|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5291 |
13.10.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/5291)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Pineau des Charentes”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A0489-AM04 — 20.7.2026
1. Isem il-prodott
Pineau des Charentes
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura u għas-Sovranità tal-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2024/1143.
L-emendi ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard kif definiti fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
L-applikazzjoni għall-emenda tad-DOP Pineau des Charentes ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; speċifikament, ma:
|
(a) |
tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija tal-prodott jew prodotti identifikati bl-indikazzjoni ġeografika; |
|
(b) |
tirriskjax li tħassar ir-rabta maż-żona ġeografika; |
|
(c) |
tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal emenda standard.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Żona ġeografika
Deskrizzjoni:
Il-formulazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fit-Taqsima 1 – Żona ġeografika ġiet emendata biex titqies id-diġitalizzazzjoni taż-żoni, li issa jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit elettroniku tal-INAO (Institut national de l’origine et de la qualité, l-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità), u l-aġġornament tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2025. Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-definizzjoni taż-żona ġeografika.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Identifikazzjoni tal-irqajja’ ta’ art
Deskrizzjoni:
Il-proċedura ta’ identifikazzjoni tal-irqajja’ ta’ art tħassret għad-DOP Pineau des Charentes, iżda tibqa’ fis-seħħ għall-ismijiet ġeografiċi supplimentari (SGN) “Île d’Oléron” u “Île de Ré” skont din id-DOP.
Il-proċedura ta’ identifikazzjoni tal-irqajja’ ta’ art kurrentement ftit li xejn hija utli għall-ġestjoni tad-denominazzjoni fil-forma kurrenti tagħha, meta mqabbla ma’ qabel: il-livell ta’ impenn ta’ operatur fil-produzzjoni tal-Pineau issa huwa żgurat minn żewġ proċeduri ta’ allokazzjoni addizzjonali.
Fil-każ tal-SGNs Pineau des Charentes – “Île de Ré” u Pineau des Charentes – “Île d’Oléron”, il-proċedura ta’ identifikazzjoni tal-irqajja’ ta’ art hija ġġustifikata mill-ħtieġa għal kriterji aktar preċiżi u distintivi fir-rigward tal-irqajja’ ta’ art tad-DOP bażi Pineau des Charentes.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Pineau des Charentes”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A0489-AM04 — 20.7.2026
1. Isem/Ismijiet
Pineau des Charentes
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Franza
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
3. |
Inbid likur |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Inbid likur
Karatteristiċi organolettiċi
Il-Pineau des Charentes huwa nbid likur magħmul billi mal-most tal-għeneb jiżdied spirtu mqaddem bid-denominazzjoni tal-oriġini “Cognac” (spirtu minn ċiklu ta’ distillazzjoni preċedenti). Huwa abjad, rożè jew aħmar; id-denominazzjoni tista’ tiġi ssupplimentata bit-termini “vieux” [“qadim”], “très vieux” [“qadim ħafna”] jew “extra vieux” [“straqadim”], skont kemm idum jitqaddem f’kontenituri tal-ballut.
Il-Pineau des Charentes abjad għandu kulur li jvarja minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi ċar.
Il-Pineau des Charentes aħmar għandu kulur qawwi.
Il-Pineau des Charentes abjad ta’ spiss jiżviluppa aromi intensi, li huma ta’ frott (frott frisk jew konfettura) u ta’ fjuri (fjuri bojod) kif ukoll noti ta’ għasel.
Il-Pineau des Charentes aħmar spiss jiżviluppa aromi intensi ta’ frott aħmar u frott iswed maqtugħ frisk, flimkien ma’ noti pikkanti ħfief. Il-Pineau des Charentes rożè huwa ta’ kulur ċar għal fuchsia. Spiss jiżviluppa aromi ta’ frott u noti ta’ bakek ħomor u frott tal-foresta.
