|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2998 |
26.5.2025 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE)
tat-22 ta’ Mejju 2025
dwar il-ħatra ta’ erba’ membri full-time tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu
(C/2025/2998)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2024, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2024/1620 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (l-“Awtorità”). |
|
(2) |
L-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2024/1620 jipprovdi għall-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità magħmul mill-President tal-Awtorità u ħames membri full-time, inkluż il-Viċi President. Dawk il-ħames membri full-time għandhom jinħatru mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, wara l-preżentazzjoni lill-Parlament Ewropea ta’ proposta tal-Bord Ġenerali tal-Awtorità, ibbażata fuq il-lista mqassra ta' kandidati kwalifikati mfassla mill-Kummissjoni, u l-approvazzjoni ta’ dik il-proposta mill-Parlament Ewropew. Dak l-Artikolu jipprovdi wkoll għal mandat ta’ erba’ snin għall-membri full-time tal-Bord Eżekuttiv. |
|
(3) |
Fid-29 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni ppreparat lista mqassra ta' kandidati għall-ħatra tal-ħames membri full-time tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità u pprovdietha lill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill ġie infurmat bil-lista mqassra fl-istess jum. |
|
(4) |
Fil-11 ta' Marzu 2025, il-Bord Ġenerali tal-Awtorità adotta proposta għall-ħatra tas-Sur Simonas KRĖPŠTA, is-Sa Rikke-Louise PETERSEN, is-Sur Marcus PLEYER, is-Sa Derville ROWLAND u s-Sur Juan Manuel VEGA SERRANO bħala l-ħames membri full-time tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità u ppreżentaha lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. Fit-3 ta' April 2025, il-Parlament Ewropew approva l-proposta għall-ħatra tal-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità. |
|
(5) |
Fit-8 ta' Mejju 2025, is-Sur Marcus PLEYER irtira l-kandidatura tiegħu għal raġunijiet personali. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) 2024/1620, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-istabbiliment tal-Awtorità u għall-operat inizjali tagħha sal-31 ta' Diċembru 2025. Fid-dawl tal-kompiti u s-setgħat mogħtija lilu, huwa xieraq li l-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità jiġi stabbilit minnufih biex jiżgura trasferiment bla xkiel u rapidu. Għaldaqstant, jenħtieġ li jinħatru erba' membri full-time tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura bħala membri full-time tal-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu għal mandat ta' erba' snin mill-1 ta' Ġunju 2025:
|
— |
Is-Sur Simonas KRĖPŠTA |
|
— |
Is-Sa Rikke-Louise PETERSEN |
|
— |
Is-Sa Derville ROWLAND |
|
— |
Is-Sur Juan Manuel VEGA SERRANO. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARANOWSKI
(1) ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1620/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2998/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)