|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2233 |
7.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2233
tas-6 ta’ Novembru 2025
li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-Clostridium butyricum TO-A bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Novembru 2021, il-kumpanija TOA Biopharma Co. Ltd. (“l-applikant”) issottomettiet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tintroduċi l-Clostridium butyricum TO-A fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-ikel ġdid jintuża fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), għall-popolazzjoni ġenerali li għandha aktar minn 3 xhur. |
|
(4) |
Fl-10 ta’ Novembru 2021, l-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data proprjetarja li ġejja: proċess tal-manifattura (4), analiżi nutrizzjonali (parti 1–5) (5), analiżi tas-C. butyricum (parti 1–5) (6), analiżi tal-purità (parti 1–5) (7), studju AMES (8), studju tal-mikronukleu (9), studju AMES tas-supernatant (10), studju tal-mikronukleu fuq ċelloli iżolati mis-supernatant (11), studju in vivo tal-mikronukleu u tal-kometa fuq ċelloli iżolati mis-supernatant (12), studju dwar l-effiċjenza tal-liżi bil-pressa ta’ French (13), immaġnijiet SEM tal-Appendiċi 1 (14), test AMES bil-liżat (15), studju bit-test tal-mikronukleu b’analiżi tal-liżat (16) u studju dwar it-tossiċità subkronika (17). |
|
(5) |
Fit-8 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tipprovdi opinjoni xjentifika dwar il-Clostridium butyricum TO-A bħala ikel ġdid. |
|
(6) |
Fil-25 ta’ Marzu 2025, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of Clostridium butyricum TO-A as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (18) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Filwaqt li jitqies il-fatt li l-applikant talab li l-ikel ġdid jintuża fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE għall-popolazzjoni ġenerali li għandha aktar minn 3 xhur, fl-opinjoni tagħha l-Awtorità indikat li l-popolazzjoni fil-mira għall-ikel ġdid jenħtieġ li tkun ristretta għat-tfal li għandhom aktar minn 3 snin, għall-adolexxenti u għall-adulti, minbarra n-nisa tqal u n-nisa li qed ireddgħu. Dan kien ibbażat fuq il-kunsiderazzjoni li l-kolonizzazzjoni inizjali xierqa tal-batterji tal-kanal gastrointestinali fil-bnedmin, b’mod partikolari matul l-ewwel 3 snin tal-ħajja, taffettwa b’mod profond is-saħħa matul l-infanzja u t-tfulija, li ftit li xejn huwa magħruf dwar kif il-mikrobijota materna ssawwar is-sistema immunitarja bejn l-omm u l-fetu matul it-tqala, li t-tfixkil tal-mikrobijota kmieni fil-ħajja jista’ jkollu effetti fit-tul fuq is-saħħa fil-ħajja adulta u filwaqt li jitqies li l-istudju tat-tossiċità orali ta’ 90 jum sar fil-firien adulti, li jfixkel l-estrapolazzjoni tar-riżultati għall-istadji bikrija tal-ħajja fil-bnedmin. |
|
(8) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-Clostridium butyricum TO-A huwa sikur f’ammonti ta’ 1,0×108 CFU kuljum għat-tfal (minn 3 sa < 10 snin), 2,0×108 CFU kuljum għall-adolexxenti minn 10 sa < 14-il sena, 2,8×108 CFU kuljum għall-adolexxenti minn 14 sa < 18-il sena, u 3,2×108 CFU kuljum għall-adulti, minbarra n-nisa tqal u n-nisa li qed ireddgħu. Għalhekk, dik l-opinjoni xjentifika tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li meta jintuża b’tali mod li ma jaqbiżx dawk il-livelli fis-supplimenti tal-ikel, il-Clostridium butyricum TO-A jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni tiegħu fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(9) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità nnutat ukoll li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-ikel ġdid kienet ibbażata fuq id-data proprjetarja dwar il-proċess tal-manifattura, l-analiżi nutrizzjonali (parti 1–5), l-analiżi tas-C. butyricum (parti 1–5), l-analiżi tal-purità (parti 1–5), l-istudju AMES, l-istudju tal-mikronukleu, l-istudju AMES tas-supernatant, l-istudju tal-mikronukleu fuq ċelloli iżolati mis-supernatant, l-istudju in vivo tal-mikronukleu u tal-kometa fuq ċelloli iżolati mis-supernatant, l-istudju dwar l-effiċjenza tal-liżi bil-pressa ta’ French, l-immaġnijiet SEM tal-Appendiċi 1, it-test AMES bil-liżat, l-istudju bit-test tal-mikronukleu b’analiżi tal-liżat u l-istudju dwar it-tossiċità subkronika, li mingħajrhom ma setgħetx tivvaluta l-ikel ġdid u tasal għall-konklużjoni tagħha. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni talbet lill-applikant jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni li kien ipprovda fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dik id-data u dawk l-istudji, u biex jiċċara l-pretensjoni tiegħu li jkollu dritt esklużiv ta’ referenza għalihom f’konformità mal-Artikolu 26(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(11) |