Il-Pineau des Charentes jiġi kkonsmat prinċipalment bħala aperitiv. Fil-ħalq, iwassal il-freskezza u r-rotondezza tal-most tal-għeneb frisk. Il-“Cognac”, li jikkontribwixxi għall-korporatura u l-bilanċ ġenerali tal-prodott, jitħallat miegħu, parzjalment permezz tat-tqaddim tiegħu f’kontenituri tal-ballut.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
Il-Pineau des Charentes “Île de Ré” u l-Pineau des Charentes “Île d’Oléron” huma magħmulin minn spirti mqaddma bid-denominazzjoni ta’ oriġini “Cognac” u mosti xi kultant deskritti bħala “oċeaniċi”. Dawn l-ispirti mhux qawwijin, b’togħma ta’ frott, ħelwin u bi ftit jodju jġibu karatteristiċi speċifiċi lill-Pineau des Charentes f’dawn iż-żewġ gżejjer. Il-Pineau des Charentes “Île de Ré” u l-Pineau des Charentes “Île d’Oléron” spiss jiżviluppaw noti ta’ ward u frott taċ-ċitru.
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
22 |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
16 |
|
Aċidità totali minima: |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
— |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
10 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
75 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi:
Il-valuri analitiċi mhux irrappurtati jikkonformaw mal-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
—
Metodu tal-kultivazzjoni
Id-densità minima ta’ tħawwil tad-dwieli hija ta’ 2 200 pjanta għal kull ettaru, u l-ispazju bejn il-flanni huwa ta’ 3 metri jew inqas. Id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ 50 000 għajn għal kull ettaru bl-użu tat-tekniki li ġejjin: - il-metodu Guyot sempliċi jew doppju, bil-pjanta jkollha żarġuna waħda jew tnejn u rimja waħda jew tnejn; - iż-żbir bis-sistema tal-cordon, bir-rimjiet li jkollhom massimu ta’ tliet għejun. L-irrigazzjoni hija pprojbita.
Id-dwieli fiż-żoni ġeografiċi supplimentari tal-“Île de Ré” u l-“Île d’Oléron” għandhom densità minima ta’ tħawwil ta’ 2 800 pjanta għal kull ettaru. Id-distanza bejn il-flanni ta’ dawn id-dwieli ma tistax taqbeż iż-2,70 metri.
7.2. Rendimenti massimi
Inbid likur
|
Rendiment massimu: |
52 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
Most
|
Rendiment massimu: |
85 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
Inbid likur b’ismijiet ġeografiċi supplimentari
|
Rendiment massimu: |
49 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
Most b’isem ġeografiku supplimentari
|
Rendiment massimu: |
76 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
Cabernet Franc N |
|
— |
Cabernet Sauvignon N |
|
— |
Colombard B |
|
— |
Côt N - Malbec |
|
— |
Folle Blanche B |
|
— |
Jurançon Blanc B |
|
— |
Merlot N |
|
— |
Merlot Blanc B |
|
— |
Meslier Saint-François B – Gros Meslier |
|
— |
Montils B |
|
— |
Sauvignon B - Sauvignon Blanc |
|
— |
Sémillon B |
|
— |
Trousseau Gris G - Chauché Gris |
|
— |
Ugni Blanc B |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
1. Żona ġeografika
|
(a) |
Il-ħsad tal-għeneb, il-produzzjoni tal-most u l-produzzjoni, it-tqaddim u l-imballaġġ tal-inbejjed likuri jsiru fil-muniċipalitajiet inizjalment definiti bid-Digriet tal-1 ta’ Mejju 1909, kif emendat, dwar regolamenti amministrattivi li jistabbilixxu l-konfini tar-reġjun bid-dritt esklużiv għall-isem “Cognac” għall-ispirti tiegħu. Iż-żona ġeografika tkopri t-territorju tas-734 muniċipalità jew partijiet minn muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali mill-1 ta’ Jannar 2025:
|
Muniċipalitajiet sħaħ (262)
Agris, Aigre, Ambérac, Anais, Angeac-Champagne, Angeac-Charente, Angeduc, Angoulême, Ars, Asnières-sur-Nouère, Aubeterre-sur-Dronne, Aunac-sur-Charente, Aussac-Vadalle, Baignes-Sainte-Radegonde, Balzac, Barbezières, Barbezieux-Saint-Hilaire, Bardenac, Barret, Bassac, Bazac, Bécheresse, Bellevigne, Bellon, Berneuil, Bessac, Bessé, Birac, Blanzaguet-Saint-Cybard, Boisbreteau, Boisné-La Tude, La Boixe, Bonnes, Bonneuil, Bors (Canton de Charente-Sud), Bors (Canton de Tude-et-Lavalette), Bouëx, Bourg-Charente, Bouteville, Boutiers-Saint-Trojan, Brettes, Bréville, Brie, Brie-sous-Barbezieux, Brie-sous-Chalais, Brossac, Bunzac, Cellettes, Chadurie, Chalais, Challignac, Champagne-Vigny, Champmillon, Champniers, Chantillac, La Chapelle, Charmé, Charras, Chassors, Châteaubernard, Châteauneuf-sur-Charente, Châtignac, Chazelles, Chenon, Chillac, Claix, Cognac, Combiers, Condéon, Coteaux-du-Blanzacais, Coulgens, Coulonges, Courbillac, Courcôme, Courgeac, Courlac, La Couronne, Criteuil-la-Magdeleine, Curac, Deviat, Dignac, Dirac, Douzat, Ébréon, Échallat, Édon, Les Essards, Étriac, Feuillade, Fléac, Fleurac, Fontenille, Fouquebrune, Fouqueure, Foussignac, Garat, Genac-Bignac, Gensac-la-Pallue, Genté, Gimeux, Gond-Pontouvre, Les Gours, Grassac, Graves-Saint-Amant, Guimps, Guizengeard, Gurat, Hiersac, Houlette, L’Isle-d’Espagnac, Jarnac, Jauldes, Javrezac, Juignac, Juillac-le-Coq, Juillé, Julienne, Lachaise, Ladiville, Lagarde-sur-le-Né, Laprade, Lichères, Ligné, Lignières-Ambleville, Linars, Longré, Lonnes, Louzac-Saint-André, Lupsault, Luxé, Magnac-lès-Gardes, Magnac-sur-Touvre, Maine-de-Boixe, Mainxe-Gondeville, Mainzac, Mansle-les-Fontaines, Marcillac-Lanville, Mareuil, Marsac, Marthon, Médillac, Mérignac, Merpins, Mesnac, Les Métairies, Mons, Montboyer, Montignac-le-Coq, Montmérac, Montmoreau, Mornac, Mosnac-Saint-Simeux, Moulidars, Mouthiers-sur-Boëme, Mouton, Nabinaud, Nanclars, Nercillac, Nersac, Nonac, Oradour, Oriolles, Orival, Palluaud, Passirac, Pérignac, Pillac, Plassac-Rouffiac, Poullignac, Poursac, Pranzac, Puymoyen, Puyréaux, Raix, Ranville-Breuillaud, Reignac, Réparsac, Rioux-Martin, Rivières, La Rochette, Ronsenac, Rouffiac, Rougnac, Rouillac, Roullet-Saint-Estèphe, Ruelle-sur-Touvre, Saint-Amant-de-Boixe, Saint-Amant-de-Nouère, Saint-Aulais-la-Chapelle, Saint-Avit, Saint-Bonnet, Saint-Brice, Saint-Ciers-sur-Bonnieure, Saint-Cybardeaux, Saint-Félix, Saint-Fort-sur-le-Né, Saint-Fraigne, Saint-Front, Saint-Genis-d’Hiersac, Saint-Germain-de-Montbron, Saint-Groux, Saint-Laurent-de-Cognac, Saint-Laurent-des-Combes, Saint-Martial, Saint-Médard, Saint-Même-les-Carrières, Saint-Michel, Saint-Palais-du-Né, Saint-Preuil, Saint-Quentin-de-Chalais, Saint-Romain, Saint-Saturnin, Saint-Séverin, Saint-Simon, Saint-Vallier, Saint-Yrieix-sur-Charente, Sainte-Sévère, Sainte-Souline, Salles-d’Angles, Salles-de-Barbezieux, Salles-de-Villefagnan, Salles-Lavalette, Sauvignac, Segonzac, Sers, Sigogne, Sireuil, Souffrignac, Souvigné, Soyaux, Le Tâtre, Torsac, Tourriers, Touvérac, Touvre, Triac-Lautrait, Trois-Palis, Tusson, Val-de-Cognac, Val des Vignes, Val-d’Auge, Val-de-Bonnieure, Valence, Vaux-Lavalette, Vaux-Rouillac, Verdille, Verrières, Verteuil-sur-Charente, Vervant, Vibrac, Vignolles, Villebois-Lavalette, Villefagnan, Villejoubert, Villognon, Vindelle, Vœuil-et-Giget, Vouharte, Voulgézac, Vouzan, Xambes u Yviers.
