<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑537/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0537</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:14">EU:C:2015:14</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150115">15.1.2015</DATE> — KAWŻA C‑537/13</P><P>ŠIBA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150115">15 ta’ Jannar 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti konklużi mal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt għal provvista ta’ servizzi legali konkluż bejn avukat u konsumatur</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑537/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20131007">7 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20131014">14 ta’ Ottubru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Birutė Šiba</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Arūnas Devėnas,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn J. Malenovský, li qed jaġixxi bħala President tad-Disa’ Awla, M. Safjan (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal A. Devėnas, minnu stess, assistit minn I. Vėgėlė, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn G. Taluntytė, A. Svinkūnaitė u R. Krasuckaitė kif ukoll D. Kriaučiūnas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn E. Creedon u A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn E. Carolan, BL, u D. McDonald, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn J. García-Valdecasas Dorrego u A. Gavela Llopis, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek kif ukoll A. Steiblytė u J. Jokubauskaitė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn B. Šiba u A. Devėnas, fil-kwalità tiegħu ta’ avukat, dwar talba għall-ħlas tal-onorarji</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-għaxar, it-tnax, l-erbatax, is-sittax u t-tmintax Il-premessa tad-Direttiva 93/13 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Billi tista’ tinkiseb protezzjoni aktar effettiva tal-konsumatur billi jiġu adottati regoli tal-liġi uniformi fil-kwistjoni ta’ klawżoli inġusti; billi dawk ir-regoli għandhom jgħoddu għall-kuntratti kollha konklużi bejn il-bejjiegħa jew il-fornituri u l-konsumaturi; billi bħala riżultat kuntratti <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> relatati ma’ l-impieg, kuntratti relatati mad-drittijiet tas-suċċessjoni, kuntratti relatati mad-drittijiet taħt il-liġi tal-familja u kuntratti relatati ma’ linkorporazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ kumpaniji jew ftehim ta’ sħubija għandhom jiġu esklużi minn din id-Direttiva;</P></CONSID><P>[…]</P><CONSID><P>billi […], din id-Direttiva tkopri biss klawżoli kuntrattwali li ma jkunux ġew innegozjati individwalment; […]</P></CONSID><P>[…]</P><CONSID><P>billi […] din id-Direttiva tgħodd ukoll għal snajja, negozji jew professjonijiet ta’ natura pubblika;</P></CONSID><P>[…]</P><CONSID><P>billi l-istima, skond il-kriterji ġenerali magħżula, tal-karattru inġust ta’ klawżoli, b’mod partikolari fil-bejgħ jew f’attivitajiet ta’ provvista ta’ natura pubblika li jipprovdu servizzi kollettivi li jqisu s-solidarjetà fost l-utenti, għandha tiġi supplimentata billi ssir valutazzjoni globali tad-diversi interessi involuti; billi din tikkostitwixxi l-ħtieġa ta’ buona fede; billi, waqt li tkun qed issir stima ta’ buona fede, għandha titqies b’mod partikolari s-saħħa tal-posizzjonijiet tal-ftehim tal-partijiet, kemm jekk il-konsumatur kellu xi jħajru biex jaqbel mal-klawżola kif ukoll jekk il-merkanzija jew is-servizzi nbiegħu jew ġew ipprovduti bl-ordni speċjali tal-konsumatur; billi l-ħtieġa ta’ buona fede tista’ tkun sodisfatta mill-bejjiegħ jew mill-fornitur meta dan jittratta b’mod ġust u ekwu mal-parti l-oħra li huwa għandu jikkunsidra l-interessi leġittimi tagħha;</P></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><P>billi n-natura tal-merkanzija [beni] jew is-servizzi għandu jkollha influwenza fuq l-istima ta’ kemm ma jkunux ġusti klawżoli kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati ma’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji u d-disposizzjonijiet jew il-prinċipji ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom ikunu parti l-Istati Membri jew il-Komunità, b’mod partikolari fil-qasam tat-trasport, m’għandhomx ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-finijiet ta’ din id-direttiva:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kull persuna naturali li, f’kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopjiet li jkunu barra s-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser kull persuna naturali jew legali li, f’kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet relatati mas-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha, sew jekk proprjetà pubblika u sew jekk propjetà privata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ din l-istess direttiva huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ buona fede, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13/KEE jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali għandu jiġi stmat, billi titqies in-natura tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Fil-każ ta’ kuntratti fejn ċerti klawżoli jew il-klawżoli kollha offruti lill-konsumatur ikunu bil-miktub, dawn il-klawżoli għandhom ikunu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar. Fejn ikun hemm dubju dwar it-tifsir ta’ klawżola, għandha tirbaħ l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur. […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Litwan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 50 tal-Liġi dwar il-professjoni ta’ avukat (Advokatūros įstatymas), tat-<DATE ISO="20040318">18 ta’ Marzu 2004</DATE> (Žin., 2004, Nru 50-1632), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="050.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-klijenti jħallsu lill-avukat għas-servizzi legali pprovduti skont il-kuntratt billi jħallsu r-remunerazzjoni miftiehma bejn il-partijiet.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="050.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġi stabbilit l-ammont tar-remunerazzjoni dovut lill-avukat minħabba fis-servizzi legali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kumplessità tal-kawża, il-kwalifika u l-esperjenza tal-avukat, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klijent kif ukoll iċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>B. Šiba kkonkludiet ma’ A. Devėnas, fil-kwalità tiegħu ta’ avukat, tliet kuntratti standard għal provvista ta’ servizzi legali bi ħlas, jiġifieri, fil-<DATE ISO="20080225">25 ta’ Frar 2008</DATE>, kuntratt li kellu bħala għan id-difiża tal-interessi tagħha fil-kuntest ta’ proċedura ta’ divorzju, ta’ qsim tal-beni u tal-istabbiliment tal-post ta’ residenza ta’ wild, fl-<DATE ISO="20081114">14 ta’ Novembru 2008</DATE>, kuntratt intiż għad-difiża tal-interessi tagħha fil-proċedura għal annullament ta’ tranżazzjoni mibdija minn B. Šiba u, fil-<DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, kuntratt li permezz tiegħu B. Šiba qabdet lil A. Devėnas sabiex jippreżenta appell quddiem il-Klaipėdos apygardos teismas (Qorti Reġjonali ta’ Klaipėda, il-Litwanja) u sabiex jiddefendi l-interessi tagħha fil-proċedura quddiem din il-qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-modalitajiet ta’ ħlas tal-onorarji u t-terminu li fih kellu jsir dan il-ħlas ma ġewx speċifikati fl-imsemmija kuntratti, u dawn tal-aħħar ma identifikawx bi preċiżjoni la d-diversi servizzi legali li minħabba fihom kien intalab l-imsemmi ħlas u lanqas l-ispejjeż għall-provvisti li jikkorrispondu għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li B. Šiba ma ħalsitx l-onorarji fit-terminu impost minn A. Devėnas, dan tal-aħħar adixxa lil Klaipėdos miesto apylinkės teismas (Qorti Distrettwali ta’ Klaipėda, il-Litwanja) billi talab għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas tas-somma ta’ 15 000 litas Litwani (LTL) bħala ħlas għall-onorarji dovuti.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet tat-<DATE ISO="20110708">8 ta’ Lulju 2011</DATE> u tas-sentenza tal-<DATE ISO="20120411">11 ta’ April 2012</DATE>, il-Klaipėdos miesto apylinkės teismas laqgħet it-talba ta’ A. Devėnas.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Adita b’appell ippreżentat minn B. Šiba, il-Klaipėdos apygardos teismas ċaħdet dan l-appell permezz tas-sentenza tat-<DATE ISO="20121030">30 ta’ Ottubru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>B. Šiba appellat fil-kassazzjoni kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju. Fl-appell tagħha, hija ssostni b’mod partikolari li l-qrati inferjuri ma ħadux inkunsiderazzjoni l-kwalità tagħha ta’ konsumatur, b’tali mod li, għal kuntrarju ta’ dak li timponi l-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dan ir-rigward, dawn ma tawx interpretazzjoni favuriha tal-kuntratti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li huwa neċessarju li jiġi evalwat jekk avukat li jeżerċita professjoni liberali jistax jikklassifika bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u jekk kuntratt ta’ servizzi legali konkluż bejn avukat u persuna fiżika jikkostitwixxix kuntratt mal-konsumaturi bil-garanziji kollha marbuta għall-imsemmija persuna fiżika.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (Qorti Suprema tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1)</NO.P><TXT>Persuna fiżika, li, bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ servizzi legali bi ħlas konkluż ma’ avukat, irċeviet servizzi legali f’kawżi li jistgħu jikkonċernaw l-interessi personali tagħha (divorzju, qsim tal-beni bejn ex miżżewġin, eċċ.), għandha tiġi kklassifikata bħala konsumatur, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Avukat, membru ta’ professjoni liberali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[liberal] profession<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> bl-Ingliż), li jikkonkludi ma’ persuna fiżika kuntratt ta’ servizzi legali bi ħlas, li permezz tiegħu huwa jintrabat li jipprovdi servizzi