23.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1319

tat-22 ta’ Settembru 2020

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Provola dei Nebrodi” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(3)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja biex tirreġistra l-isem “Provola dei Nebrodi” bħala Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Fit-22 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet id-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni mingħand il-Belġju. Il-Kummissjoni għaddiet id-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni li bagħat il-Belġju lill-Italja fil-31 ta’ Ottubru 2019. Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet id-dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni, sal-iskadenza stipulata.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-oppożizzjoni li bagħat il-Belġju u sabet li kienet ammissibbli.

(4)

B’ittra datata d-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jinvolvu ruħhom fil-konsultazzjonijiet rilevanti biex jilħqu ftehim bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(5)

Għalkemm ma ntlaħaq l-ebda ftehim bejn l-Italja u l-Belġju, il-Belġju rtira l-oppożizzjoni tiegħu għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Provola dei Nebrodi” b’ittra datata s-16 ta’ Ġunju 2020 u indirizzata lill-awtoritajiet Taljani.

(6)

Għaldaqstant, id-Denominazzjoni tal-Oriġini “Provola dei Nebrodi” (DOP) jenħtieġ tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Provola dei Nebrodi” (DOP) huwa rreġistrat.

L-isem fl-ewwel paragrafu jirreferi għal prodott tal-Klassi 1.3. Il-ġbaben stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 257, 31.7.2019, p. 18.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).