2.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/48


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11015 – PARKS BOTTOM / OXFORD / ACCOR / THE RIMROCK RESORT HOTEL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 154/10)

1.   

Fl-20 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Parks Bottom Co Real Estate Holdings Inc. (“Parks Bottom”, il-Kanada), li tappartjeni għall-grupp GIC Realty,

—

Oxford Proprties (“Oxford”), li tappartjeni għal OMERS Administration Corporation (“OMERS”, it-tnejn li huma l-Kanada),

—

Accor Management Canada Inc. (“Accor”, il-Kanada), ikkontrollata minn Accor SA (Franza),

—

The Rimrock Resort Hotel (il-Kanada).

Parks Bottom, Oxford u Accor se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ The Rimrock Resort Hotel.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ assi u permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezz ieħor.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Parks Bottom tiffoka fuq is-sjieda ta’ assi ta’ proprjetà immobbli f’isem il-Gvern ta’ Singapore. L-attivitajiet ta’ Parks Bottom huma limitati għall-Kanada,

—

Oxford Proprties tinvesti globalment f’assi ta’ proprjetà immobbli. Hija l-fergħa tal-proprjetà immobbli ta’ OMERS, sid globali tal-proprjetà immobbli, investitur, żviluppatur, u maniġer tal-proprjetà,

—

Accor tħaddem lukandi madwar il-Kanada,

—

The Rimrock Resort Hotel hija lukanda ta’ rikreazzjoni li tinsab f’Banff, Alberta, il-Kanada, li bħalissa hija proprjetà ta’ The Rimrock Resort Hotel Corporation.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11015 – PARKS BOTTOM / OXFORD / ACCOR / THE RIMROCK RESORT HOTEL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.