|
8.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 124/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 170/2007
tas-7 ta' Diċembru 2007
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim” u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat permezz ta' Deċizjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1) |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 li jtemm il-perjodu tranżitorju stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (2) għandu jiġi inkorporat f'dan il-Ftehim |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej se jiddaħħal wara l-punt 7fa (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2004) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim
|
“7fb |
32007 R 0833: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 Li jtemm il-perjodu tranżitorju stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (ĠU L 185, 17.7.2007, p. 9).
Għall-iskopijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament se jinqraw b'din l-emenda li ġejja: Dan ir-Regolament ma japplikax għall-Iżlanda.” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (KE) Nru 833/2007 fil-lingwa Norveġiża li se jiġi pubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.
(*1) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati