|
19.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 929/2010
tat-18 ta’ Ottubru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1033/2006 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-OIAĊ [ICAO] imsemmija fl-Artikolu 3(1)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-proċeduri ta’ pjanijiet għal titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-ajru uniku Ewropew (3) jirreferi għad-diversi dispożizzjonijiet stipulati mill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn issa ’l quddiem OIAĊ). Mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1033/2006 dawn id-dispożizzjonijiet ġew emendati mill-OIAĊ. Ir-referenzi fir-Regolament (KE) Nru 1033/2006 għandhom jiġu aġġornati sabiex jilħqu l-obbligi ġuridiċi internazzjonali tal-Istati Membri u jiżguraw koerenza mal-qafas regolatorju internazzjonali. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1033/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1033/2006, il-punti 1, 2 u 3 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
“1. |
Kapitolu 3, Taqsima 3.3 (Pjanijiet ta’ titjir) tal-OIAĊ Anness 2 – Regoli tal-Ajru (l-għaxar edizzjoni f’Lulju 2005 li jinkludi l-emendi kollha li saru sa Nru 42). |
|
2. |
Kapitolu 4, Taqsima 4.4 (Pjanijiet ta’ titjir) u Kapitolu 11, Paragrafu 11.4.2.2 (Messaġġi dwar ċaqliq) tal-OIAĊ PANS-ATM Dok. 4444 (il-ħmistax-il edizzjoni tal-2007 li jinkludi l-emendi kollha li saru sa Nru 2). |
|
3. |
Kapitolu 2 (Pjanijiet ta’ titjir) u Kapitolu 6, Paragrafu 6.12.3 (Estimi tal-konfini) tal-Proċeduri Supplementari Reġjonali, Dok. 7030, Proċeduri Supplementari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-ħames edizzjoni tal-2008 tinkludi l-emendi kollha sa Nru 2).” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-15 ta’ Novembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO