|
10.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/447/PESK
tad-9 ta' Lulju 2014
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-3 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) li kompliet il-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2013. Dik id-Deċiżjoni tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014. L-ammont ta' referenza finanzjarja jkopri l-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014. |
|
(2) |
Fid-9 ta' April 2014, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) irrakkomanda li l-EUPOL COPPS għandha tiġi estiża għal perijodu addizzjonali ta' 12-il xahar sat-30 ta' Ġunju 2015. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK għandha tiġi emendata biex jiġi estiż il-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja. |
|
(4) |
L-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Dikjarazzjoni tal-Missjoni L-EUPOL COPPS għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' arranġamenti tal-pulizija sostenibbli u effettivi u arranġamenti ta' ġustizzja kriminali usa' taħt sjieda Palestinjana f'konformità mal-aqwa standards internazzjonali, f'kooperazzjoni mal-programmi tal-Unjoni għall-bini tal-istituzzjonijiet kif ukoll sforzi internazzjonali oħra fil-kuntest usa' tas-Settur tas-Sigurtà inkluż ir-Riforma tal-Ġustizzja Kriminali. Għal dak il-għan l-EUPOL COPPS għandha:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 5 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (*1). (*1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).”;" |
|
(3) |
jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 11a Arranġamenti legali L-EUPOL COPPS għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tikkonkludi kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi mill-assi u tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni.”; |
|
(4) |
L-Artikolu 12 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 12 Arranġamenti finanzjarji 1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun EUR 9 570 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun EUR 9 820 000. 2. In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini ta' Stati terzi għandu jkollhom permess iressqu offerti għal kuntratti. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-EUPOL COPPS tista' tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri, ma' Stati ospitanti, ma' Stati terzi parteċipanti u ma' atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u uffiċċji lill-EUPOL COPPS. 3. L-EUPOL COPPS għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. Għal dan il-għan, l-EUPOL COPPS għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni. 4. L-EUPOL COPPS għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe talba u obbligu li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-1 ta' Lulju 2014, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe talba relatata mal-imġiba ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha għandu/għandha jkollu/jkollha responsabbiltà. 5. L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 4, 5 u 6 u r-rekwiżiti operazzjonali tal-EUPOL COPPS, inkluż il-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tat-timijiet tagħha. 6. In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-9 ta' Lulju 2014.” |
|
(5) |
Fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 13, il-kliem “Deċiżjoni 2011/292/UE” huma sostitwiti bil-kliem “Deċiżjoni 2013/488/UE”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tibda tapplika mill-1 ta' Lulju 2014.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).