European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/69

13.1.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/69

tat-8 ta’ Jannar 2025

dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI/1/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1599 tat-3 ta’ Awwissu 2023 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (l-“Inizjattiva”), inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ.

(2)

Fit-23 ta’ Mejju 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1494 (2) li taħtar lill-Kurunell Sergio PUEBLA GARCÍA bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva mill-15 ta’ Jannar 2024 sal-14 ta’ Lulju 2024. IL-KPS ma ħatar l-ebda kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva mill-14 ta’ Lulju 2024 ’il quddiem.

(3)

Fil-25 ta’ Novembru 2024, l-awtoritajiet Spanjoli pproponew il-ħatra tal-Kaptan Francisco Javier LÓPEZ FUSTER bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva mill-15 ta’ Jannar 2025 (“il-ħatra proposta”).

(4)

Fit-2 ta’ Diċembru 2024, il-Kmandant Militari għall-pilastru militari tal-Inizjattiva appoġġa l-ħatra proposta.

(5)

Fis-6 ta’ Diċembru 2024, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea qabel li jirrakkomanda li l-KPS japprova l-ħatra proposta.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kaptan Francisco Javier LÓPEZ FUSTER;

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kaptan Francisco Javier LÓPEZ FUSTER huwa b’dan maħtur bħala l-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea mill-15 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Jannar 2025.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 196, 4.8.2023, p. 25 ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1599/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1494 tat-23 ta’ Mejju 2024 dwar il-ħatra tal-Kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI/1/2024) (ĠU L, 27.5.2024. ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1494/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/69/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)