|
15.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/52 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8558 — DB/PSPIB/TIAA/Vantage)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 230/08)
|
1. |
Fis-7 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Digital Bridge Holdings, LLC (“DB”, l-Istati Uniti tal-Amerika), Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada), u Teachers Insurance and Annuity Association of America (“TIAA”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Vantage Data Centers Holding Company (“Vantage”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ skambju ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal DB: hija proprjetarja ta’ interessi f’kumpaniji tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni. — għal PSPIB: ġestjoni tal-investiment tal-pensjonijiet tal-pjanijiet tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, tal-Forzi Armati Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. PSPIB tamministra portafoll globali diversifikat inklużi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat; — għal TIAA: tipprovdi prodotti u servizzi ta’ investiment lil dawk li jaħdmu fl-oqsma akkademiċi, ta’ riċerka, mediċi u kulturali fl-Istati Uniti tal-Amerika. — għal Vantage: hija proprjetarja u tħaddem ħames ċentri tad-data kollha mikrija f’żewġ campuses (i) f’Santa Clara, California u (ii) fi Quincy, Washington, l-Istati Uniti tal-Amerika, għal kapaċità totali ta’ madwar 56 MW. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8558 — DB/PSPIB/TIAA/Vantage, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.