|
11.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/16 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/98
tad-9 ta’ Jannar 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward ta’ standards armonizzati għat-tagħmir tal-kontroll tal-bozoz, għal-luminarji, għat-tagħmir tal-ittestjar klimatiku u ambjentali u tagħmir ieħor tal-kundizzjonament tat-temperatura, u għat-tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ tal-enerġija
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti b’dawk l-istandards armonizzati jew partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bl-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titoli tal-istandards armonizzati u jwettqu abbozzar, reviżjoni u tlestija ta’ standards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE (“it-talba”). L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn meta saret it-talba lis-CEN, lis-CENELEC u lill-ETSI. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC abbozzaw l-istandard armonizzat EN IEC 61010-2-012:2022 u l-emenda tiegħu EN IEC 61010-2-012:2022/A11:2022, għat-tagħmir tal-ittestjar klimatiku u ambjentali u tagħmir ieħor tal-kundizzjonament tat-temperatura. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC irrevedew l-istandard armonizzat EN 60598-2-22:2014, kif emendat bl-EN 60598-2-22:2014/A1:2020 u kkoreġut bl-EN 60598-2-22:2014/AC:2015, bl-EN 60598-2-22:2014/AC:2016-05 u bl-EN 60598-2-22:2014/AC:2016-09, għal-luminarji tat-tidwil ta’ emerġenza, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (3). Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 60598-2-22:2022. |
|
(5) |
Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC irrevedew ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (4): EN 61557-12:2008, għat-tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni; u EN 60598-1:2015, kif emendat bl-EN 60598-1:2015/A1:2018 u kkoreġut bl-EN 60598-1:2015/AC:2015, EN 60598-1:2015/AC:2016 u EN 60598-1:2015/AC:2017-05, għal-luminarji. Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN IEC 61557-12:2022; u EN IEC 60598-1:2021 u l-emenda tiegħu EN IEC 60598-1:2021/A11:2022. |
|
(6) |
Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC emendaw l-istandard armonizzat EN 61347-2-7:2012, kif emendat bl-EN 61347-2-7:2012/A1:2019, għat-tagħmir tal-kontroll tal-bozoz, li r-referenzi tiegħu ġew ippubblikati mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat emendatorju EN 61347-2-7:2012/A2:2022. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-CENELEC, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi tagħhom jikkonformawx mat-talba. |
|
(8) |
L-istandards armonizzati li ġejjin jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE: EN IEC 61010-2-012:2022, kif emendat bl-EN IEC 61010-2-012:2022/A11:2022; EN IEC 61557-12:2022; EN IEC 60598-1:2021, kif emendat bl-EN IEC 60598-1:2021/A11:2022; EN IEC 60598-2-22:2022; u EN 61347-2-7:2012, kif emendat bl-EN 61347-2-7:2012/A1:2019 u bl-EN 61347-2-7:2012/A2:2022. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards u tal-emendi tagħhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jipprevedi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Biex ikun żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi ta’ dawk l-istandards jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness. |
|
(10) |
Għalhekk jeħtieġ jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60598-2-22:2014 u EN 61347-2-7:2012, flimkien mar-referenzi ta’ kull standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni tagħhom ippubblikati fis-Serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawn ġew riveduti jew emendati. Għalhekk jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. |
|
(11) |
Jeħtieġ ukoll jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 61557-12:2008 u EN 60598-1:2015, flimkien mar-referenzi ta’ kull standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni tagħhom ippubblikat fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawn ġew riveduti. L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li ġew irtirati mis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness. |
|
(12) |
Biex il-manifatturi jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw it-tagħmir elettriku tagħhom kopert bl-istandards armonizzati: EN 61557-12:2008; EN 60598-1:2015, kif emendat bl-EN 60598-1:2015/A1:2018 u kkoreġut bl-EN 60598-1:2015/AC:2015, EN 60598-1:2015/AC:2016 u EN 60598-1:2015/AC:2017-05; EN 60598-2-22:2014 kif emendat bl-EN 60598-2-22:2014/A1:2020 u kkoreġut bl-EN 60598-2-22:2014/AC:2015, EN 60598-2-22:2014/AC:2016-05 u EN 60598-2-22:2014/AC:2016-09; u EN 61347-2-7:2012 kif emendat bl-EN 61347-2-7:2012/A1:2019, l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jeħtieġ jiġi diferit. |
|
(13) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 hija emendata kif ġej:
|
(a) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(b) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mill-11 ta’ Lulju 2024.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassru r-ringieli 14a u 54; |
|
(2) |
ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:
|
|
(3) |
jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
“118. |
EN 60598-1:2015 Luminarji - il-Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet EN 60598-1:2015/AC:2015 EN 60598-1:2015/AC:2016 EN 60598-1:2015/AC:2017-05 EN 60598-1:2015/A1:2018 |
il-11 ta’ Lulju 2024 |
|
119. |
EN 61557-12:2008 Sikurezza elettrika fis-sistemi tad-distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000 V AC u 1 500 V DC - Tagħmir għal ittestjar, kejl jew monitoraġġ tal-miżuri protettivi - il-Parti 12: Tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ tal-enerġija (PMD) |
il-11 ta’ Lulju 2024” |