’ arbitraġġ, li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 94(1) tal-Ftehim.

(6)Mhux meħtieġ li d-Deċiżjoni tiġi adottata fil-lingwi awtentiċi kollha tal-Ftehim peress li d-Deċiżjoni ma temendax id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u hija rilevanti biss għall-operazzjoni interna tas-sistema għas-soluzzjoniji tat-tilwim bejn il-Partijiet.

(7)Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Ftehim, b’mod partikolari l-Parti III tiegħu, il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp għandu jissostitwixxi l-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri b’lista ġdida,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.Il-lista ta’ individwi li huma lesti u kapaċi jservu ta’ arbitri, stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru. 1/2019 tat-18 ta’ Frar 2019 tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp hija b’dan sostitwita bil-lista stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.L-Anness huwa parti integrali minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.Din id-Deċiżjoni ġiet adottata bil-lingwa Ingliża u mfassla f’żewġ kopji. Kull Parti tista’ tittraduċi t-test ta’ din id-Deċiżjoni fil-lingwi meħtieġa għall-proċeduri interni tagħha u għall-informazzjoni tal-pubbliku.

2.Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell...

Għall-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp

Għall-Istati EPA SADC                    Għall-Parti tal-UE


ANNESS

LISTA TA’ ARBITRI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 94

TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA

BEJN

L-UNJONI EWROPEA

U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHOM, MINN NAĦA WAĦDA,

U L-ISTATI EPA SADC, MIN-NAĦA L-OĦRA

L-Arbitri proposti mill-Istati EPA SADC:

1.Sakeus AKWEENDA

2.Nkululeko J. HLOPHE

3.Faizel ISMAIL

4.Kholofelo Ngokoane KUGLER

5.Tsotetsi MAKONG

6.Carlos Joaquim Nogueira MARTINS

7.Leonard Moses PHUTI

8.Sidney PILANE

Arbitri proposti mill-UE:

9.Danae AZARIA

10.Laurence BOISSON DE CHAZOURNES

11.Irina BUGA

12.Mary FOOTER

13.Michael Johannes HAHN

14.Federico ORTINO

15.Joost PAUWELYN

16.Hélène RUIZ FABRI

Arbitri magħżula b'mod konġunt mill-Partijiet (ċittadini barranin li jistgħu jservu bħala President):

17.Ichiro ARAKI

18.Christian HӒBERLI

19.Merit JANOW

20.Makane Moïse MBENGUE

21.Claus VON WOBESER