<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-314/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0314</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:42">EU:C:2018:42</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180125">25.1.2018</DATE> – Kawża C-314/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180125">25 ta’ Jannar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Trasport</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/126/KE</KEYWORD><KEYWORD>Liċenzja tas-sewqan</KEYWORD><KEYWORD>Definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C kif ukoll D1</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-314/16,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fl-<DATE ISO="20160601">1 ta’ Ġunju 2016</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J. Hottiaux u Z. Malůšková, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ċeka</HT>, irrappreżentata minn M. Smolek, T. Müller u J. Vláčil, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász (Relatur), li qed jaġixxi bħala President ta’ Awla, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>billi ma ssodisfatx l-obbligu li tikkategorizza taħt id-definizzjoni tal-kategoriji C1 u C, biss il-vetturi bil-mutur minbarra dawk tal-kategoriji D1 u D, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(d) u (f) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="403" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 403, p. 18</REF.DOC.OJ>), u</P></ITEM><ITEM><P>billi llimitat id-definizzjoni tal-kategorija D1 għall-vetturi bil-mutur maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ iktar minn tmien passiġġieri, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(h) ta’ din id-direttiva.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-<DATE ISO="19910729">29 ta’ Lulju 1991</DATE> dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317), kienet tipprovdi, fl-Artikolu 3(2) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Fil-kategoriji A, B, B + E, C, C + E, D and D + E, tista’ tinħareġ liċenzja speċifika tas-sewqan għas-sewqan tal-vetturi fis-subkategoriji li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><HT TYPE="ITALIC">Is-Subkategorija D1:</HT></P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-vetturi tal-mutur użati għall-ġarr tal-persuni u li jkollhom aktar minn tmien postijiet bil-qiegħda b’żieda mal-post tas-sewwieq iżda mhux aktar minn 16-il post bil-qiegħda b’żieda mal-post tas-sewwieq; il-vetturi bil-mutur f’din is-subkategorija jistgħu jingħaqdu ma’ trailer li jkollu massa massima awtorizzata li ma taqbiżx is-750 kilogramma;</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 2 u 12 tad-Direttiva 2006/126:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(2)</NO.P><TXT>Ir-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan huma essenzjali fl-implementazzjoni tal-politika tat-trasport komuni, jikkontribwixxu għat-titjib tas-sigurtà fit-toroq, u jiffaċilitaw il-moviment liberu ta’ persuni li jkunu sejrin jagħmlu r-residenza tagħhom fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun inħarġet il-liċenzja. […] Minkejja l-progress milħuq permezz ta’ l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan, għadhom jippersistu differenzi sinifikattivi bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-regoli dwar sotto-kategoriji ta’ vetturi, li jeħtieġu li jiġu armonizzati aktar bis-sħiħ, sabiex jikkontribwixxu għall-implementazzjoni tal-politika tal-Komunità.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Id-definizzjonijiet tal-kategoriji għandhom jirriflettu aktar il-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi konċernati u l-ħiliet meħtieġa sabiex tinsaq vettura.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/126 tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[l]-Istati Membri għandhom jintroduċu liċenzja tas-sewqan nazzjonali bbażata fuq il-mudell Komunitarju stabbilit fl-Anness I, skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Din id-direttiva tipprovdi, fl-Artikolu 4 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kategoriji, definizzjonijiet u età minima<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-liċenzja tas-sewqan prevista fl-Artikolu 1 għandha tawtorizza s-sewqan ta’ vetturi b’mutur fil-kategoriji definiti aktar ’l isfel. Hija tista’ tinħareġ mill-età minima indikata għal kull kategorija. <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Vettura b’mutur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kwalunkwe vettura, barra vettura li timxi fuq linji ta’ ferrovija, bi propulsjoni awtonoma li timxi fuq it-triq permezz tal-qawwa tagħha stess.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Vetturi bil-mutur:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>vettura bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kwalunkwe vettura b’mutur, normalment użata għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija fuq it-triq jew għall-ġbid, fuq it-triq, ta’ vetturi użati għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija. Dan it-terminu għandu jinkludi trolleybuses, jiġifieri vetturi konnessi ma’ konduttur elettriku u li ma jimxux fuq binarji. It-terminu ma għandux jinkludi tratturi agrikoli jew tal-forestrija;</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Kategorija C1:</TXT><P>vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D, li l-massa massima awtorizzata tagħhom taqbeż <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kg, iżda ma taqbizx <FT TYPE="NUMBER">7500</FT> kg u li jkunu proġettati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur f’din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma’ karru ta’ massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>Kategorija C:</TXT><P>vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-Kategoriji D1 jew D, li l-massa massima awtorizzata tagħhom taqbeż <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kg u li jkunu proġettati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur f‘din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma’ karru ta’ massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>Kategorija D1:</TXT><P>vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn 16-il passiġġier minbarra s-sewwieq u ta’ tul massimu ta’ mhux aktar minn tmien metri; il-vetturi bil-mutur f’din il-kategorija jistgħu jiġu kombinati ma’ karru ta’ massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>Kategorija D:</TXT><P>vetturi bil-mutur proġettati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn 8 passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur li jistgħu jinstaqu b’liċenzja tal-Kategorija D jistgħu jiġu kombinati ma’ karru ta’ massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Traspożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard minn 19 ta’ Januar 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), (2), (3) u (4)(b) sa (k) […]. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjoniet.</ALINEA></PARAG><ALINEA>Huma għadhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn 19 ta’ Januar 2013.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Rekwiżiti minimi għat-testijiet tas-sewqan<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-Sezzjoni A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>It-test teoretiku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fil-punt 4, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Id-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, tal-Anness II tad-Direttiva 2006/126, il-punti 4.1.9 u 4.1.10 ta’ dan l-anness jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>4.1.9.</NO.P><TXT>Il-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: il-kontroll tat-tagħbija (l-istivar u l-irbit), id-diffikultajiet rigward id-diversi tipi ta’ tagħbijiet (e.ż. il-likwidi, it-tagħbijiet sospiżi), it-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija u l-użu ta’ l-apparat tat-tagħbija (il-Kategoriji C, CE, C1, C1E biss);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.1.10</NO.P><TXT>Ir-responsabbiltà tas-sewwieq rigward it-trasport tal-passiġġieri; il-kumdità u s-sigurtà tal-passiġġieri; il-ġarr tat-tfal; il-verifiki meħtieġa qabel qabel is-sewqan; kull tip ta’ karozza tal-linja għandu jkun rappreżentat fit-test tat-teorija [karrozzi tal-linja u coaches għat-trasport pubbliku, karrozzi tal-linja b’dimensjonijiet speċjali, eċċ] [kategoriji D, DE, D1 u D1E biss].<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Taħt l-istess titolu I, fis-Sezzjoni B, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>It-test ta’ ħila u ta’ komportament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, il-punt 8, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-ħiliet u l-komportament li għandhom jiġu ttestjati rigward il-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, il-punti 8.1.6, 8.1.8, 8.2.3 u 8.2.4 tal-imsemmi anness jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>8.1.6</NO.P><TXT>Kontroll tal-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: l-istruttura, il-pjanċi, il-bibien mnejn tidħol it-tagħbija, il-mekkaniżmu tat-tagħbija (jekk ikun hemm), l-illokkjar tal-kabina (jekk ikun hemm), il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-Kategoriji C, CE, C1, C1E biss).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>8.1.8</NO.P><TXT>Li persuna tkun kapaċi sabiex tieħu l-miżuri speċjali tas-sigurtà rigward il-vettura; tikkontrolla persunitha [il-karozzerija], il-bibien tas-servizz, il-ħruġ ta’ l-emerġenza, l-apparat ta’ l-ewwel għajnuna, l-apparat tat-tifi tan-nar u l-apparat l-ieħor ta’ sigurtà (il-Kategoriji D, DE, D1, D1E biss).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>8.2.3</NO.P><TXT>L-ipparkjar bla periklu ma’ rampa/pjattaforma tat-tagħbija jew ma’ stallazzjoni simili (il-kategoriji C, CE, C1, C1E biss);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8.2.4</NO.P><TXT>L-ipparkjar biex il-passiġġieri jitħallew jitilgħu jew jinżlu minn fuq ix-xarabank bla periklu (il-kategoriji D, DE, D1, D1E biss).<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 80a(1)(g) sa (i) taz-Zákon č. č. 361/2000 Sb. o provozu na pozemních komunikacích a o změnách některých zákonů (il-Liġi Nru 361/2000 dwar it-Traffiku fuq ir-Rotot ta’ Trasport fuq l-Art), fil-verżjoni applikabbli għal din il-kawża, tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Fil-kategorija</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>C1 hemm inklużi vetturi bil-mutur, bl-eċċezzjoni ta’ tratturi, li l-massa massima awtorizzata tagħhom teċċedi <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kg iżda ma teċċedix <FT TYPE="NUMBER">7500</FT> kg, li huma intiżi għat-trasport ta’ mhux iktar minn tmien persuni, minbarra s-sewwieq, u li jistgħu jiġu gganċjati ma’ rmonk ta’ massa massima awtorizzata li ma teċċedix 750 kg;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>C hemm inklużi vetturi bil-mutur, bl-eċċezzjoni ta’ tratturi u ta’ vetturi imsemmija fil-punt (g), li l-massa massima awtorizzata tagħhom teċċedi <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kg, li huma intiżi għat-trasport ta’ mhux iktar minn tmien persuni, minbarra s-sewwieq, u li jistgħu jiġu gganċjati ma’ karru ta’ massa massima awtorizzata li ma teċċedix 750 kg;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>D1 hemm inklużi vetturi bil-mutur b’tul li ma jeċċedix 8 m, li huma intiżi għat-trasport ta’ bejn 8 u sa mhux iktar minn 16–il persuna, minbarra s-sewwieq, u li jistgħu jiġu gganċjati ma’ karru ta’ massa massima awtorizzata li ma teċċedix 750 kg.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Ċeka, li fiha ġibdet l-attenzjoni ta’ dan l-Istat Membru għall-fatt li ċerti dispożizzjonijiet tal-legiżlazzjoni tagħha dwar id-definizzjoni tal-kategoriji tal-vetturi C1, C u D1 ma kinux konformi mad-Direttiva 2006/126.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara li eżaminat l-argumenti ppreżentati mir-Repubblika Ċeka, li jinsabu fir-risposta ta’ din l-ittra tat-<DATE ISO="20141008">8 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-Kummissjoni, fis-<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, bagħtet opinjoni motivata, li fiha stiednet lil dan l-Istat Membru jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-opinjoni motivata fi żmien xahrejn minn meta tiġi rċevuta. Fuq talba tar-Repubblika Ċeka, dan it-terminu ġie estiż sas-<DATE ISO="20150527">27 ta’ Mejju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150522">22 ta’ Mejju 2015</DATE>, ir-Repubblika Ċeka wieġbet għall-opinjoni motivata billi indikat, rigward id-definizzjoni tal-kategoriji C, C1 u D1 tal-liċenzji tas-sewqan, li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>sabiex jiġi eskluż kull riskju ta’ ambigwità u sabiex ikun hemm ċertezza legali ikbar, ir-Repubblika Ċeka taċċetta li temenda parzjalment id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li ma rċeviet ebda indikazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi hekk previsti u billi qieset li, fi kwalunkwe każ, l-allegat nuqqas kien għadu fis-seħħ fid-data tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl opinjoni motivata, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinvoka żewġ motivi. Permezz tal-ewwel motiv tagħha, hija ssostni li, minkejja li d-definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C jipprevedu espliċitament li hemm inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-kategoriji D1 u D<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, id-dritt Ċek ma rriproduċix dan il-kriterju. Peress li l-imsemmi kriterju huwa madankollu determinanti sabiex tiġi stabbilita b’mod korrett id-distinzjoni neċessarja bejn il-kategoriji C/C u D1/D, in-nuqqas hekk imwettaq ikollu l-konsegwenza li, fl-Istat<?PAGE NO="6"?