<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-418/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0418</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:831">EU:C:2022:831</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20221027">27.10.2022</DATE> – Kawża C‑418/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Orthomol</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P>27 ta’ Ottubru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 609/2013</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(2)(g)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament Delegat (UE) 2016/128</KEYWORD><KEYWORD>Prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti tal-ikel li jagħtu benefiċċju ġenerali lill-pazjent</KEYWORD><KEYWORD>Delimitazzjoni fir-rigward tal-prodotti mediċinali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑418/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑28 ta’ Ġunju 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑9 ta’ Lulju 2021, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Orthomol farmazeutische Vertriebs GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Verband Sozialer Wettbewerb eV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, Presidenta tal-Awla, M. L. Arastey Sahún, F. Biltgen, N. Wahl (Relatur) u J. Passer, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Orthomol pharmazeutische Vertriebs GmbH, minn M. Hagenmeyer, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Verband Sozialer Wettbewerb eV, minn H. Reinhardt, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn V. Karra u A. Zacheilas, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn L. Vignato, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Galindo Martín u B.‑R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="181" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 181, p. 35</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="320" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 320, p. 31</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 tal‑25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="025" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 25, p. 30</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Orthomol pharmazeutische Vertriebs GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Orthomol<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Verband Sozialer Wettbewerb eV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>VSW<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar il-kummerċjalizzazzjoni minn Orthomol ta’ prodotti bħala prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Nru 609/2013</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 10, 12, 13, 15 u 25 tar-Regolament Nru 609/2013 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(9)</NO.P><TXT>Rapport mill-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-proċedura ta’ notifika [prevista mid-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="124" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 124, p. 21</REF.DOC.OJ>)] wera li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet minħabba d-definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>prodotti tal-ikel għal użi ta’ nutriment partikolari<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> li kienu jidhru soġġetti għal interpretazzjonijiet li ma jaqblux mill-awtoritajiet nazzjonali. Għaldaqstant, ġie konkluż li biex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar effettiva u armonizzata tal-atti legali tal-Unjoni, tkun meħtieġa reviżjoni tad-[Direttiva 2009/39].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Rapport ta’ studju tad‑29 ta’ April 2009 minn Agra CEAS Consulting, dwar ir-reviżjoni tad-[Direttiva 2009/39], ikkonferma s-sejbiet tar-rapport tal-Kummissjoni tas‑27 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ notifika u indika żieda fl-għadd ta’ prodotti tal-ikel li bħalissa qed jitqiegħdu fis-suq u jiġu klassifikati bħala prodotti tal-ikel<?PAGE NO="3"?> adatti għal użu ta’ nutriment partikolari, minħabba d-definizzjoni wiesgħa stabbilita f’dik id-Direttiva. Ir-rapport ta’ studju wera’ wkoll li l-ikel regolat taħt dik id-Direttiva huwa ferm differenti bejn l-Istati Membri; ikel simili jista’ fl-istess ħin jitqiegħed fis-suq minn Stati Membri differenti bħala ikel għal użu ta’ nutriment partikolari u/jew bħala ikel għal konsum normali, inklużi supplimenti tal-ikel, indirizzati lill-popolazzjoni ġenerali jew lil ċerti sub-gruppi sekondarji minnhom bħan-nisa tqal, nisa b’postmenopawża, anzjani, tfal li għadhom qed jikbru, adolexxenti, individwi differenti li huma attivi u oħrajn. Dawn iċ-ċirkostanzi ifixklu t-tħaddim tas-suq intern, joħolqu inċertezzi legali għall-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi fis-settur kummerċjali tal-ikel b’mod partikolari intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-konsumaturi, filwaqt li r-riskji tal-abbuż tas-suq u t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni ma jistgħux jiġu injorati. Għalhekk jeħtieġ li jitneħħew id-differenzi fl-interpretazzjoni billi jiġi ssimplifikat l-ambjent regolatorju.