31.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10202 — EQT/Investindustrial/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 205/07)

1.   

Fil-21 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Igenomix, S.L.U. (“Igenomix”, Spanja), ikkontrollata esklużivament minn EQT AB (“EQT”, l-Isvezja); kif ukoll

—

Universal Clinics, S.L. (“Universal Clinics”, Spanja), ikkontrollata esklużivament minn Investindustrial S.A. (“Investindustrial”, il-Lussemburgu).

Il-konċentrazzjoni proposta tikkonsisti fl-akkwist ta’ kontroll bi sħab, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ta’ impriża bi sħab maħluqa ġdida (il-joint venture, “JV”) minn EQT, permezz ta’ Igenomix, u Investindustrial, permezz ta’ Universal Clinics.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

EQT: ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment. Il-kumpaniji ta’ portafoll ikkontrollati mill-EQT jinkludu b’mod partikolari Igenomix, kumpanija ddedikata għan-negozju ta’ dijanjostika ġenetika u molekulari, kif ukoll analiżijiet kliniċi u komplementari, speċjalizzati fis-settur riproduttiv u ttestjar relatat mal-fertilizzazzjoni in vitro;

—

Investindustrial: ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment. Kumpaniji ta’ portafoll ikkontrollati minn Investindustrial jinkludu b’mod partikolari Universal Clinics, kumpanija attiva fir-riproduzzjoni tal-mediċina permezz tas-sjieda, it-tħaddim u l-iżvilupp ta’ kliniċi tas-saħħa fi Spanja, l-Italja, ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvezja;

—

il-JV: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ apparat mediku għall-kultura tal-embrijuni mhux invażiv li għandu jintuża minn laboratorji ta’ fertilizzazzjoni in vitro.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10202 — EQT/Investindustrial/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.