L-applikant iddikjara li fil-waqt meta ssottometta l-applikazzjoni huwa kellu d-drittijiet proprjetarji u esklużivi ta’ referenza għall-istudji rilevanti, u li l-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu legalment għal dik id-data. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u tqis li dan kien wera biżżejjed provi li kien issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għalhekk, id-data dwar il-proċess tal-manifattura, l-analiżi nutrizzjonali (parti 1–5), l-analiżi tas-C. butyricum (parti 1–5), l-analiżi tal-purità (parti 1–5), l-istudju AMES, l-istudju tal-mikronukleu, l-istudju AMES tas-supernatant, l-istudju tal-mikronukleu fuq ċelloli iżolati mis-supernatant, l-istudju in vivo tal-mikronukleu u tal-kometa fuq ċelloli iżolati mis-supernatant, l-istudju dwar l-effiċjenza tal-liżi bil-pressa ta’ French, l-immaġnijiet SEM tal-Appendiċi 1, it-test AMES bil-liżat, l-istudju bit-test tal-mikronukleu b’analiżi tal-liżat u l-istudju dwar it-tossiċità subkronika, jenħtieġ li jiġu protetti f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat jintroduċi l-Clostridium butyricum TO-A fis-suq tal-Unjoni matul perjodu ta’ 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Madankollu, tali restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni u r-referenza għad-data li tinsab fil-fajl tal-applikant għall-użu tiegħu biss ma twaqqafx lil applikanti sussegwenti milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tissejjes fuq informazzjoni miksuba legalment li tappoġġa t-tali awtorizzazzjoni. |
|
(14) |
Jixraq li l-inklużjoni tal-Clostridium butyricum TO-A bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid ikun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. F’konformità mal-kundizzjonijiet tal-użu tas-supplimenti tal-ikel li fihom il-Clostridium butyricum TO-A kif proposti mill-applikant, huwa neċessarju li l-konsumaturi jiġu infurmati permezz ta’ tikkettar xieraq dwar l-użi tas-supplimenti tal-ikel li fihom il-Clostridium butyricum TO-A. |
|
(15) |
Il-Clostridium butyricum TO-A jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-Clostridium butyricum TO-A huwa awtorizzat li jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni.
Il-Clostridium butyricum TO-A għandu jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-kumpanija TOA Biopharma Co. Ltd (19). biss hija awtorizzata li tintroduċi fis-suq tal-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fl-Artikolu 1, għal perjodu ta’ 5 snin mis-27 ta’ Novembru 2025, sakemm ma jkunx hemm xi applikant sussegwenti li jikseb awtorizzazzjoni għal dak l-ikel il-ġdid mingħajr referenza għad-data xjentifika protetta skont l-Artikolu 3 jew bi qbil mal-kumpanija TOA Biopharma Co. Ltd.
Artikolu 3
Id-data xjentifika li tinsab fil-fajl tal-applikazzjoni u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283 ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm mhux bi qbil mal-kumpanija TOA Biopharma Co. Ltd.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj).
(3) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/46/oj).
(4) L-Anness_I_2_1_1 tal-applikazzjoni.
(5) L-Anness_I_3_1_1 tal-applikazzjoni.
(6) L-Anness_I_3_1_2 tal-applikazzjoni.
(7) L-Anness_I_3_1_3 tal-applikazzjoni.
(8) L-Anness_I_9_2_1 tal-applikazzjoni.
(9) L-Anness_I_9_2_2 tal-applikazzjoni.
(10) L-Anness_I_9_2_3 tal-applikazzjoni.
(11) L-Anness_I_9_2_4 tal-applikazzjoni.
(12) L-Anness_I_9_2_5 tal-applikazzjoni.
(13) L-Anness_I_9_2_6 tal-applikazzjoni.
(14) L-Anness_I_9_2_6 tal-applikazzjoni.
(15) L-Anness_I_9_2_7 tal-applikazzjoni.
(16) L-Anness_l_9 _2_8 tal-applikazzjoni.
(17) L-Anness_l_9_3 tal-applikazzjoni.
(18) EFSA Journal 2025;23:e9371.
(19) Indirizz: 2-1-11, Sasazuka, Shibuya, Tokyo, il-Ġappun.
ANNESS
L-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2233/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)