|
29.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 291/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9432 — Allianz Holdings/Legal and General Insurance)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 291/04)
1.
Fit-22 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Allianz Holdings plc (“Allianz”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Legal and General Insurance Limited (“L&G Insurance”, ir-Renju Unit). |
Allianz takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani ta’ L&G Insurance.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Allianz hija parti mill-grupp Allianz, fornitur dinji ta’ servizzi finanzjarji attiv predominentement fir-rigward ta’ prodotti tal-assikurazzjoni tal-ħajja u ta’ prodotti tal-assikurazzjoni mhux fuq il-ħajja (inkluża l-assikurazzjoni tal-annimali domestiċi), kif ukoll ġestjoni tal-assi; |
|
— |
L&G Insurance tipprovdi prodotti tal-assikurazzjoni mhux fuq il-ħajja fir-Renju Unit (inkluża l-assikurazzjoni tal-annimali). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9432 — Allianz Holdings/Legal and General Insurance
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).