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-esperjenza turi li ċerti regoli inklużi fi, jew adottati skont, id-[Direttiva 2009/39] ma għadhomx effettivi biex jiggarantixxu t-tħaddim tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>B’hekk, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>prodotti tal-ikel għal użita’ nutriment partikolari<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandu jiġi mħassar u d-[Direttiva 2009/39] għandha tiġi mibdula bl-att preżenti. Għas-simplifikazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan l-att u sabiex tiġi assigurata l-konsistenza tal-applikazzjoni fl-Istati Membri, dan l-att għandu jieħu l-forma ta’ Regolament.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Għadd limitat ta’ kategoriji tal-ikel jikkostitwixxu s-sors parzjali jew ewlieni ta’ tmigħ għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni. Tali kategoriji ta’ ikel huma essenzjali għall-ġestjoni ta’ ċerti kondizzjonijiet u/jew huma essenzjali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi ta’ ċerti gruppi vulnerabbli identifikati tal-popolazzjoni. Dawk il-kategoriji tal-ikel jinkludu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment, l-ikel proċessat biċ-ċereali u l-ikel tat-trabi u l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali. L-esperjenza wriet li d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttivi [tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal‑25 ta’ Marzu 1999 dwar l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 273], [tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal‑5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="338M" PAGE.FIRST="766" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 338M, p. 766</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076M" PAGE.FIRST="422" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 76M, p. 422</REF.DOC.OJ>] u [tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat‑22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="314M" PAGE.FIRST="739" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 314M, p. 739</REF.DOC.OJ>)] jiggarantixxu l-moviment ħieles ta’ dawk il-kategoriji ta’ ikel b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. B’hekk huwa adatt li dan ir-Regolament jiffoka fuq ir-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għal dawk il-kategoriji ta’ ikel, filwaqt li jikkunsidra d-[Direttivi 1999/21, 2006/125 u 2006/141].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>It-tikkettar, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar tal-ikel kopert minn dan ir-Regolament ma għandhomx jattribwixxu lil tali ikel il-propjetà li jipprevjeni, jitratta jew ifejjaq il-mard tal-bniedem u lanqas ma għandhom jimplikaw tali proprjetajiet. Madankollu, ikel għal raġunijiet mediċi speċjali, hu maħsub għall-ġestjoni djetetika ta’ pazjenti b’ħila limitata, debboli jew kompromessa, pereżempju, biex jieħdu ikel normali minħabba marda, disturb<?PAGE NO="4"?> jew kondizzjoni medika speċifika. Ir-referenza għall-ġestjoni djetetika tal-mard, diżordni jew kondizzjonijiet mediċi li għalihom hu maħsub l-ikel m’għandhiex tiġi meqjusa bħala attribuzzjoni tal-karatteristika tal-prevenzjoni, it-trattament jew il-kura ta’ mard tal-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-kategoriji tal-ikel li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ikel proċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ikel għal skopijiet mediċi speċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2)(g) tal-imsemmi regolament jagħti d-definizzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ikel għal skopijiet mediċi speċjali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser ikel ipproċessat jew ifformulat b’mod speċjali u maħsub għall-ġestjoni djetetika tal-pazjenti, inklużi t-trabi, li jintuża taħt sorveljanza medika; huwa maħsub għat-tmigħ esklużiv jew parzjali tal-pazjenti li l-ħila limitata, debboli jew kompromessa tagħhom ma tippermettilhomx jieħdu, jiddiġerixxu, jassorbu, iħaddmu jew ineħħu ikel normali jew ċerti nutrijenti li jkollhom fihom jew il-metaboliti, jew ma’ rekwiżiti nutrittivi oħra b’għan mediku, fejn il-ġestjoni djetetika tagħhom ma tistax tinkiseb biss permezz ta’ tibdil fid-dieta normali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) u (5) ta’ dan l-istess regolament jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kompożizzjoni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun adegwata sabiex tissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi ta’, u tkun adegwata għall-persuni li għalihom hija maħsuba, skont id-data xjentifika ġenerali aċċettata.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="009.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jipprovdu informazzjoni għall-użu adegwat ta’ tali ikel, u ma għandhomx jiżgwidaw, jew jattribwixxu lil tali ikel proprjetajiet għall-prevenzjoni, it-trattament jew il-kura tal-mard tal-bniedem, jew jimplikaw tali proprjetajiet.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Delegat 2016/128</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 3 u 5 tar-Regolament Delegat 2016/128 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>(3)</NO.P><TXT>L-ikel għal skopijiet mediċi speċjali huwa żviluppat f’koperazzjoni mill-qrib ma’ professjonisti tal-kura tas-saħħa għall-benefiċċju ta’ pazjenti milquta minn, jew malnutriti minħabba mard, disturbi jew kundizzjoni medika ta’ dijanjosi speċifika, li tagħmilha impossibbli jew diffiċli ħafna għal dawk il-pazjenti li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni<?PAGE NO="5"?