legali sabiex jippermetti lil din il-persuna fiżika tissodisfa bżonnijiet li ma humiex konnessi mal-attività professjonali tagħha, għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Kuntratti ta’ servizzi legali bi ħlas konklużi minn avukat, li jeżerċita l-attività professjonali tiegħu inkwantu membru ta’ professjoni liberali, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE […]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, għandu jiġi deċiż jekk il-kriterji ġenerali humiex applikabbli għall-klassifikazzjoni ta’ dawn il-kuntratti bħala kuntratti mal-konsumaturi jew jekk il-klassifikazzjoni tagħhom bħala tali ssegwix kriterji speċifiċi. Jekk għandhom jintużaw kriterji speċifiċi għall-klassifikazzjoni ta’ dawn il-kuntratti bħala kuntratti mal-konsumaturi, liema għandhom ikunu dawn il-kriterji?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk id-Direttiva 93/13 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija tapplika għal kuntratti standard ta’ servizzi legali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konklużi bejn avukat u persuna fiżika li ma taġixxix għall-għanijiet li jaqgħu fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li d-Direttiva 93/13 tapplika, kif jirriżulta mill-Artikoli 1(1) u 3(1) tagħha, għall-klawżoli ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li ma jkunux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ġ[ew] negozjat[i] individwalment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Constructora Principado, C‑226/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:10">EU:C:2014:10</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Kif tistabbilixxi l-għaxar premessa tad-Direttiva 93/13 ir-regoli uniformi dwar il-klawżoli inġusti għandhom japplikaw għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kuntratti kollha<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(b) u (ċ) tad-Direttiva 93/13 (ara s-sentenza Asbeek Brusse u de Man Garabito, C‑488/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa b’riferiment għall-kwalità tal-partijiet kontraenti, li permezz tagħha jiġi ddeterminat jekk dawn jaġixxux jew le fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom, li d-Direttiva 93/13 tiddefinixxi l-kuntratti li huma suġġetti għaliha (sentenza Asbeek Brusse u de Man Garabito, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Dan il-kriterju jikkorrispondi mal-idea li fuqu hija bbażata s-sistema ta’ protezzjoni implementata minn din id-direttiva, jiġifieri, li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni inferjuri fil-konfront tal-bejjiegħ jew tal-fornitur fir-rigward kemm tas-setgħa ta’ negozjar kif ukoll tal-livell ta’ informazzjoni, sitwazzjoni li twassal lill-konsumatur sabiex jaqbel mal-kundizzjonijiet imħejjija minn qabel minn bejjiegħ jew fornitur mingħajr ma jkun jista’ jeżerċita influwenza fuq il-kontenut tagħhom (sentenza Asbeek Brusse u de Man Garabito, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:341">EU:C:2013:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, għal dak li jirrigwarda l-kuntratti ta’ servizzi legali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi nnotat li, fil-qasam tal-provvisti offerti mill-avukati, teżisti, bħala prinċipju, inugwaljanza bejn il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>klijenti-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u l-avukati, minħabba b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ simmetrija ta’ informazzjoni bejn dawn il-partijiet. Fil-fatt, l-avukati jiddisponu minn livell għoli ta’ kompetenza teknika li l-konsumaturi mhux bilfors ikollhom, b’mod li dawn tal-aħħar isibuha diffiċli jevalwaw il-kwalità tas-servizzi pprovduti lilhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Cipolla <HT TYPE="ITALIC">et</HT>., C‑94/04 u C‑202/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:758">EU:C:2006:758</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għalhekk, avukat li, bħal fil-kawża prinċipali, fil-kuntest tal-attività professjonali tiegħu, jipprovdi, bi ħlas, servizz legali għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika li taġixxi għall-għanijiet privati huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13. Il-kuntratt dwar il-provvista ta’ tali servizz huwa, konsegwentement, suġġett għall-iskema ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Tali konstatazzjoni ma tistax tiġi kkonfutata min-natura pubblika tal-attività tal-avukati, sa fejn l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13 jkopri kull attività professjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>sew jekk proprjetà pubblika u sew jekk propjetà privata<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u li, kif tistabbilixxi l-erbatax-il premessa tagħha, din id-direttiva tapplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ukoll għal snajja, negozji jew professjonijiet ta’ natura pubblika<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Meta avukat jiddeċiedi li juża, fir-relazzjonijiet kuntrattwali mal-klijenti