Muniċipalitajiet parzjalment inklużi (2):
Moulins-sur-Tardoire, iżda biss għaż-żona tal-muniċipalità delegata ta’ Rancogne (16274) f’Jannar 2019; La Rochefoucauld-en-Angoumois, iżda biss għaż-żona tal-muniċipalità delegata ta’ Saint-Projet-Saint-Constant (16344) fl-1 ta’ Jannar 2019.
|
— |
Għal Charente-Maritime (17): Muniċipalitajiet sħaħ (457) |
Agudelle, Aigrefeuille-d’Aunis, Allas-Bocage, Allas-Champagne, Anais, Angliers, Angoulins, Annepont, Annezay, Antezant-la-Chapelle, Arces, Archiac, Archingeay, Ardillières, Ars-en-Ré, Arthenac, Arvert, Asnières-la-Giraud, Aujac, Aulnay, Aumagne, Authon-Ébéon, Avy, Aytré, Bagnizeau, Balanzac, Ballans, Ballon, La Barde, Barzan, Bazauges, Beaugeay, Beauvais-sur-Matha, Bedenac, Belluire, Benon, Bercloux, Bernay-Saint-Martin, Berneuil, Beurlay, Bignay, Biron, Blanzac-lès-Matha, Blanzay-sur-Boutonne, Bois, Le Bois-Plage-en-Ré, Boisredon, Bords, Boresse-et-Martron, Boscamnant, Bougneau, Bouhet, Bourcefranc-le-Chapus, Bourgneuf, Boutenac-Touvent, Bran, La Brée-les-Bains, Bresdon, Breuil-la-Réorte, Breuillet, Breuil-Magné, Brie-sous-Archiac, Brie-sous-Matha, Brie-sous-Mortagne, Brives-sur-Charente, Brizambourg, La Brousse, Burie, Bussac-Forêt, Bussac-sur-Charente, Cabariot, Celles, Cercoux, Chadenac, Chaillevette, Chambon, Chamouillac, Champagnac, Champagne, Champagnolles, Champdolent, Chaniers, Chantemerle-sur-la-Soie, La Chapelle-des-Pots, Chartuzac, Le Château-d’Oléron, Châtelaillon-Plage, Chatenet, Chaunac, Le Chay, Chenac-Saint-Seurin-d’Uzet, Chepniers, Chérac, Cherbonnières, Chermignac, Chevanceaux, Chives, Cierzac, Ciré-d’Aunis, Clam, Clavette, Clérac, Clion, La Clisse, La Clotte, Coivert, Colombiers, Consac, Contré, Corignac, Corme-Écluse, Corme-Royal, La Couarde-sur-Mer, Coulonges, Courant, Courcelles, Courcerac, Courçon, Courcoury, Courpignac, Coux, Cozes, Cram-Chaban, Cravans, Crazannes, Cressé, Croix-Chapeau, La Croix-Comtesse, Dampierre-sur-Boutonne, La Devise, Dœuil-sur-le-Mignon, Dolus-d’Oléron, Dompierre-sur-Charente, Dompierre-sur-Mer, Le Douhet, Échebrune, Échillais, Écoyeux, Écurat, Les Éduts, Les Églises-d’Argenteuil, L’Éguille, Épargnes, Esnandes, Les Essards, Essouvert, Étaules, Expiremont, Fenioux, Ferrières, Fléac-sur-Seugne, Floirac, La Flotte, Fontaine-Chalendray, Fontaines-d’Ozillac, Fontcouverte, Fontenet, Forges, Le Fouilloux, Fouras, Geay, Gémozac, La Genétouze, Genouillé, Germignac, Gibourne, Le Gicq, Givrezac, Les Gonds, Gourvillette, Grandjean, Le Grand-Village-Plage, La Grève-sur-Mignon, Grézac, La Gripperie-Saint-Symphorien, Le Gua, Le Gué-d’Alleré, Guitinières, Haimps, L’Houmeau, Île-d’Aix, La Jard, Jarnac-Champagne, La Jarne, La Jarrie, La Jarrie-Audouin, Jazennes, Jonzac, Juicq, Jussas, Lagord, La Laigne, Landes, Landrais, Léoville, Loire-les-Marais, Loiré-sur-Nie, Loix, Longèves, Lonzac, Lorignac, Loulay, Louzignac, Lozay, Luchat, Lussac, Lussant, Macqueville, Marennes-Hiers-Brouage, Marignac, Marsais, Marsilly, Massac, Matha, Les