> tagħhom permezz tal-konsum ta’ ikel ieħor. Għal din ir-raġuni dan l-ikel għandu jintuża għal skopijiet mediċi speċjali taħt sorveljanza medika, li tista’ tiġi applikata bl-għajnuna ta’ professjonisti tas-saħħa kompetenti oħra[.]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Il-kompożizzjoni ta’ ikel għal skopijiet mediċi speċjali jista’ jvarja b’mod sostanzjali skont, fost affarijiet oħra, il-marda, id-disturb, jew il-kundizzjoni medika speċifika għall-ġestjoni dijetetika li għalihom il-prodott ikun maħsub, skont l-età tal-pazjenti u l-post fejn huma jirċievu appoġġ għall-kura tas-saħħa, u skont l-użu maħsub tal-prodott. B’mod partikolari, ikel għal skopijiet mediċi speċjali jista’ jiġi kklassifikat f’kategoriji differenti skont jekk il-kompożizzjoni tiegħu hijiex standard jew adattata speċifikament bin-nutrijenti għal marda, disturb jew kundizzjoni medika, u skont jekk dan jikkostitwixxix l-uniku sors ta’ ikel għall-persuni li għalihom huwa maħsub.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Minħabba d-diversità kbira ta’ ikel għal skopijiet mediċi speċjali, l-għarfien xjentifiku li qed jevolvi b’rata mgħaġġla u li fuqu huwa bbażat, u minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata biżżejjed flessibbiltà għall-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-kompożizzjoni għal tali prodotti tal-ikel. Madankollu, huwa importanti li jiġu stabbiliti prinċipji u rekwiżiti speċifiċi għalihom, bil-għan li jkun żgurat li huma sikuri, ta’ benefiċċju u effettivi għall-persuni li għalihom huma maħsuba fuq il-bażi ta’ dejta xjentifika aċċettata b’mod ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament delegat jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ikel għal skopijiet mediċi speċjali huwa kklassifikat f’dawn it-tliet kategoriji:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikel nutrizzjonalment komplut b’formulazzjoni tan-nutrijenti standard, li meta jintuża skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, jista’ jkun is-sors waħdieni tan-nutrizzjoni għall-persuni li għalihom huwa maħsub;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ikel nutrizzjonalment komplut b’formulazzjoni tan-nutrijenti speċifika għal marda, disturb jew kundizzjoni medika, li meta jintuża skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, jista’ jkun is-sors waħdieni tan-nutrizzjoni għall-persuni li għalihom huwa maħsub;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ikel nutrizzjonalment mhux komplut b’formulazzjoni standard jew b’formulazzjoni tan-nutrijenti speċifika għal marda, disturb jew kundizzjoni medika li mhux adattat biex jintuża bħala sors waħdieni ta’ nutrizzjoni[.]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-ikel imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu jista’ jiġi użat ukoll bħala sostituzzjoni parzjali jew bħala suppliment għad-dieta tal-pazjent.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-formulazzjoni tal-ikel għal skopijiet mediċi speċjali għandha tkun imsejsa fuq prinċipji mediċi u nutrizzjonali sodi. L-użu tiegħu, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, għandu jkun sigur, ta’ benefiċċju u effettiv sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni partikolari tal-persuni li għalihom huwa maħsub, kif muri mill-informazzjoni xjentifika aċċettata b’mod ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppat biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tat-trabi għandu jikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I.</ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA>L-ikel għal skopijiet mediċi speċjali għajr dak żviluppat biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tat-trabi għandu jikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni stabbiliti fl-Anness I għandhom japplikaw għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali lest għall-użu, imqiegħed fis-suq kif inhu jew wara preparazzjoni skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2)(e) u (g) tal-imsemmi regolament delegat jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>[…] dawn li ġejjin huma dettalji obbligatorji addizzjonali għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>id-dikjarazzjoni: <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Għall-ġestjoni tad-dieta ta’ …<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> għandha timtela’ fejn hemm il-vojt bil-mard, id-disturbi jew il-kundizzjonijiet mediċi li għalihom huwa maħsub il-prodott;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>deskrizzjoni tal-kwalitajiet u/jew il-karatteristiki li jagħmlu l-prodott utli, b’rabta mal-mard, id-disturbi jew il-kundizzjonijiet mediċi li għall-ġestjoni dijetetika tagħhom huwa maħsub il-prodott, b’mod partikolari, skont il-każ, fejn dan ikun relatat mal-ipproċessar u l-formulazzjoni speċjali, in-nutrijenti li ġew miżjuda, imnaqqsa, eliminati jew immodifikati mod ieħor, kif ukoll il-ġustifikazzjoni għall-użu tal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat 2016/128 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Meta l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali jitqiegħed fis-suq, l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru fejn il-prodott ikun qed jiġi kkumerċjalizzat bl-informazzjoni li tidher fuq it-tikketta, billi jibagħtilha mudell tat-tikketta użata għall-prodott, u bi kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tista’ titlob raġonevolment sabiex tkun stabbilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, sakemm Stat Membru ma jeżentax lill-operatur tan-negozju tal-ikel minn dak l-obbligu skont sistema nazzjonali li tiggarantixxi monitoraġġ uffiċjali effiċjenti tal-prodott konċernat.