tiegħu, il-klawżoli standard redatti minn qabel minnu stess jew mill-korpi tal-ordni ta’ professjonisti tiegħu, hija bir-rieda stess ta’ dan l-avukat li l-imsemmija klawżoli huma direttament integrati fil-kuntratti rispettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li l-avukati jiddeċiedu liberament li jagħmlu użu minn tali klawżoli standard li ma jirriflettux id-dispożizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13, ma jistax barra minn hekk jiġi sostnut li l-applikazzjoni ta’ din tal-aħħar tista’ tippreġudika l-ispeċifiċità tar-relazzjonijiet bejn avukat u klijent tiegħu kif ukoll il-prinċipji li huma l-bażi tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tal-għan ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li tfittex tilħaq din id-direttiva, in-natura pubblika jew privata tal-attivitajiet tal-professjonisti jew il-missjoni speċifika ta’ din tal-aħħar ma jistgħux jiddeterminaw il-kwistjoni tal-applikabbiltà stess tal-imsemmija direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs, C‑59/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:634">EU:C:2013:634</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Kif innotat f’dan ir-rigward il-Kummissjoni Ewropea waqt is-seduta, l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 ta’ numru ta’ kuntratti konklużi mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>klijenti-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ma’ persuni li jeżerċitaw professjonijiet liberali li huma kkaratterizzati mill-indipendenza u mir-rekwiżiti tal-etika li għalihom huma suġġetti dawn il-persuni ċċaħħad lill dawn il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>klijenti-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> kollha mill-protezzjoni mogħtija mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, iċ-ċirkustanza li, fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom, l-avukati huma obbligati li jieħdu ħsieb li josservaw il-kunfidenzjalità tar-relazzjonijiet tagħhom mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>klijenti-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, din iċ-ċirkustanza għalhekk ma tikkostitwixxix ostakolu għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 fir-rigward tal-klawżoli standard tal-kuntratti dwar il-provvista ta’ servizzi legali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-klawżoli kuntrattwali li ma jkunux ġew innegozjati individwalment, b’mod partikolari dawk li huma redatti għall-użu ġenerali, ma jinkludux, bħala tali, informazzjoni ppersonalizzata dwar il-klijenti tal-avukati li l-iżvelar tagħha tista’ tippreġudika s-sigriet tal-professjoni ta’ avukat.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ċertament, ir-redazzjoni speċifika ta’ klawżola kuntrattwali, b’mod partikolari dik li tirrigwarda l-modalitajiet ta’ ħlas tal-onorarji tal-avukat, tista’ eventwalment, minn tal-inqas inċidentalment, tiżvela ċerti aspetti tar-relazzjoni bejn l-avukat u l-klijent tiegħu li għandhom jibqgħu sigrieti. Madankollu, tali klawżola hija nnegozjata individwalment u, b’dan il-mod, kif jirriżulta mill-punt 19 ta’ din is-sentenza, hija eskluża mill-applikazzjoni tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li n-natura tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratti li jaqgħu taħt id-Direttiva 93/13 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, skont l-Artikolu 4(1) tagħha, moqri fid-dawl tat-tmintax-il premessa tagħha, sabiex tiġi evalwata n-natura inġusta tal-klawżoli ta’ dawn il-kuntratti. Fil-fatt, din l-evalwazzjoni għandha ssir mill-qorti nazzjonali billi tittieħed inkunsiderazzjoni din in-natura u billi tirreferi, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkustanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Aziz, C‑415/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 71, kif ukoll id-digriet Sebestyén, C‑342/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1857">EU:C:2014:1857</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, għal dak li jirrigwarda l-kuntratti dwar is-servizzi legali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tieħu inkunsiderazzjoni n-natura partikolari ta’ dawn is-servizzi fl-evalwazzjoni tagħha tan-natura tal-klawżoli kuntrattwali abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13, u li tagħtihom, f’każ ta’ dubju, skont it-tieni sentenza ta’ dan l-artikolu, l-interpretazzjoni l-iktar favorevoli għall-konsumatur.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li d-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tapplika għal kuntratti standard ta’ servizzi legali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konklużi bejn avukat u persuna fiżika li ma taġixxix għall-għanijiet li jaqgħu fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tapplika għal kuntratti standard ta’ servizzi legali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konklużi bejn avukat u persuna fiżika li ma taġixxix għall-għanijiet li jaqgħu fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>