Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 1 - L-istituzzjonijiet - Subsezzjoni 6 - Il-Bank Ċentrali Ewropew - Artikolu III-382
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0164 - 0164
Artikolu III-382 1. Il-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun kompost mill-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li m'għandhomx deroga kif previst fl-Artikolu III-197. 2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompost mill-President, mill-Viċi-President u minn erba' membri oħra. Il-President, il-Viċi-President u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv għandhom jinħatru mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, minn fost persuni li r-reputazzjoni u l-esperjenza professjonali fil-qasam monetarju jew bankarju huma rikonoxxuti. Il-mandat tagħhom għandu jkun għal tmien snin u ma jistax jiġġedded. Ċittadini ta' l-Istati Membri biss jistgħu jkunu membri tal-Bord Eżekuttiv. --------------------------------------------------