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2001/83/KE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31 ta’ Marzu 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262), jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsiriet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Prodott mediċinali:</HT></TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi prezentati bħala li għandhom proprjetajiet għat-trattament jew il-prevenzjoni ta’ mard fil-bniedem; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw fil- jew jiġu amministrati lill-bniedem, jew bil-ħsieb li jiġu restawrati, korretti jew modifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi bl-eżerċitar ta’ azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metaolika, jew biex isir dijanjosi mediku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Nru 178/2002</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 327, p. 9</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="227" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 227, p. 5</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ikel<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/><QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ikel<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> (jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>oġġetti ta’ l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>) tfisser kull sustanza jew prodott, sew jekk ipproċessat, parzjalment ipproċessat jew mhux ipproċessat, maħsub li jkun, jew raġonevolment mistenni li jittiekel mill-bniedem.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Ikel<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> m’għandux jinkludi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>prodotti mediċinali skond it-tifsira tad-Direttivi tal-Kunsill 65/65/KEE [tas‑26 ta’ Jannar 1965 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, dwar il-prodott mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="P" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="369" DATE.PUB="1965">ĠU 1965, 22, p. 369</REF.DOC.OJ>)] u 92/73/KEE [tat‑22 ta’ Settembru 1992 li twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 65/65/KEE u 75/319/KEE dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-prodott mediċinali u li tiffissa dispożizzjonijiet kumplimentari għall-prodott mediċinali omeopatiċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="297" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 297, p. 8</REF.DOC.OJ>)]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-Direttivi 65/65 u 92/73, imsemmija fil-punt preċedenti, kienu ġew ikkodifikati mid-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Orthomol hija impriża farmaċewtika li tikkummerċjalizza l-prodotti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Orthomol Immun<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Orthomol AMD extra<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> bħala prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali. Hija tippromwovi dawn il-prodotti billi tindika li l-ewwel wieħed iservi għat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>tisħiħ mediko-nutrizzjonali tas-sistema immunitarja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>jiġu ssodisfatti l-bżonnijiet nutrizzjonali speċifiċi f’każ ta’ defiċit immunitarju ta’ oriġini nutrizzjonali (pereżempju, l-infezzjonijiet reċidivi tas-sistemi respiratorji)<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u li t-tieni wieħed iservi sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>jiġu ssodisfatti bżonnijiet nutrizzjonali fil-każ ta’ deġenerazzjoni makulari marbuta mal-età<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>DMME<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>VSW, assoċjazzjoni li l-għan statutorju tagħha huwa, b’mod partikolari, l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni leali, ippreżentat rikors kontra Orthomol sabiex tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti inkwistjoni bħala prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija sostniet li dawn il-prodotti ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet neċessarji għal tali klassifikazzjoni. VSW osservat li l-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013 jiddefinixxi l-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali billi jipprevedi żewġ każijiet, inapplikabbli għall-prodotti inkwistjoni. Għalhekk, il-mard li dawn il-prodotti huma mistennija li jiġġieldu, jiġifieri d-defiċit immunitarju ta’ oriġini nutrizzjonali u d-DMME, ma huwiex mard li jikkawża tnaqqis, limitazzjoni jew tfixkil tal-kapaċitajiet ta’ assorbiment, ta’ diġestjoni, ta’ assimilazzjoni, ta’ metaboliżmu jew ta’ eskrezzjoni tal-prodotti tal-ikel ordinarji jew ta’ ċerti ingredjenti jew metaboliti fis-sens