1992D0486 — MT — 31.03.2004 — 011.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DECIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal- 25 ta’ Settembru 1992 li tistabbilixxi l-forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentru ta’ ospitalità Animo u l- Istati Membri (ĠU L 291, 7.10.1992, p.20) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 82 |
20 |
3.4.1993 |
||
|
L 113 |
25 |
7.5.1996 |
||
|
L 164 |
44 |
21.6.1997 |
||
|
L 82 |
50 |
19.3.1998 |
||
|
L 289 |
1 |
11.11.1999 |
||
|
L 98 |
37 |
19.4.2000 |
||
|
L 102 |
73 |
12.4.2001 |
||
|
L 196 |
60 |
25.7.2002 |
||
|
L 87 |
12 |
4.4.2003 |
||
|
L 94 |
63 |
31.3.2004 |
||
Emendat bi:
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
ID-DECIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal- 25 ta’ Settembru 1992
li tistabbilixxi l-forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentru ta’ ospitalità Animo u l- Istati Membri
(92/486/EEC)
IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidrat it- Trattat li jwaqqaf il- Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kunsidrat id- Direttiva tal- Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar il- kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall- kummerċ fil- Komunità f’ ċerti annimali u prodotti bil- għan li jkun ikkompletat is- suq intern ( 1 ), kif l- aħħar emendata mid- Direttiva 92/60/KEE ( 2 ), u b’ mod partikolari l-Artikolu 20(3) ta’ dan,
Billi fid- 19 ta’ Lulju 1991 il- Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 91/398/KEE fuq sistema kumplessa kompjuteriżżata li tgħaqqad l-awtoritajiet veterinarji (Animo) ( 3 ) u fit- 2 ta’ Lulju 1992 id-Deċiżjoni 92/373/KEE li tindika ċ- ċentru ta’ ospitalità Animo ( 4 );
Billi, sabiex ikun żgurat il- funzjonament tas- sistema kumplessa kompjuterizzata Animo, dispożizzjoni suppost tintgħamel għall-armonizzazzjoni tal-forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ-ċentri ta’ ospitalità Anomo u l- Istati Membri;
Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,
ADOTTAT DIN ID- DECIŻJONI:
Artikolu 1
Kull Stat Membru għandu, bi qbil mar- regoli nazzjonali tiegħu, jagħżel awtorità biex tkun responsabbli għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet f’kull Stat Membru.
L-awtorità ta’ koordinazzjoni għandha tinnegozja kuntratt ma’ Eurokom għall-użu ta’ ċentru ta’ ospitalità komuni. Il-kuntratt għandu jiġi ffirmat bi qbil mar- regoli nazzjonali.
Artikolu 2
L-awtoritajiet ta’ l- Istati Membri għandhom jiżguraw li l- kuntratti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1:
— jidħol fis-seħħ għal tliet snin mill-1 ta’ April 1993, ►A1 ħlief għall-Isvezja, meta d-data tad-dħul fis-seħħ hija d-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni u d-data li fiha l-kuntratt jasal fit-tmiem tiegħu hija dik ta' l-1 ta' April 1996, u għall-Awstrija u għall-Finlandja, fejn id-data tad-dħul fis-seħħ tkun sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni u d-data li fiha l-kuntratt jasal fit-tmiem hija dik ta' l-1 ta' April 1996, ◄
— jinkludu klawsola ta’ reviżjoni annwali,
— jinkludi klaqżola ta’ terminazzjoni, suġġetta għal notifika ta’ sitt xhur,
— jinkludu impriża minn Eurokom biex tpoġġi f’ operazzjoni r- rekwiżiti tekniċi kollha mniżżla fl- l-Anness għad-Deċiżjoni tal- Kummissjoni 91/638/KEE ( 5 ), ibbażati fuq l-approċċ tekniku propost mill- Eurokom fl- offerta tagħhom. Xogħol irrelatat possibli ma’ l- Eurokom b’ inklusjoni għal kull Stat Membru xogħol irrelatat ma’ l- implimentazzjoni tas- sistema f’ kull Stat Membru u xogħol fuq immaniġjar ta’ proġett, ser ikunu suġġetti għal impriżi differenti,
— jikkunsidraw is- segwenti aspetti finanzjarji:
—(a) ECU 300 fis- sena għal kull parti lokali kif elenkata fid- Deċiżjoni tal- Kummissjoni 92/175/KEE ( 6 );
(b) spejjeż ta’ komunikazzjoni, iddiferenzjati skond il- preżenza jew assenza ta’ ċentru ta’ ospitalità nazzjonali u li jirrapreżenta l- aħjar prezz ottenut mill- Eurokom mingħand min jipprovdi l- komunikazzjonijiet,
— tinkludi klawżola li tkopri, aġġornament, protezzjoni u disponibbiltà ta’ informazzjoni, responsabbiltajiet u skeda ta’ pagament.
Artikolu 2a
1. L-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 1 għandhom jiżguraw li l- kuntratti li għalihom hemm riferenza f’ dak l- Artikolu:
— huma estiżi għal sentejn;
— jippermettu għall- possibiltà ta’ estensjoni oħra ta’ sena.
2. Għal dak li jirrigwarda l-paragrafu 1, is- segwenti ħlasijiet japplikaw:
ECU 386 għal kull unità (unità ċentrali, unità lokali, post ta’ spezzjoni fil- fruntiera) elenkati fid-Deċiżjoni 96/295/KE ( 7 ).
3. Għall-perjodu l-1 ta’ April 1998 sal-31 ta’ Marzu 1999, l-awtoritajiet ta’ kordinazzjoni li għalihom jipprovdi l-Artikolu 1 għandhom jassiguraw li l-kuntratti msemmija f’dak l-Artikolu jiġu estiżi għal sena.
It-tariffi li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward ta’ dan il-paragrafu:
386 EKU għal kull unità (unità ċentrali, unità lokali, post ta’ spezzjoni mal-fruntiera) għall-unitajiet ANIMO kollha elenkati fid-Deċiżjoni 96/295/KE, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/167/KE ( 8 ).
4. Għall- perijodu mill-1 ta' April 1999 sal-31 ta' Marzu 2000, l-awtoritajiet ta' koordinazzjoni li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 1 għandhom jiżguraw li l- kuntratti li għalihom hemm riferenza f' dak l-Artikolu huma estiżi għal sena.
Is-segwenti ħlasijiet għandhom japplikaw b'rispett ta' dan il-paragrafu:
386 EUR għal kull parti (parti ċentrali, parti lokali, post ta' spezzjoni fil-fruntiera) għal kull wieħed mill-unitajiet ANIMO elenkati fid- Deċiżjoni 96/295/KE ( 9 ), kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 98/167/KE (9) .
5. Għall-perijodu mill-1 ta’ April 2000 sa’ l-31 ta’ Marzu 2001, l-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 1 għandhom jiżguraw li l-kuntratti li għalihom hemm riferenza f’ dak l-Artikolu huma estiżi għal sena.
Is-segwenti ħlas għandu japplika b’ rispett ta’ dan il-paragrafu:
EUR 386 għal kull parti (parti ċentrali, parti lokali, post ta’ spezzjoni fil-fruntiera) għal kull wieħed mill-unitajiet ANIMO elenkati fid- Deċiżjoni 2000/287/KE ( 10 ).
6. Għall- perijodu mill- 1 ta’ April 2001 sa’ l- 31 ta’ Marzu 2002, l- awtoritajiet ta’ koordinazzjoni li hemm provvediment ghalihom fl-Artikolu 1 ser jiżguraw li l- kuntratti li għalihom hemm referenza f’ dak l- Artikolu huma estiżi għal sena.
Is- segwenti ħlas ser japplika fir-rigward ta’ dan il- paragrafu:
— ECU 386 għal kull unità (unità ċentrali, unità lokali, post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera) għal kull wieħed mill- unitajiet ANIMO elenkati f’ Deċiżjoni 2000/287/KE ( 11 ).
7. ►M9 Għal perjodu mill-1 t’April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, l-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiżguraw li l-kuntratti msemmija f’dak l-Artikolu huma estiżi għal sena. ◄
Il-ħlasijiet segwenti għandhom japplikaw a rigward ta’ dan il-paragrafu:
— EUR 386 għal kull unit (unit ċentrali, unit lokali, post ta’ spezzjoni tal-fruntjiera) għal units ta’ l-ANIMO kollha mniżżla fid-Deċiżjoni 2002/459/KE ( 12 ).
8. L-awtoritajiet koordinaturi f’dawk l-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga prevista fl-Artiklu 5 tad-Deċiżjoni 2004/292/EC ( 13 ) għandhom jiżguraw li l-kuntratti msemmija fl-Artiklu 1 ta’ din id-Deċiżjoni jittawlu għal perjodu bejn l-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004, ħlief fil-każ ta’ dawk il-postijiet ta’ spezzjoni territorjali li hemm imniżżla fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 282/2004, li għalihom il-perjodu għandu jkun bejn l-1 ta’ April 2004 sat-30 ta’ April 2004.
Dwar dan il-paragrafu, dawn il-piżijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:
— EUR 290 għal kull unità (unità ċentrali, unità lokali, post ta’ spezzjoni territorjali).
— EUR 32 għal kull post ta’ spezzjoni territorjali li hemm imniżżla fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 282/2004.
Artikolu 3
Stati Membri ser ikunu responsabbli biex jinvokaw il- klawsola ta’ terminazzjoni li għaliha hemm referenza fit- tielet parti ta’ l-Artikolu 2 biss li jkun stabbilit bi qbil mal- proċedura ta’ l-Artikolu 20(3) ta’ Direttiva 90/425/KEE.
Artikolu 4
Il- ħlas totali annwali li jirriżulta mill- ispiża ta’ parteċipazzjoni fis- sistema kumplessa, li għaliha hemm referenza f’ punt (a) tal- ħames inċiż ta’ l-Artikolu 2, li m’għandhiex teċċedi l-ammont li għalih hemm provvediment fil- ħames sena, u d-diviżjoni tagħha bejn l-Istati Membri ser tkun eżaminata mill-ġdid qabel l- ►M1 1 ta’ April 1994 ◄ . Iżda, l-prezz massimu għal kull Stat Membru għal kull waħda mis- snin tnejn u tlieta tal- kuntratt mhux ser jiddevjaw ’ il fuq minn aktar minn 10 % tal- prezz għall- ewwel sena.
Artikolu 5
Jekk ikun aċċertat matul l-implimentazzjoni tas- sistema li tqum sitwazzjoni, b’ mod partikolari li tikkonċerna d- dispożizzjonijiet finanzjarji, li hi inkonsistenti ma’ l-obbjettivi ta’ din id-Deċiżjoni, il- Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji bi qbil mal-proċedura ta’ l-Artikolu 42 tad-Deċiżjoni tal- Kunsill 90/424/KEE ( 14 ).
Artikolu 5a
Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta qabel:
— l-1 ta’ Ottubru 1998 sabiex tikkonsidra l-kwistjoni tal-konnessjonijiet diretti bejn servers nazzjonali,
— il-31 ta’ Jannar 1999 sabiex tikkonsidra kif l-istruttura tan-network ANIMO tkun żviluppat.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.
( 2 ) ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 75.
( 3 ) ĠU L 221, tad-9.8.1991, p. 30.
( 4 ) ĠU L 195, ta’ l-14.7.1992, p. 31.
( 5 ) ĠU L 343, tat-13.12.1991, p. 48.
( 6 ) ĠU L 80, tal-25.3.1992, p. 1.
( 7 ) ĠU L 113, tas-7.5.1996, p. 1.
( 8 ) ĠU L 62, tat-3.3.1998, p. 33.
( 9 ) ĠU L 62, tat-3.3.1998, p. 33.
( 10 ) ĠU L 98, tad-19.4.2000, p. 12.
( 11 ) ĠU L 98, tad-19.4.2000, p. 12.
( 12 ) ĠU L 159, tas-17.6.2002, p. 27.
( 13 ) ĠU L 94, tal-31.3.4, p. 63.
( 14 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.