Mathes, Mazeray, Mazerolles, Médis, Mérignac, Meschers-sur-Gironde, Messac, Meursac, Meux, Migré, Migron, Mirambeau, Moëze, Mons, Montendre, Montguyon, Montils, Montlieu-la-Garde, Montpellier-de-Médillan, Montroy, Moragne, Mornac-sur-Seudre, Mortagne-sur-Gironde, Mortiers, Mosnac, Le Mung, Muron, Nachamps, Nancras, Nantillé, Néré, Neuillac, Neulles, Neuvicq, Neuvicq-le-Château, Nieul-lès-Saintes, Nieulle-sur-Seudre, Nieul-le-Virouil, Nieul-sur-Mer, Les Nouillers, Nuaillé-d’Aunis, Orignolles, Ozillac, Paillé, Pérignac, Périgny, Pessines, Le Pin, Pisany, Plassac, Plassay, Polignac, Pommiers-Moulons, Pons, Pont-l’Abbé-d’Arnoult, Port-d’Envaux, Port-des-Barques, Les Portes-en-Ré, Pouillac, Poursay-Garnaud, Préguillac, Prignac, Puilboreau, Puy-du-Lac, Puyravault, Puyrolland, Réaux sur Trèfle, Rétaud, Rioux, Rives-de-Boutonne, Rivedoux-Plage, Rochefort, La Rochelle, Romazières, Romegoux, Rouffiac, Rouffignac, Royan, Sablonceaux, Saint-Agnant, Saint-Aigulin, Saint-André-de-Lidon, Saint-Augustin, Saint-Bonnet-sur-Gironde, Saint-Bris-des-Bois, Saint-Césaire, Saint-Christophe, Saint-Ciers-Champagne, Saint-Ciers-du-Taillon, Saint-Clément-des-Baleines, Saint-Coutant-le-Grand, Saint-Crépin, Saint-Cyr-du-Doret, Saint-Denis-d’Oléron, Saint-Dizant-du-Bois, Saint-Dizant-du-Gua, Saint-Eugène, Saint-Félix, Saint-Fort-sur-Gironde, Saint-Froult, Saint-Genis-de-Saintonge, Saint-Georges-Antignac, Saint-Georges-de-Didonne, Saint-Georges-des-Agoûts, Saint-Georges-des-Coteaux, Saint-Georges-d’Oléron, Saint-Georges-du-Bois, Saint-Germain-de-Lusignan, Saint-Germain-de-Vibrac, Saint-Germain-du-Seudre, Saint-Grégoire-d’Ardennes, Saint-Hilaire-de-Villefranche, Saint-Hilaire-du-Bois, Saint-Hippolyte, Saint-Jean-d’Angély, Saint-Jean-d’Angle, Saint-Jean-de-Liversay, Saint-Julien-de-l’Escap, Saint-Just-Luzac, Saint-Laurent-de-la-Prée, Saint-Léger, Saint-Loup, Saint-Maigrin, Saint-Mandé-sur-Brédoire, Saint-Mard, Saint-Martial, Saint-Martial-de-Mirambeau, Saint-Martial-de-Vitaterne, Saint-Martial-sur-Né, Saint-Martin-d’Ary, Saint-Martin-de-Coux, Saint-Martin-de-Juillers, Saint-Martin-de-Ré, Saint-Médard, Saint-Médard-d’Aunis, Saint-Nazaire-sur-Charente, Saint-Ouen-d’Aunis, Saint-Ouen-la-Thène, Saint-Palais-de-Négrignac, Saint-Palais-de-Phiolin, Saint-Palais-sur-Mer, Saint-Pardoult, Saint-Pierre-d’Amilly, Saint-Pierre-de-Juillers, Saint-Pierre-de-l’Isle, Saint-Pierre-d’Oléron, Saint-Pierre-du-Palais, Saint-Pierre-La-Noue, Saint-Porchaire, Saint-Quantin-de-Rançanne, Saint-Rogatien, Saint-Romain-de-Benet, Saint-Saturnin-du-Bois, Saint-Sauvant, Saint-Sauveur-d’Aunis, Saint-Savinien, Saint-Seurin-de-Palenne, Saint-Sever-de-Saintonge, Saint-Séverin-sur-Boutonne, Saint-Sigismond-de-Clermont, Saint-Simon-de-Bordes, Saint-Simon-de-Pellouaille, Saint-Sorlin-de-Conac, Saint-Sornin, Saint-Sulpice-d’Arnoult, Saint-Sulpice-de-Royan, Saint-Thomas-de-Conac, Saint-Trojan-les-Bains, Saint-Vaize, Saint-Vivien, Saint-Xandre, Sainte-Colombe, Sainte-Gemme, Sainte-Lheurine, Sainte-Marie-de-Ré, Sainte-Même, Sainte-Radegonde, Sainte-Ramée, Sainte-Soulle, Saintes, Saleignes, Salignac-de-Mirambeau, Salignac-sur-Charente, Salles-sur-Mer, Saujon, Seigné, Semillac, Semoussac, Semussac, Le Seure, Siecq, Sonnac, Soubise, Soubran, Soulignonne, Souméras, Sousmoulins, Surgères, Taillant, Taillebourg, Talmont-sur-Gironde, Tanzac, Ternant, Tesson, Thaims, Thairé, Thénac, Thézac, Thors, Le Thou, Tonnay-Boutonne, Tonnay-Charente, Torxé, Les Touches-de-Périgny, La Tremblade, Trizay, Tugéras-Saint-Maurice, La Vallée, Vanzac, Varaize, Varzay, Vaux-sur-Mer, Vénérand, Vergeroux, La Vergne, Vergné, Vérines, Vervant, Vibrac, Villars-en-Pons, Villars-les-Bois, La Villedieu, Villedoux, Villemorin, Villeneuve-la-Comtesse, Villexavier, Villiers-Couture, Vinax, Virollet, Virson, Voissay, Vouhé u Yves.
|
— |
Għal Dordogne (24): Muniċipalitajiet sħaħ (3) |
Parcoul-Chenaud, La Roche-Chalais u Saint Aulaye-Puymangou.
|
— |
Għal Deux-Sèvres (79): Muniċipalitajiet sħaħ (10) |
Beauvoir-sur-Niort, Le Bourdet, La Foye-Monjault, Granzay-Gript, Mauzé-sur-le-Mignon, Plaine-d’Argenson, Prin-Deyrançon, La Rochénard, Val-du-Mignon u Le Vert.
Il-mapep li juru ż-żona ġeografika jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità.
|
(b) |
Għall-ismijiet ġeografiċi supplimentari “Île d’Oléron” u “Île de Ré” tad-denominazzjoni Pineau des Charentes, l-operazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi elenkati hawn taħt. L-istadji li ġejjin iridu jsiru fiż-żona ġeografika approvata mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità fil-laqgħa tal-kumitat nazzjonali rilevanti fis-6 ta’ Frar 2025: il-most u l-ispirti jridu jsiru minn għeneb maħsud u vinifikat fiż-żona ġeografika ta’ kull isem ġeografiku supplimentari definit hawn taħt. It-tqaddim għall-ismijiet ġeografiċi supplimentari “Île de Ré” u “Île d’Oléron” tad-denominazzjoni Pineau des Charentes irid isir fiż-żona ġeografika ta’ kull isem ġeografiku supplimentari definit hawn taħt. Iż-żona ġeografika tal-isem ġeografiku supplimentari “Île d’Oléron” tkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali mill-1 ta’ Jannar 2024:
La Brée-les-Bains, Le Château-d’Oléron, Dolus-d’Oléron, Le Grand-Village-Plage, Saint-Denis-d’Oléron, Saint-Georges-d’Oléron, Saint-Pierre-d’Oléron u Saint-Trojan-les-Bains. |
Iż-żona ġeografika tal-isem ġeografiku supplimentari “Île de Ré” tkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali mill-1 ta’ Jannar 2024:
|
— |
Għal Charente-Maritime: Muniċipalitajiet sħaħ (10) |
Ars-en-Ré, Le Bois-Plage-en-Ré, La Couarde-sur-Mer, La Flotte, Loix, Les Portes-en-Ré, Rivedoux-Plage, Saint-Clément-des-Baleines, Sainte-Marie-de-Ré u Saint-Martin-de-Ré.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
3. |
Inbid likur |
Sommarju tar-rabta
Il-Pineau des Charentes huwa prodott li l-eżistenza u l-istorja tiegħu huma marbuta mal-produzzjoni tal-ispirtu “Cognac”. Tabilħaqq, l-ispeċifiċità ewlenija tal-Pineau des Charentes hija li huwa magħmul bl-użu tal-ispirtu “Cognac”, u r-rabta bejn iż-żewġ prodotti hija aktar u aktar qawwija peress li l-most tal-għeneb u l-ispirtu “Cognac” użat fil-produzzjoni jridu jiġu mill-istess azjenda.