> Membru inkwistjoni, id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C1 jew C ikun awtorizzat isuq vettura intiża għat-trasport ta’ mhux iktar minn tmien passiġġieri, indipendentement mill-fatt li din il-vettura tkun ġiet intiża għat-trasport ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija, filwaqt li d-Direttiva 2006/126 teżiġi liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D1 jew D jekk il-vettura tkun maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li, filwaqt li l-Artikolu 4(4)(h) tad-Direttiva 2006/126 jiddefinixxi l-kategorija D1 bħala dik li tinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>vetturi bil-mutur projettati u mibnija għat-trasport ta’ mhux iktar minn 16-il passiġġier minbarra s-sewwieq<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, id-dritt Ċek, billi impona numru minimu ta’ tmien persuni, introduċa kundizzjoni addizzjonali, kuntrarjament għall-Artikolu 4(4)(h) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ motivi, il-Kummissjoni tispjega li, tradizzjonalment, il-kategorija C tikkategorizza vetturi bil-mutur intiżi għat-trasport tal-merkanzija, filwaqt li l-kategorija D tikkategorizza vetturi bil-mutur intiżi għat-trasport tal-passiġġieri. Madankollu, dan ma jipprekludix lill-vetturi bil-mutur tal-kategorija C milli jittrasportaw ukoll passiġġieri. F’dan il-każ, ikun hemm inkwistjoni persunal ittrasportat prinċipalment minħabba l-manteniment tat-tagħbija u mhux passiġġieri li jivvjaġġaw minn punt A sa punt B.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li ċerti karatteristiċi tekniċi tal-kategoriji C u C1 huma identiċi għal dawk tal-kategoriji D1 u D, il-Kummissjoni tenfasizza n-neċessità li tiddelimita bi preċiżjoni l-kategoriji C1 u C, minn naħa, u l-kategoriji D1 u D, min-naħa l-oħra. Id-delimitazzjoni li ssir f’dan ir-rigward mid-Direttiva 2006/126, jiġifieri t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-kategoriji D1 u D<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li jinsabu fid-definizzjoni tal-kategoriji C1 u C, tfisser konsegwentement li l-vetturi bil-mutur li jissodisfaw il-kriterji tekniċi tal-kategoriji C1/C u D1/D, iżda li huma prinċipalment intiżi għat-trasport ta’ passiġġieri, jaqgħu taħt il-kategorija D1 u D, filwaqt li l-vetturi li ma jappartjenux mal-kategoriji D1 u D jaqgħu taħt il-kategoriji C1 u C.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ċeka tqis li r-rikors ma huwiex fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont dan l-Istat Membru, b’ebda mod ma huwa neċessarju li ssir traspożizzjoni letterali tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126, sa fejn l-għan persegwit minn dawn id-dispożizzjonijiet jintlaħaq. Dan huwa l-każ peress li d-delimitazzjoni, fuq livell nazzjonali, tal-kategoriji tal-vetturi C1, C u D1, filwaqt li ma hijiex ifformulata f’termini identiċi għal dawk ta’ din id-direttiva, tiggarantixxi li ebda vettura ma tkun tista’ taqa’ f’diversi kategoriji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-limitu minimu ta’ tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq, ipprovdut fid-dritt Ċek, huwa neċessarju peress li, skont l-imsemmi Stat Membru, il-vetturi li jaqgħu taħt il-kategorija D1 jirrappreżentaw subdiviżjoni tal-kategorija D.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ dan il-limitu minimu, il-kategorija D1, sa fejn tinkludi l-vetturi bil-mutur ta’ tul massimu ta’ 8 metri li jistgħu jittrasportaw mhux iktar minn sittax-il passiġġier, tassorbi <HT TYPE="ITALIC">de</HT> <HT TYPE="ITALIC">facto</HT> l-kategoriji C1 u C.