|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4534 |
16.7.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11552 — TOTALENERGIES / OQ SAOC / MARSA LIQUEFIED NATURAL GAS JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4534)
1.
Fl-4 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TotalEnergies EP Oman Development B.V. (“TEEPOD”, in-Netherlands), ikkontrollata minn TotalEnergies SE (“TTE”, Franza), |
|
— |
OQ SAOC (Oman), ikkontrollata mill-Gvern tal-Oman permezz tal-Awtorità tal-Investiment tal-Oman (Oman), |
|
— |
Marsa Liquefied Natural Gas LLC (“Marsa LNG”, Oman). |
TEEPOD u OQ SAOC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Marsa Liquefied Natural Gas LLC (“Marsa LNG”) kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
TEEPOD hija prinċipalment attiva fil-likwefazzjoni tal-gass u fil-produzzjoni taż-żejt fl-Oman. TTE hija kumpanija globali tal-enerġija attiva prinċipalment fil-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt u l-bijofjuwils, il-gass naturali u l-gassijiet ekoloġiċi, l-enerġija rinnovabbli, u l-elettriku, |
|
— |
OQ SAOC hija kumpanija globali tal-enerġija attiva fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt, tal-gass u tal-petrokimiċi. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Marsa LNG se jkunu l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-operat ta’ proġett ta’ bunkering tal-gass naturali likwifikat fl-Oman, li se jipprovdi gass naturali likwifikat bħala fjuwil lill-bastimenti tal-baħar.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11552 — TOTALENERGIES / OQ SAOC / MARSA LIQUEFIED NATURAL GAS JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4534/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)