tal-ewwel każ imsemmi f’din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, it-tieni każ previst fl-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013 jikkonċerna esklużivament il-mard li jiġġenera bżonn enerġetiku u nutrizzjonali partikolari, bħall-fibrożi ċistika, il-kakessija tal-kanċer, il-feriti/ħruq serju/ulċeri tal-pressjoni, u mhux is-sustanzi li jservu sabiex tiġi ttrattata l-marda nnifisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza, il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), tat sentenza li tilqa’ r-rikors għar-raġuni li ma huwiex biżżejjed, sabiex prodott jiġi kklassifikat bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali, li n-nutrijenti jkollhom effetti pożittivi fuq is-seħħ jew l-iżvilupp ta’ marda fis-sens li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni, għat-tnaqqis jew għall-fejqan tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Orthomol appellat minn din is-sentenza quddiem l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din għandha tiddetermina jekk il-prodotti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Orthomol Immun<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Orthomol AMD extra<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jistgħux jiġu kklassifikati bħala prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi u tistaqsi, f’dan il-kuntest, dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett. F’dan ir-rigward, hija tindika li l-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) interpretat il-leġiżlazzjoni preċedenti għar-Regolament Nru 609/2013, jiġifieri d-Direttiva 1999/21 u d-Direttiva 2009/39, fis-sens li għan nutrizzjonali partikolari jeżisti mhux biss meta jkun hemm nuqqas ta’ nutrijenti ta’ oriġini patoloġika, iżda wkoll meta l-konsum nutrizzjonali jkun intiż sabiex marda tiġi miġġielda b’mod ieħor u meta l-konsumatur jista’ jikseb benefiċċju partikolari mill-assorbiment ikkontrollat minn ċerti nutrijenti. Din il-ġurisprudenza hija deskritta bħala li tat lil tali prodotti tal-ikel l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>prodott mediċinali żgħir<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din l-interpretazzjoni tistax tinżamm fil-kuntest tar-Regolament Nru 609/2013. Fil-fatt, mill-oriġini u mill-kliem ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali għandhom jiġu żviluppati, ikunu intiżi u jkunu adegwati għall-pazjenti li r-rekwiżiti nutrizzjonali tagħhom ma jistgħux jiġu ssodisfatti permezz tal-konsum ta’ ikel ordinarju minħabba ċertu mard, disturbi jew stat ta’ saħħa partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li d-defiċit immunitarju ta’ oriġini nutrizzjonali u d-DMME huma mard, hija tixtieq tkun taf jekk il-klassifikazzjoni bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali, skont l-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013, tippreżupponix li l-prodott ikun maħsub sabiex jissodisfa bżonn nutrizzjonali partikolari jew jekk huwiex biżżejjed li dan il-prodott jagħti benefiċċju ġenerali lill-pazjent sa fejn is-sustanzi li jikkomponuh jikkontribwixxu għall-prevenzjoni, għat-tnaqqis jew għall-fejqan ta’ marda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>1)</NO.P><TXT>Taħt liema kundizzjonijiet ikun hemm rekwiżiti nutrittivi oħra b’għan mediku skont l-Artikolu 2(2)(g) tar-[Regolament Nru 609/2013?]</TXT><P>[J]iġifieri: dawn jeżiġu li – kif imsemmi fl-ewwel alternattiva, flimkien mal-ħila limitata, debboli jew kompromessa li jieħdu, jiddiġerixxu, jassorbu, iħaddmu jew ineħħu ikel normali – ikun hemm rekwiżit nutrittiv ikbar minħabba l-marda, li għandu jiġi kopert mill-ikel, jew huwa suffiċjenti li l-pazjent ġeneralment jibbenefika mill-konsum ta’ dan l-ikel peress li s-sustanzi inklużi fih jikkumbattu d-disturb jew inaqqsu s-sintomi?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta skont l-alternattiva msemmija fl-aħħar: L-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>informazzjoni xjentifika aċċettata b’mod ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat [2016/128] teżiġi f’kull każ studju aleatorju, plaċebo-ikkontrollat u double-blind li, minkejja li ma jikkonċernax il-prodott inkwistjoni nnifsu, jipprovdi minn tal-inqas indikazzjonijiet dwar l-effetti invokati?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013 u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jeħtieġ, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali, li l-marda tikkawża rekwiżiti nutrizzjonali addizzjonali, li l-prodott tal-ikel huwa intiż li jkopri, jew jekk huwiex biżżejjed li l-pazjent jikseb benefiċċju ġenerali mill-assorbiment ta’ dan il-prodott tal-ikel peress li s-sustanzi li jkun fih jiġġieldu d-disturb jew itaffu s-sintomi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u, b’mod partikolari, tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, sabiex jiġu ddeterminati s-sens u l-portata tagħha, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont ġurisprudenza stabbilita, mhux biss il-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2020, A.M. (Ittikkettjar ta’ prodotti kożmetiċi), <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑667/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1039">EU:C:2020:1039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013 jirriżulta li l-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali għandhom żewġ karatteristiċi li jippermettu li jiġu distinti minn kategoriji oħra ta’ prodotti. Minn naħa, dawn huma prodotti tal-ikel intiżi sabiex jikkostitwixxu l-ikel esklużiv jew parzjali ta’ pazjenti li għandhom marda, disturb jew stat ta’ saħħa partikolari. Min-naħa l-oħra, dawn huma speċifikament ipproċessati jew ifformulati sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet nutrizzjonali partikolari li jirriżultaw minn tali marda, minn tali disturb jew minn tali stat ta’ saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi rrilevat qabelxejn li, skont l-isem tagħhom stess, il-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali huma prodotti tal-ikel li, min-natura tagħhom, huma intiżi li jittieklu u li jintużaw għall-konsum mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din il-funzjoni nutrizzjonali tal-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali hija kkonfermata mill-fatt li, skont l-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013, dawn huma intiżi li jikkostitwixxu t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>tmigħ esklużiv jew parzjali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ta’ ċerti pazjenti u b’mod partikolari ta’ dawk li jippreżentaw, minħabba l-istat ta’ saħħa tagħhom, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>rekwiżiti nutrittivi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, il-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali ma humiex prodotti tal-ikel ordinarji. Fil-fatt, kif jindika l-isem tagħhom, huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>intiżi għal skopijiet mediċi speċjali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’hekk, mill-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013 jirriżulta, b’mod partikolari, li prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali huwa prodott tal-ikel <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ipproċessat jew ifformulat b’mod speċjali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> sabiex jissodisfa l-bżonnijiet nutrizzjonali partikolari tal-pazjenti u li jista’ jintuża biss taħt kontroll mediku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea ddefinixxa l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> billi kkunsidra żewġ tipi ta’ skopijiet mediċi speċjali li għalihom dawn il-prodotti tal-ikel jistgħu jkunu intiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Huma intiżi jew għall-pazjenti li l-kapaċitajiet tagħhom ta’ assorbiment, ta’ diġestjoni, ta’ assimilazzjoni, ta’ metaboliżmu jew ta’ eskrezzjoni tal-prodotti tal-ikel ordinarji jew ta’ wħud mill-ingredjenti jew metaboliti tagħhom ikunu mnaqqsa, limitati jew kompromessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Jew huma intiżi għal pazjenti li l-istat ta’ saħħa tagħhom jiddetermina rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra li ma jistgħux jiġu ssodisfatti permezz ta’ bidla fid-dieta normali biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel każ previst fl-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013 jikkonċerna l-kategoriji ta’ pazjenti li l-proċess ta’ assorbiment jew ta’ assimilazzjoni tagħhom jew il-metaboliżmu tagħhom huwa kompromess. It-tieni każ imsemmi f’din id-dispożizzjoni jirrigwarda l-pazjenti li għandhom kundizzjonijiet fiżjoloġiċi partikolari u li, konsegwentement, għandhom bżonnijiet speċifiċi f’termini ta’ kompożizzjoni, ta’ konsistenza jew ta’ forma tal-prodotti tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, l-adegwatezza meħtieġa bejn il-prodott tal-ikel, fil-kompożizzjoni, fil-konsistenza jew fil-forma tiegħu, u l-bżonnijiet nutrizzjonali, ikkawżati minn marda, minn disturb jew minn stat ta’ saħħa, li huwa intiż li jissodisfa, teskludi li prodott jiġi kklassifikat bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali għar-raġuni biss li n-nutrijenti li jikkomponuh ikollhom effetti pożittivi fis-sens li jagħtu benefiċċju ġenerali lill-pazjent u li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni, għat-tnaqqis jew għall-fejqan tal-marda, tad-disturb jew tal-istat ta’ saħħa tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, għalkemm il-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali għandhom ikunu maħsuba sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet nutrizzjonali speċifiċi kkawżati minn marda, disturb jew stat ta’ saħħa partikolari, mill-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013 bl-ebda mod ma jirriżulta li huwa biżżejjed, sabiex jiġi kklassifikat bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali, li prodott ikollu tali effetti u jagħti benefiċċju ġenerali lill-pazjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, tali rekwiżit ta’ adegwatezza turi n-natura speċifika tal-funzjoni nutrizzjonali tal-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali. Għalhekk, prodott li, għalkemm jagħti benefiċċju ġenerali lill-pazjent jew, kif iddikjarat minn Orthomol fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni, jiġġieled b’mod ieħor, bis-saħħa tal-konsum nutrizzjonali, kontra marda, disturb jew stat ta’ saħħa, iżda li ma għandux tali funzjoni nutrizzjonali, ma jistax jiġi kklassifikat bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat li l-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali jiddistingwu ruħhom kemm mill-prodotti tal-ikel ordinarji, li jaqgħu taħt ir-Regolament Nru 178/2002, kif ukoll mill-prodotti mediċinali u li dawn it-tliet kategoriji ta’ prodotti huma, fid-dawl tal-karatteristiċi tagħhom stess, is-suġġett ta’ definizzjonijiet kif ukoll ta’ sistemi legali distinti u esklużivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-karatteristiċi u l-funzjonijiet tal-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali huma differenti minn dawk tal-prodotti mediċinali li, skont il-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83, għandhom jinftiehmu bħala kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi ppreżentati bħala li għandhom proprjetajiet għat-trattament jew għall-prevenzjoni ta’ mard fil-bniedem jew kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw fil-bniedem jew li jistgħu jiġu amministrati lilu sabiex jiġu rrestawrati, korretti jew modifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi billi tiġi eżerċitata azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew sabiex issir dijanjożi medika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013 ma jistax jiġi dedott li l-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali huma intiżi sabiex jipprevjenu jew li jfejqu mard fil-bniedem, sabiex jirrestawraw, jikkoreġu jew jimmodifikaw il-funzjonijiet fiżjoloġiċi billi tiġi eżerċitata azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew sabiex issir dijanjożi medika, peress li huma intiżi li jissodisfaw il-bżonnijiet nutrizzjonali tal-pazjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, il-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali ma jippermettux bħala tali l-ġlieda kontra marda, disturb jew stat ta’ saħħa, iżda hija l-funzjoni nutrizzjonali speċifika tagħhom li tippermetti li jiġu kkaratterizzati b’tali mod li prodott li ma huwiex intiż li jissodisfa tali funzjoni ma jistax jiġi kklassifikat bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, jekk pazjent jibbenefika b’mod ġenerali mill-assorbiment ta’ prodott sa fejn is-sustanzi li jikkomponuh jikkontribwixxu għall-prevenzjoni, għat-tnaqqis jew għall-fejqan ta’ marda, dan il-prodott ma jkunx intiż li jitma’ dan il-pazjent, iżda li jikkurah, li jipprevjeni patoloġija jew saħansitra li jirrestawra, jikkoreġi jew jimmodifika l-funzjonijiet fiżjoloġiċi billi tiġi eżerċitata azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika li jimmilita favur klassifikazzjoni ta’ dan il-prodott għajr dik bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-kuntest li fih jaqa’ l-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013 jikkonferma tali interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’hekk, il-premessa 15 ta’ dan ir-regolament tippreċiża li l-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>jikkostitwixxu s-sors parzjali jew ewlieni ta’ tmigħ<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> għal ċerti gruppi tal-popolazzjoni u huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>essenzjali għall-ġestjoni ta’ ċerti kondizzjonijiet u/jew huma essenzjali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> ta’ dawn il-gruppi tal-popolazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-adegwatezza neċessarja bejn prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali u l-bżonnijiet nutrizzjonali kkawżati mill-marda, mid-disturb jew mill-istat ta’ saħħa li huwa intiż li jissodisfa, hija kkonfermata mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 609/2013 u tar-Regolament Delegat 2016/128 dwar il-kompożizzjoni u l-ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 609/2013, il-kompożizzjoni tal-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali għandha tkun adegwata sabiex tissodisfa l-bżonnijiet nutrizzjonali u tkun adegwata għall-pazjenti li għalihom huma intiżi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(5) ta’ dan ir-regolament jippreċiża għalhekk li l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali ma għandhomx jagħtu lil dawn il-prodotti tal-ikel proprjetajiet ta’ prevenzjoni, ta’ trattament jew ta’ fejqan ta’ mard tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, ikun inkoerenti li kieku prodott jiġi kklassifikat bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali għar-raġuni li l-pazjent jibbenefika b’mod ġenerali mill-assorbiment ta’ dan il-prodott peress li s-sustanzi li jkun fih jiġġieldu d-disturb jew itaffu s-sintomi tiegħu filwaqt li jkun ipprojbit li dan jiġi indikat fuq it-tikketta ta’ tali prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit ta’ adegwatezza bejn prodott ikklassifikat bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali u l-bżonnijiet nutrizzjonali kkawżati mill-marda, mid-disturb jew mill-istat ta’ saħħa li huwa intiż li jissodisfa jirriżulta wkoll mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat 2016/128.