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, konformement mal-premessa 2 tad-Direttiva 2006/126, ir-regoli dwar il-liċenzja tas-sewqan huma fattur essenzjali tal-politika komuni tat-trasport, jikkontribwixxu għat-titjib tas-sigurtà stradali u jiffaċilitaw il-moviment liberu ta’ persuni li jittrasferixxu r-residenza tagħhom fi Stat Membru għajr l-Istat Membru emittenti tal-liċenzja tas-sewqan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-diversi sinjifikati bejn l-Istati Membri f’dan il-qasam, id-Direttiva 2006/126, li hija t-tielet direttiva dwar il-liċenzja tas-sewqan, hija intiża, kif tattesta din l-istess premessa, li twassal għal armonizzazzjoni iktar stretta sabiex tikkontribwixxi għat-twettiq tal-politika tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fost il-metodi li hija tipprovdi sabiex jitwettaq dan l-għan, hemm, b’mod partikolari, definizzjonijiet tal-kategoriji li, skont il-premessa 12 ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>għandhom jirriflettu aktar il-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi konċernati u l-ħiliet meħtieġa sabiex tinsaq vettura<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 80/1263/KEE tal-<DATE ISO="19801204">4 ta’ Diċembru 1980</DATE> dwar l-istabbiliment ta’ liċenzja tas-sewqan Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="375" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1980">ĠU 1980 L 375, p. 1</REF.DOC.OJ>) kienet stabbilixxiet l-ewwel kategorizzazzjoni ta’ vetturi għall-finijiet tal-istabbiliment tal-mudell Komunitarju tal-liċenzja tas-sewqan nazzjonali, id-Direttiva 91/439, li ssostitwixxiet din l-ewwel direttiva, introduċiet diversi speċifikazzjonijiet rigward id-definizzjoni ta’ kategoriji tal-vetturi u tat-tipi ta’ liċenzji tas-sewqan meħtieġa għas-sewqan ta’ dawn il-vetturi, inkluż, b’mod partikolari, definizzjoni iktar mirquma u delimitazzjoni aħjar tal-kategoriji differenti tal-liċenzji tas-sewqan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Filwaqt li ssoktat bl-armonizzazzjoni f’dan il-qasam, id-Direttiva 2006/126 ippreċiżat, fir-rigward tal-kategoriji C u C1, li t-tnejn li huma jkopru vetturi bil-mutur maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ mhux iktar minn tmien passiġġieri, u li d-differenza bejniethom kienet barra minn hekk il-massa massima awtorizzata. Fir-rigward tal-kategoriji D u D1, filwaqt li żammet il-limitu minimu ta’ tmien passiġġieri għall-kategorija D, id-Direttiva 2006/126 ħassret dan l-istess limitu għall-kategorija D1, b’mod li, għal din l-aħħar kategorija, japplika biss il-limitu massimu ta’ sittax-il passiġġier.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dawn il-preċiżjonijiet u dawn il-modifiki fir-rigward tad-Direttiva 91/439 ippermettew, kif tispjega l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li ċerti vetturi issa jaqgħu fil-kategorija D1, u mhux iktar fil-kategorija C1. Bħala eżempju, il-Kummissjoni ssemmi l-minibus lussuża kif ukoll karozzi b’armatura privati. Dawn il-vetturi, sa fejn huma maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ mhux iktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq u sa fejn it-tul massimu ma jeċċedix it-tmien metri, issa jaqgħu f’kategorija għalihom, fid-dawl tal-karatteristiċi tekniċi u tal-użu tipiku tagħhom, jiġifieri l-kategorija D1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-kategoriji C u C1, iddefiniti, konformement mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/126, rispettivament fil-paragrafu 4(d) u (f) ta’ dan l-artikolu, ikopru vetturi bil-mutur għajr dawk tal-kategoriji D1 jew D, li l-massa massima awtorizzata tagħhom teċċedi <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kg, fir-rigward tal-vetturi tal-kategorija C, jew teċċedi <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kg iżda ma taqbiżx <FT TYPE="NUMBER">7500</FT> kg, fir-rigward ta’ vetturi tal-kategorija C1, li huma maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ mhux iktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq. Il-kategorija D1, iddefinita fil-paragrafu 4(h) tal-istess artikolu, tkopri l-vetturi bil-mutur maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ mhux iktar minn sittax-il passiġġier minbarra s-sewwieq u li għandhom tul massimu ta’ mhux iktar minn 8 metri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dritt Ċek, id-definizzjoni tal-kategoriji C u C1 ma tirriproduċix id-delimitazzjoni tal-kategoriji C/C1 u D/D1 prevista fid-dritt tal-Unjoni u espressa bit-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-kategoriji D1 u D<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Għalhekk, jidher li d-dritt Ċek ma rriproduċiex it-tħassir tal-limitu minimu ta’ tmien passiġġieri li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni jintroduċi bl-adozzjoni tad-Direttiva 2006/126 fil-kuntest tal-evoluzzjoni regolamentari msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ tali diskrepanzi fid-definizzjoni għandha l-konsegwenza li l-vetturi li jaqgħu fil-kategorija D1 jistgħu jinsaqu, skont id-dritt Ċek, minn detenturi tal-liċenzja C1, li jmur kontra l-għan tad-Direttiva 2006/126.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-eżempji ppreżentati mill-Kummissjoni, jiġifieri l-minibuses lussużi kif ukoll il-karozzi b’armatura privati li għandhom l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt 27 tas-sentenza preżenti, juru l-eżistenza ta’ tali diverġenzi. Fil-fatt, filwaqt li, konformement mal-Artikolu 4(4)(h) tad-Direttiva 2006/126, tali vetturi jaqgħu fil-kategorija D1, dawn l-istess vetturi jaqgħu, skont<?PAGE NO="8"?> il-leġiżlazzjoni Ċeka li tittrasponi din id-direttiva, fil-kategorija C1. Barra minn hekk, skont it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-kategoriji D1 u D<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li permezz tagħhom l-imsemmija direttiva tiddelimita l-kategoriji C/C1 u D/D1 rispettivament, tali vetturi, peress li jaqgħu fil-kategorija D1, f’ebda każ ma jaqgħu, skont id-dritt tal-Unjoni, fil-kategorija C1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-istess tip ta’ vettura, il-kategorija ta’ liċenzja tas-sewqan meħtieġa fir-Repubblika Ċeka hija differenti minn dik li għandu jkollu s-sewwieq fi Stati Membri oħra. Tali sitwazzjoni tmur kontra l-għanijiet fundamentali ppersegwiti mid-Direttiva 2006/126.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-argumenti invokati mir-Repubblika Ċeka ma jistgħux jikkompromettu din il-konstatazzjoni u n-nuqqas effettiv li jirriżulta minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-ewwel nett, dan l-Istat Membru jsostni li d-dritt tal-Unjoni ma jeżiġix li l-Istati Membri jwettqu traspożizzjoni letterali tad-definizzjonijiet previsti mid-Direttiva 2006/126, bil-kundizzjoni li l-għan persegwit mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva jintlaħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, it-traspożizzjoni ta’ direttiva fid-dritt nazzjonali ma teħtieġx neċessarjament riproduzzjoni formali u testwali tad-dispożizzjonijiet tagħha f’dispożizzjoni legali jew regolamentari espressa u speċifika, iżda kuntest ġuridiku ġenerali jista’ jkun suffiċjenti jekk dan jiżgura effettivament l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-direttiva b’mod suffiċjentement ċar u preċiż (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-648/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:490">EU:C:2016:490</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, mill-punti 29 sa 32 tas-sentenza preżenti jirriżulta li d-dispożizzjonijiet nazzjonali invokati mir-Repubblika Ċeka ma jippermettux li jintlaħaq ir-riżultat persegwit mill-Artikolu 4(1) u 4(d), (f) u (h) tad-Direttiva 2006/126. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument li t-traspożizzjoni letterali ma hijiex obbligatorja huwa ineffettiv fil-kuntest tal-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Repubblika Ċeka ssostni li hija wettqet delimitazzjoni, fuq livell nazzjonali, tal-kategoriji tal-vetturi C1, C u D1, li hija preċiża, komprensibbli u fil-prattika ma tagħtix lok għal kawżi legali. Fil-fatt, bil-premessa li ebda vettura ma għandha taqa’ taħt diversi kategoriji, dan l-Istat Membru jqis li dan l-għan jista’ jintlaħaq b’żewġ modi, jiġifieri billi tiġi stabbilita d-definizzjoni ta’ kategorija b’mod negattiv meta mqabbla mal-kategoriji l-oħra, soluzzjoni li ġiet adottata fid-Direttiva 2006/126, jew billi jiġu identifikati individwalment il-kategoriji b’mod li dawn ma jikkoinċidux, soluzzjoni li ġiet adottata mil-leġiżlatur Ċek fl-istabbiliment tal-livell minimu għan-numru ta’ passiġġieri li jistgħu jiġu ttrasportati mill-vetturi li jaqgħu fil-kategorija D1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif tirrikonoxxi r-Repubblika Ċeka stess, sabiex tiġi implementata tali delimitazzjoni, hija pprevediet, fid-definizzjoni nazzjonali tal-kategorija D1, kundizzjoni li ma hijiex madankollu inkluża fl-Artikolu 4(4)(h) tad-Direttiva 2006/126, li fiha d-dritt tal-Unjoni jiddefinixxi din il-kategorija. Għalhekk, kif ġie kkonstatat fil-punti 29 sa 32 tas-sentenza preżenti, l-eżistenza ta’ din il-kundizzjoni supplimentari twassal għal diverġenzi fl-applikazzjoni ta’ din id-direttiva fir-Repubblika Ċeka meta mqabbla ma’ Stati Membri oħra, fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ liema kategorija tapplika għal vettura u, konsegwentement, liema tip ta’ liċenzja tas-sewqan hija meħtieġa għal din il-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, l-għażla ta’ metodu ta’ delimitazzjoni li jipproduċi tali diverġenzi meta mqabbel ma’ dak li jeżiġi d-dritt tal-Unjoni ma jistax, fi kwalunkwe każ, jikkontribwixxi għal traspożizzjoni kompleta u korretta tad-Direttiva 2006/126.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-Repubblika Ċeka tqis li l-vetturi li jaqgħu fil-kategorija D1 jirrappreżentaw subdiviżjoni tal-kategorija D, kif jirriżulta mid-denominazzjoni ta’ din il-kategorija D1 u mill-istorja leġiżlattiva tad-definizzjoni tal-kategoriji fil-livell tal-Unjoni. Din hija verżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>issemplifikata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tal-kategorija D u l-vetturi li jaqgħu fil-kategorija D1 għalhekk huma parti speċifika mill-vetturi li jaqgħu fil-kategorija D,<?PAGE NO="9"?> b’mod li, fid-dawl tal-karatteristiċi tagħhom, id-detenzjoni ta’ verżjoni ssemplifikata tal-liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D tkun biżżejjed. Peress li l-livell minimu relatat man-numru ta’ persuni li jistgħu jiġu ttrasportati huwa inkluż fid-definizzjoni tal-kategorija D, dan għandu jiġi rriprodott fil-kategorija D1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, minkejja li fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 91/439, il-kategorija D1 kienet intiża bħala subkategorija tal-kategorija D, kif jixhdu t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[f]il-kategoriji A, B, B + E, C, C + E, D and D + E, tista’ tinħareġ liċenzja speċifika tas-sewqan għas-sewqan tal-vetturi fis-subkategoriji li ġejjin<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, madankollu dawn it-termini ma humiex inklużi fid-definizzjoni tal-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan stabbiliti fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2006/126. Il-fatt li, għalhekk, il-kategorija D1 tinkludi wkoll vetturi li ma jaqgħux fil-kategorija D, l-istess bħall-konsegwenzi li jirriżultaw minn dan għall-kategorizzazzjoni tad-diversi liċenzji tas-sewqan, jikkostitwixxi għalhekk għażla li saret mil-leġiżlatur tal-Unjoni u li l-utilità tiegħu ma tistax tiġi kompromessa fil-kuntest tal-proċedura preżenti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-Repubblika Ċeka ssostni li, fin-nuqqas ta’ livell minimu ta’ tmien passiġġieri li jipprevedi d-dritt Ċek, il-kategorija D1, sa fejn tinkludi vetturi bil-mutur ta’ tul massimu ta’ 8 metri li jistgħu jittrasportaw mhux iktar minn sittax-il passiġġier, tassorbi <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> l-kategoriji C1 u C. Jista’ wkoll jitqies li s-sewqan ta’ trakk ta’ inqas minn 8 metri jeżiġi liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D1, u huwa biss meta t-tul ta’ tali trakk jeċċedi 8 metri li dan jaqa’ taħt il-liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, fir-rigward tal-kategoriji C/C1 u D1, id-definizzjoni tal-vettura bil-mutur, minbarra l-fatturi tan-numru ta’ passiġġieri, tal-massa u tat-tul, hija identika għall-imsemmija kategoriji, b’mod partikolari għall-vetturi bil-mutur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>proġettati u mibnija għat-trasport ta’ […] passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Mid-delimitazzjoni tal-kategoriji C/C1 u D1 bit-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>vetturi bil-mutur diversi minn dawk tal-kategoriji D1 u D<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jirriżulta li, fid-determinazzjoni tal-kategorija tal-liċenzja tas-sewqan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma marbuta jeżaminaw qabelxejn l-applikabbiltà tal-kategorija D1 u, jekk huwa l-każ, huma għandhom jemettu l-liċenzja tas-sewqan għal din il-kategorija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, abbażi biss tal-interpretazzjoni letterali tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni tad-Direttiva 2006/126, għall-vetturi li t-tul tagħhom ma jeċċedix 8 metri, il-kategorija D1 tinkludi kompletament il-kategoriji C/C1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-definizzjoni tal-kategoriji C/C1 u D1 li hemm fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2006/126 ma tidhirx li tiżgura delimitazzjoni xierqa ta’ dawn il-kategoriji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li ma jittiħidx inkunsiderazzjoni biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet ippersegwiti mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Kamin und Grill Shop</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-289/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:758">EU:C:2017:758</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Sabiex issir interpretazzjoni korretta tal-imsemmija kategoriji, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni t-test kollu tad-Direttiva 2006/126, inkluż l-annessi tagħha, li juru li l-iskop tal-vetturi bil-mutur għandu rwol determinanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-mudell tal-liċenzja tas-sewqan previst fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/126 u li jinsab fl-Anness I tagħha juri b’mod ċar, permezz ta’ pittogramma, l-iskop tal-vettura ta’ kull kategorija, b’mod partikolari l-għan tagħha li tittrasporta merkanzija jew passiġġieri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-imsemmija direttiva, iċċitati fil-punti 7 u 8 tas-sentenza preżenti, juru li r-rekwiżiti dwar il-kisba ta’ liċenzja tas-sewqan ivarjaw skont l-iskop tal-vettura kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Isegwi li ma jistax jiġi ammess li n-nuqqas ta’ osservanza tad-delimitazzjoni bejn il-kategoriji C/C1 u D/D1 twassal għal riżultat differenti minn dak previst fid-Direttiva 2006/126, jiġifieri dak tas-sigurtà stradali. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan ikun il-każ jekk it-trasport esklużiv ta’ persuni jkun żgurat minn sewwieqa, awtorizzati li jsuqu vetturi tal-kategorija C jew C1, li jkunu ġew mitluba jagħtu prova tal-għarfien tagħhom fir-rigward tal-aċċettazzjoni, tat-tagħbija, tat-trasport, tal-kunsinna u tal-ħatt tal merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Huwa minnu li fil-qasam tal-liċenzji tas-sewqan, li fih l-amministrazzjonijiet nazzjonali għandhom jipproċessaw diversi talbiet u fi żmien raġonevolment qasir, is-soluzzjoni leġiżlattiva, li teżiġi li jsir rikors għal elementi li ma jinsabux direttament fid-definizzjonijiet tal-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan, ma tidhirx li hija ottimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, Stat Membru ma huwiex awtorizzat jadotta leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/126, li tintroduċi kundizzjonijiet mhux previsti minn din id-direttiva jew li tħassar kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija direttiva, liema fatt jimplika li jiġu emendati l-kategoriji ta’ vetturi ddefiniti fid-Direttiva 2006/126, għad-detriment tas-sigurtà stradali. Nuqqas ta’ preċiżjonijiet redazzjonali possibbli ta’ din id-direttiva jitolbu, skont il-każ, reazzjoni min-naħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni, imma ma jistgħux iwasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li għandu jiġi kkonstatat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti invokati mir-Repubblika Ċeka għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>billi ma ssodisfatx l-obbligu li tikkategorizza taħt id-definizzjoni tal-kategoriji C1 u C, biss il-vetturi bil-mutur minbarra dawk tal-kategoriji D1 u D, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(d) u (f) tad-Direttiva 2006/126, u</P></ITEM><ITEM><P>billi llimitat id-definizzjoni tal-kategorija D1 għall-vetturi bil-mutur maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ iktar minn tmien passiġġieri, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(h) ta’ din id-direttiva.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Repubblika Ċeka tilfet, u peress li ġie kkonstatat li hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ma ssodisfatx l-obbligu li tikkategorizza taħt id-definizzjoni tal-kategoriji C1 u C, biss il-vetturi bil-mutur minbarra dawk tal-kategoriji D1 u D, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(d) u (f) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar il-Liċenzji tas-Sewqan.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi llimitat id-definizzjoni tal-kategorija D1 għall-vetturi bil-mutur maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ iktar minn tmien passiġġieri, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(h) ta’ din id-direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="11"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>