Bħala medja, il-produzzjoni tal-Pineau des Charentes teħtieġ l-użu tal-ekwivalenti ta’ żewġ irqajja’ ta’ art għall-produzzjoni tal-ispirtu “Cognac” u ta’ roqgħa art għall-produzzjoni tal-most tal-għeneb. Għalhekk, f’konformità mal-għarfien prattiku li nibet minn prattiki storiċi, kull produttur jagħżel dawk l-irqajja’ ta’ art fl-azjenda tiegħu li huma l-aktar adattati għall-produzzjoni tal-most bl-aktar kontenut għoli ta’ zokkor, filwaqt li jżomm il-bqija taż-żona tar-roqgħa art għall-produzzjoni tal-inbejjed aċidużi li għandhom kontenut ta’ alkoħol baxx u li huma adatti għall-produzzjoni tal-ispirtu “Cognac”. Is-sħana tas-sajf, flimkien mal-moderatezza u x-xemx qawwija fi tmiem l-istaġun, u l-umdità tal-arja jippromwovu l-maturazzjoni tal-ħsad u jgħinu wkoll biex jinkiseb most li għandu ammonti għoljin ta’ zokkor.
Għall-Pineau des Charentes “Île de Ré” u għall-Pineau des Charentes “Île d’Oléron”, il-klima aktar oċeanika, il-ħamrija aktar baxxa u aktar ramlija li tinfluwenza r-reġim tal-ilma, l-istrutturar madwar il-kooperattivi u l-prattiki storiċi tal-gżejjer ifissru li l-irqajja’ ta’ art huma ġestiti u magħżula għall-produzzjoni tal-most b’mod li huwa differenti mill-kontinent u speċifiku għall-gżejjer.
Il-Pineau des Charentes jitqaddem f’kontenituri tal-ballut b’ħila kbira, u jirrifletti l-prattiki u l-għarfien prattiku użati għall-produzzjoni tal-ispirtu “Cognac”, u dan jippermetti li l-inbid jitjieb u jikseb il-karatteristiċi speċifiċi aromatiċi u tat-togħma tiegħu.
Ir-rekwiżit li l-prodott jiġi imballat fiż-żona ġeografika huwa marbut mal-prattiki tal-produzzjoni u mat-tradizzjoni li l-Pineau des Charentes jiġi kkunsmat id-dar. Għandu l-għan li jippreserva l-karatteristiċi u l-ispeċifiċità tal-prodott, li huwa ppreparat skont metodu speċjali u bi tqaddim twil, filwaqt li jħalli lok għal traċċabilità aħjar u spezzjoni aktar effiċjenti tal-prodott. Din id-dispożizzjoni hija akkumpanjata mill-obbligu li jitwaħħal, fuq kull flixkun, kapsun ta’ garanzija jew timbru ta’ garanzija maħruġ mill-korp ta’ protezzjoni u ġestjoni. Din issegwi r-regola stabbilita sa mill-1946 fid-Digriet dwar ir-rikonoxximent tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, li kienet tagħmel it-tqegħid tal-inbejjed fiċ-ċirkolazzjoni soġġett għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ dewqan minn esperti lokali.
Għalhekk, il-Pineau des Charentes ħa identità li ħafna drabi hija kkaratterizzata minn aromi terzjarji, tipiċi tat-tqaddim f’kontenitur tal-ballut. Filwaqt li l-Pineau des Charentes baqa’ prodott ikkonsmat fid-dar, jiġifieri strettament lokali, għal kważi tliet sekli, kiseb reputazzjoni reali lil hinn miż-żona tal-produzzjoni tiegħu meta kiber kummerċjalment fil-bidu tas-seklu 20. Illum, madwar kwart tal-produzzjoni hija kkummerċjalizzata barra minn Franza, f’diversi kontinenti, fejn ir-reputazzjoni tal-Pineau des Charentes ġiet akkumpanjata minn żieda fil-bejgħ (l-Ewropa tal-Punent u tat-Tramuntana, il-Kanada, eċċ.).
