European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1219

25.4.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1219

tat-23 ta’ April 2024

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li sabiex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji jew taż-żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u tal-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar disa’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-istati ta’ Florida (1), Kansas (1), Michigan (3), Minnesota (1) u New Mexico (3), li ġew ikkonfermati bejn id-9 ta’ April 2024 u s-17 ta’ April 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti stabbiliet żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

L-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI bħala segwitu għat-tifqigħat riċenti fl-istati ta’ Florida, Kansas, Michigan, Minnesota u New Mexico.

(8)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żona bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, jenħtieġ li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat reċenti fl-istati ta’ Florida, Kansas, Michigan, Minnesota u New Mexico, biex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(9)

Barra minn hekk, il-Kanada pprovdiet informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħha fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(10)

Il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-provinċja ta’ Ontario, li ġiet ikkonfermata fit-30 ta’ Jannar 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(11)

Il-Kanada ssottomettiet ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadet biex tipprevjeni aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara din it-tifqigħa tal-HPAI, il-Kanada implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla u tillimita it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestiet ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbiliment tal-pollam infettat.

(12)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada, u jidhrilha li din ipprovdiet garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni miż-żona kkonċernata, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żona kkonċernata tal-Kanada, li minnha kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fl-Istati Uniti u fil-Kanada.

(14)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u biex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada, jenħtieġ li l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament isiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.231 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.231

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

30.1.2024

11.4.2024”;

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.635 sa US-2.643 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.634:

“US

L-Istati Uniti

US-2.635

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

10.4.2024

 

US-2.636

N, P1

 

11.4.2024

 

US-2.637

N, P1

 

9.4.2024

 

US-2.638

N, P1

 

15.4.2024

 

US-2.639

N, P1

 

16.4.2024

 

US-2.640

N, P1

 

17.4.2024

 

US-2.641

N, P1

 

12.4.2024

 

US-2.642

N, P1

 

15.4.2024

 

US-2.643

N, P1

 

17.4.2024”;

 

(b)

fil-Parti 2, fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.635 sa US-2.643 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.634:

“L-Istati Uniti

US-2.635

L-Istat ta’ Kansas

Grant 01

Il-Kontea ta’ Grant: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 101.1879178°W 37.7689217°N)

US-2.636

L-Istat ta’ Minnesota

Meeker 13

Il-Kontea ta’ Meeker: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 94.3821034°W 45.2901552°N)

US-2.637

L-Istat ta’ Michigan

Ionia 02

Il-Kontea ta’ Ionia: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 85.1987301°W 42.9714064°N)”;

US-2.638

L-Istat ta’ Florida

Miami-Dade 03

Il-Kontea ta’ Miami-Dade: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 80.2102564°W 25.8848166°N)

US-2.639

L-Istat ta’ Michigan

Ionia 03

Il-Kontea ta’ Ionia: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 85.0682879°W 42.9613813°N)

US-2.640

L-Istat ta’ Michigan

Newaygo 01

Il-Kontea ta’ Newaygo: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 86.0230039°W 43.5098903°N)

US-2.641

L-Istat ta’ New Mexico

Roosevelt 01

Il-Kontea ta’ Roosevelt: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 103.3347225°W 34.2907985°N)

US-2.642

L-Istat ta’ New Mexico

Roosevelt 02

Il-Kontea ta’ Roosevelt: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 103.4226085°W 34.3052413°N)

US-2.643

L-Istat ta’ New Mexico

Roosevelt 03

Il-Kontea ta’ Roosevelt: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 103.3375608°W 34.2473789°N)”;

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.231 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.231

POU, RAT

N, P1

 

30.1.2024

11.4.2024

GBM

P1

 

30.1.2024

11.4.2024”;

(b)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.635 sa US-2.643 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.634:

“US

L-Istati Uniti

US-2.635

POU, RAT

N, P1

 

10.4.2024

 

GBM

P1

 

10.4.2024

 

US-2.636

POU, RAT

N, P1

 

11.4.2024

 

GBM

P1

 

11.4.2024

 

US-2.637

POU, RAT

N, P1

 

9.4.2024

 

GBM

P1

 

9.4.2024

 

US-2.638

POU, RAT

N, P1

 

15.4.2024

 

GBM

P1

 

15.4.2024

 

US-2.639

POU, RAT

N, P1

 

16.4.2024

 

GBM

P1

 

16.4.2024

 

US-2.640

POU, RAT

N, P1

 

17.4.2024

 

GBM

P1

 

17.4.2024

 

US-2.641

POU, RAT

N, P1

 

12.4.2024

 

GBM

P1

 

12.4.2024

 

US-2.642

POU, RAT

N, P1

 

15.4.2024

 

GBM

P1

 

15.4.2024

 

US-2.643

POU, RAT

N, P1

 

17.4.2024

 

GBM

P1

 

17.4.2024”.

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1219/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)