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, billi tiddefinixxi, fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament delegat, it-tliet kategoriji ta’ prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali, din id-dispożizzjoni teżiġi li l-kompożizzjonijiet rispettivi tagħhom għandhom ikunu adegwati sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet nutrizzjonali speċifiċi għal marda, għal disturb jew għal stat ta’ saħħa. Bl-istess mod, il-paragrafu 2 ta’ din id-dispożizzjoni jindika li l-użu ta’ dawn il-prodotti tal-ikel għandu jkun adegwat b’mod partikolari sabiex jissodisfa l-bżonnijiet nutrizzjonali partikolari tal-persuni li għalihom huma intiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 5(2)(e) u (g) tal-imsemmi regolament delegat jirriżulta li kull prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali għandu jinkludi, minn naħa, l-indikazzjoni tal-bżonnijiet nutrizzjonali u tal-marda, tad-disturb jew tal-istat ta’ saħħa li għalihom huwa previst u, min-naħa l-oħra, deskrizzjoni tal-proprjetajiet u tal-karatteristiċi li jippermettu lill-prodott jissodisfa l-bżonnijiet nutrizzjonali fil-każ tal-marda, tad-disturb jew tal-istat ta’ saħħa li għalih huwa previst.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Tali indikazzjoni tippresupponi li jiġu identifikati l-bżonnijiet nutrizzjonali kkawżati mill-marda, mid-disturb jew mill-istat ta’ saħħa li l-prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali għandu jissodisfa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit ta’ din l-indikazzjoni juri mingħajr ekwivoku li prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali għandu jissodisfa bżonnijiet nutrizzjonali ddefiniti minn marda, disturb jew stat ta’ saħħa partikolari u li prodott li jagħti benefiċċju ġenerali lill-pazjent ma għandux, bħala prinċipju, tali proprjetajiet u karatteristiċi sa fejn ma għandux il-funzjoni li jissodisfa tali bżonnijiet nutrizzjonali partikolari. Minn dan isegwi li tali prodott ma jistax, għal din ir-raġuni, jiġi kklassifikat bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013 hija sostnuta mill-għanijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-premessi 9 u 10 tal-imsemmi regolament, dan għandu, b’mod partikolari, l-għan li jikkjarifika l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>prodotti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> imsemmi fid-Direttiva 2009/39 kif ukoll li jiżgura interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi u xierqa fi ħdan l-Unjoni tal-kategoriji differenti ta’ prodotti tal-ikel li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Tali għan jippreżumi b’mod partikolari li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> ma jiġix interpretat, għal ċerti prodotti, b’mod tant wiesa’ li jaffettwa kategoriji oħra ta’ prodotti li huma s-suġġett ta’ leġiżlazzjonijiet speċifiċi fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, l-interpretazzjoni li tgħid li huwa suffiċjenti, sabiex jiġi kklassifikat bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali, li l-pazjent jibbenefika b’mod ġenerali mill-assorbiment ta’ prodott peress li s-sustanzi li jkun fih jiġġieldu disturb jew itaffu s-sintomi tiegħu tinjora l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti tal-ikel intiżi għal skopijiet mediċi speċjali u tqiegħed inkwistjoni b’mod partikolari d-distinzjoni bejn tali prodotti u l-prodotti mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali tkun tista’ għalhekk tinkiseb jekk il-prodott jiġġieled marda jew disturb li l-pazjent ikun milqut minnu minkejja li ma jissodisfax il-bżonnijiet nutrizzjonali li jirriżultaw minn din il-marda jew minn dan id-disturb, iżda jaqa’ taħt il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali li tissuġġetta t-tqegħid fis-suq ta’ tali prodotti għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-fatt li prodott jippermetti li tiġi miġġielda b’mod ieħor, grazzi għall-konsum nutrizzjonali, marda, disturb jew stat ta’ saħħa ma huwiex suffiċjenti sabiex tali prodott jiġi kklassifikat bħala prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali jekk l-imsemmi prodott ma jkunx intiż li jissodisfa l-bżonnijiet nutrizzjonali partikolari kkawżati minn marda, minn disturb jew minn stat ta’ saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, l-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament Nru 609/2013, u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodott jikkostitwixxi prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali jekk li l-marda tikkawża rekwiżiti nutrizzjonali addizzjonali jew speċifiċi li l-prodott tal-ikel huwa intiż li jkopri, b’tali mod li ma huwiex biżżejjed, għall-finijiet ta’ tali klassifikazzjoni, li l-pazjent jikseb benefiċċju ġenerali mill-assorbiment ta’ dan il-prodott tal-ikel peress li s-sustanzi li jkun fih jiġġieldu d-disturb jew itaffu s-sintomi tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda preliminari, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u<?PAGE NO="14"?> r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009, u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>rekwiżiti nutrizzjonali partikolari oħra<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">prodott jikkostitwixxi prodott tal-ikel intiż għal skopijiet mediċi speċjali jekk li l-marda tikkawża rekwiżiti nutrizzjonali addizzjonali jew speċifiċi li l-prodott tal-ikel huwa intiż li jkopri, b’tali mod li ma huwiex biżżejjed, għall-finijiet ta’ tali klassifikazzjoni, li l-pazjent jikseb benefiċċju ġenerali mill-assorbiment ta’ dan il-prodott tal-ikel peress li s-sustanzi li jkun fih jiġġieldu d-disturb jew itaffu s-sintomi tiegħu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>