|
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/52 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Novembru 2010
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2011
(BĊE/2010/25)
(2010/751/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999, biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
|
(2) |
Id-deroga favur l-Estonja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011. |
|
(3) |
Is-16-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Estonja ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-istimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2011, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija tat-tbassir, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2011
Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2011 kif deskritt fit-tabella li ġejja:
|
(miljuni f’EUR) |
|
|
|
Il-ħruġ ta’ muniti intiżi għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kolletturi (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2011 |
|
Belġju |
178,3 |
|
Il-Ġermanja |
629 |
|
L-Estonja |
48,4 |
|
L-Irlanda |
44,4 |
|
Il-Greċja |
54,5 |
|
Spanja |
180 |
|
Franza |
300 |
|
L-Italja |
262,4 |
|
Ċipru |
15,6 |
|
Il-Lussemburgu |
30 |
|
Malta |
6,8 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
64 |
|
L-Awstrija |
277 |
|
Il-Portugall |
30 |
|
Is-Slovenja |
36 |
|
Is-Slovakkja |
42,2 |
|
Il-Finlandja |
60 |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Estonja.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Novembru 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET