02011R0270 — MT — 22.03.2018 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 270/2011

tal-21 ta’ Marzu 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

(ĠU L 076 22.3.2011, p. 4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1099/2012 tas-26 ta' Novembru 2012

  L 327

14

27.11.2012

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/490 tal-21 ta' Marzu 2017

  L 76

8

22.3.2017

►M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/491 tal-21 ta' Marzu 2017

  L 76

10

22.3.2017

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/465 tal-21 ta' Marzu 2018

  L 78I

1

21.3.2018


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 294, 10.10.2014, p.  54 (270/2011)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 270/2011

tal-21 ta’ Marzu 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull tip, inklużi iżda mhux limitati għal:

(i) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii) depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta' dejn;

(iii) titoli negozjabbli, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u strumenti ta' dejn, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, kambjali, noti, mandati, obbligi u kuntratti derivattivi;

(iv) imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq jew li l-valur tiegħu jiġi minn jew huwa ġġenerat minn assi;

(v) kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, performance bonds jew impenji finanzjarji oħra;

(vi) ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ;

(vii) dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;

(b) “iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', aċċess għal, jew trattament ta' fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, l-ammont, il-post, id-drittijiet ta’ proprjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluża l-ġestjoni ta' portafolli;

(c) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(d) “iffriżar ta” riżorsi ekonomiċi' tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inkluż, iżda mhux limitat għal, il-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

(e) “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

Artikolu 2

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, li huma l-proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati minn persuni li, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, ġew identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi Statali Eġizzjani, u minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.  Il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, li jiġu evitati l-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 hija pprojbita.

Artikolu 3

1.  L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati.

2.  L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 4

1.  B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness I, u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi pubbliċi;

(b) maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli jew ir-rimbors ta’ spejjeż assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;

(c) maħsubin esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-Istat Membru konċernat ikun innotifika lill-Istati Membri oħrajn kollha u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom jikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

2.  L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

▼M1

Artikolu 5

1.  B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 2 ġie elenkat fl-Anness I, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfatti l-pretensjonijiet ggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c) id-deċiżjoni mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I; u

(d) ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 6

▼M1

1.  L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 2 ġie elenkat fl-Anness I; jew

(c) ħlasijiet dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl-Unjoni jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat,

dment li tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet jiġu ffriżati f'konformità mal-Artikolu 2(1).

▼B

2.  L-Artikolu 2(2) ma għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn jirċievu fondi ttrasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, sakemm kwalunkwe żieda għal tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar kwalunkwe tali transazzjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 7

B’deroga mill-Artikolu 2 u sakemm ikun dovut ħlas minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati, qabel id-data li fiha dik il-persuna, entità jew korp ġew elenkati fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(i) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal ħlas minn persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness I; u

(ii) il-ħlas ma jiksirx l-Artikolu 2(2);

(b) l-Istat Membru kkonċernat għandu, għall-inqas ġimgħatejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dik id-determinazzjoni u bil-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.

Artikolu 8

1.  L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li jsiru disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi, imwettaq in buona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun f'konformità ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jimplimentah, jew id-diretturi jew l-impjegati tiegħu, sakemm ma tingħatax prova li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew inżammu b'riżultat ta’ negliġenza.

2.  Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) ma għandhiex toħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li għamlu disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhomx raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.

Artikolu 9

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:

(a) jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f'konformità mal-Artikolu 2(1), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jirrisjedu jew jinsabu, kif indikati fuq is-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, u għandhom jittrasmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; u

(b) jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni.

2.  Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew riċevuta.

▼M1

3.  Il-Paragrafu 2 ma għandux iwaqqaf lil Stati Membri milli jiskambjaw dik l-informazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Eġittu u ta' Stati Membri oħra fejn ikun meħtieġ bil-fini li jassistu l-irkupru ta' assi misapproprjati.

▼B

Artikolu 10

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin immedjatament dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti disponibbli għalihom b'rabta ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 12

1.  Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissuġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), huwa għandu jemenda l-Anness I kif meħtieġ.

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jkunu konċernati, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.  Meta jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew meta jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna, entità jew korp konċernati kif meħtieġ.

4.  Il-lista fl-Anness I għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u għall-inqas kull 12-il xahar mill-21 ta' Marzu 2011.

Artikolu 13

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn ikunu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti magħmula lilhom.

Artikolu 14

F’dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li allura ssir komunikazzjoni mal-Kummissjoni, l-indirizz u d-dettalji l-oħra ta' kuntatt li għandhom jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fit-territorju tal-Unjoni;

(b) abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c) għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

(d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju mwettaq b’mod sħiħ jew parzjali fl-Unjoni.

Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)

 

Nume (și eventuale nume de împrumut)

Informații de identificare

Motivele desemnării

▼M4

1.

Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

Eks-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 4.5.1928

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

▼M5

2.

Suzanne Saleh Thabet

Mart is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.

Data tat-twelid: 28.2.1941

Mara

Assoċjata ma' Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, li huwa soġġett għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

▼M4

3.

Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, eks-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 26.11.1960

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

▼M5

4.

Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh

Mart is-Sur Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 5.10.1971

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

▼M4

5.

Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, eks-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 28.12.1963

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

▼M5

6.

Khadiga Mahmoud El Gammal

Mart is-Sur Gamal Mahamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 13.10.1982

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

▼M5 —————

▼M3 —————

▼B

15.

Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana

Fost Ministru al Turismului

Data nașterii: 20.2.1959

Sex masculin

Persoană care face obiectul unor proceduri judiciare desfășurate de autoritățile egiptene în legătură cu însușirea ilegală a unor fonduri de stat, în temeiul Convenției Organizației Națiunilor Unite împotriva corupției

▼M4 —————

▼B

18.

Habib Ibrahim Habib Eladli

Fost Ministru al Internelor

Data nașterii: 1.3.1938

Sex masculin

Persoană care face obiectul unor proceduri judiciare desfășurate de autoritățile egiptene în legătură cu însușirea ilegală a unor fonduri de stat, în temeiul Convenției Organizației Națiunilor Unite împotriva corupției

▼M5

19.

Elham Sayed Salem Sharshar

Mart is-Sur Habib Ibrahim Eladli

Data tat-twelid: 23.1.1963

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Habib Ibrahim Eladli

▼B




ANNESS II

Lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 5(1), fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 9(1)(a) u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni

A.   Awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru:

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.bg/pages/view/5519

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

▼M2

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

▼B

ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

B.   Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew għal xi komunikazzjoni oħra magħha:

Il-Kummissjoni Ewropea

Foreign Policy Instruments Service

CHAR 12/106

1049 Bruxelles/Brussel

Belgium

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel.: +32 22955585

Fax: +32 22990873