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Tqaddim u imballaġġ
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Imballaġġ fiż-żona ġeografika definita
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
L-inbejjed likuri rożè jitqaddmu sa mill-inqas l-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad. L-inbejjed likuri ħomor jitqaddmu għal mill-inqas 12-il xahar, inkluż tal-anqas għal 8 xhur f’kontenituri tal-ballut. L-inbejjed likuri bojod jitqaddmu għal mill-inqas 18-il xahar, inkluż tal-anqas għal 12-il xahar f’kontenituri tal-ballut. L-inbejjed likuri eliġibbli għat-terminu “vieux” [“qadim”] jitqaddmu għal aktar minn 7 snin f’kontenituri tal-ballut. Taħlita ta’ diversi nbejjed likuri tista’ tiġi ttikkettata bħala “vieux”, sakemm l-inbejjed likuri kollha jkunu ġew imqaddma għal aktar minn 7 snin f’kontenituri tal-ballut. L-inbejjed likuri eliġibbli għat-terminu “très vieux” [“qadim ħafna”] jew l-ekwivalenti tiegħu “extra vieux” [“straqadim”] jitqaddmu għal aktar minn 12-il sena f’kontenituri tal-ballut. Taħlita ta’ diversi nbejjed likuri tista’ tiġi ttikkettata bħala “très vieux”, jew l-ekwivalenti tagħha “extra vieux”, sakemm l-inbejjed likuri kollha jkunu tqaddmu għal aktar minn 12-il sena f’kontenituri tal-ballut. Ir-rekwiżit li l-prodott jiġi imballat fiż-żona ġeografika jirriżulta mill-prattiki tal-produzzjoni u mit-tradizzjoni li l-Pineau des Charentes inizjalment kien jiġi kkunsmat id-dar, u għandu l-għan li jippreserva l-karatteristiċi u l-ispeċifiċità tal-inbid. Dan il-prodott irid jitħejja bl-użu tal-għarfien prattiku speċifiku kemm fir-rigward tal-coupage tal-inbid kif ukoll tat-tqaddim tiegħu fl-injam f’ambjent ossidattiv. Għal din ir-raġuni, il-prodott bl-ebda mod ma jista’ jiġi ttrasportat, u kwalunkwe ġestjoni wara t-tqaddim trid tkun limitata, sabiex ma jiġux kompromessi l-kwalitajiet miksuba permezz ta’ metodu ta’ produzzjoni li ġie pperfezzjonat teknikament. Barra minn hekk, il-limitazzjoni tal-imballaġġ għaż-żona ġeografika ttejjeb it-traċċabbiltà u tiffaċilita l-ispezzjoni tal-prodott. L-inbejjed jiġu introdotti fis-suq għall-konsumatur fi fliexken tal-ħġieġ mgħammra b’kapsun jew timbru ta’ garanzija.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Tikkettar
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Il-vendemmja tista’ tiġi indikata għall-inbid likur jekk 100 % tal-inbid ikun mill-istess sena ta’ produzzjoni tal-Pineau des Charentes. L-isem tad-denominazzjoni jista’ jiġi ssupplimentat bit-termini “vieux” [“qadim”] jew “très vieux” [“qadim ħafna”] (jew l-ekwivalenti tiegħu “extra vieux” [“straqadim”]) fil-każ ta’ nbejjed likuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni stabbiliti għal dawk it-termini f’din l-ispeċifikazzjoni. Referenza għat-tqaddim hija awtorizzata għall-Pineau des Charentes meta jkun hemm perjodu ta’ tqaddim ta’ 3 snin f’kontenitur tal-ballut. It-tqaddim indikat ma jistax jaqbeż il-perjodu ta’ żmien li l-prodott ikun tqaddem f’kontenitur tal-ballut. Fil-każ ta’ nbejjed prodotti minn diversi varjetajiet, it-tqaddim indikat huwa dak tal-lott bl-aktar perjodu qasir ta’ tqaddim f’kontenitur tal-ballut.
Id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Pineau des Charentes tista’ tkun segwita mill-ismijiet ġeografiċi supplimentari “Île de Ré” jew “Île d’Oléron” għall-inbejjed likuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni stabbiliti għal dawn l-SGNs.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-5d7e4695-8e58-4a4c-b216-a6a790be134e
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5291/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)